|
7.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 155/19 |
Kontinwazzjoni ta' l-attività tal-Qorti tal-Prim'Istanza bejn l-1 u s-17 ta' Settembru 2007
(2007/C 155/35)
Il-Qorti tal-Prim'Istanza, fil-Konferenza Plenarja tagħha tas-6 ta' Ġunju 2007, ħadet nota tal-fatt li, minħabba l-ferjat, it-teħid tal-ġurament tal-ħatra quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja minn erba' Membri ġodda tal-Qorti tal-Prim'Istanza ma jistax isir qabel jintemm il-ferjat u li, għalhekk, skond it-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 5 ta' l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, sakemm jieħdu l-kariga tagħhom il-Membri l-ġodda tal-Qorti tal-Prim'Istanza:
|
— |
il-funzjonijiet tal-presidenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ser jiġu assigurati minn B. Vesterdorf, President tal-Qorti tal-Prim'Istanza; |
|
— |
il-funzjonijiet tal-presidenza ta' l-Awli b'ħames imħallfin ser jiġu assigurati minn M. Jaeger, J. Pirrung, M. Vilaras u H. Legal, Presidenti ta' Awla, |
|
— |
il-funzjonijiet tal-presidenza ta' l-Ewwel Awla ser jiġu assigurati minn J.D. Cooke, President ta' Awla; |
|
— |
id-deċiżjoni ta' l-14 ta' Jannar 2006 (ĠU C 10, p. 19) dwar il-kompożizzjoni ta' l-Awla ta' l-Appell u l-attribuzzjoni ta' kawżi lil din l-Awla, id-deċiżjoni tal-5 ta' Lulju 2006 (ĠU C 190, p. 14) dwar il-kompożizzjoni ta' l-Awla Manja u n-nomina ta' l-Imħallef li jissostitwixxi lill-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza fil-qadi tal-funzjonijiet ta' Mħallef għal proċeduri sommarji u d-deċiżjoni tal-15 ta' Jannar 2007 (ĠU C 42, p. 22) dwar l-assenjazzjoni ta' l-imħallfin lill-Awli u l-kriterji għall-attribuzzjoni tal-kawżi għandhom jibqgħu applikabbli. |