7.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 155/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif de Paris (Franza) fid-9 ta' Mejju 2007 — Diana Mayeur vs Ministre de la santé et des solidarités

(Kawża C-229/07)

(2007/C 155/29)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal administratif de Paris

Partijiet fil-proċedura prinċipali

Rikorrenti: Diana Mayeur

Konvenut: Ministre de la santé et des solidarités

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2004/38/KE, tad-29 ta' April 2004 (1), jippermettu lil ċittadina ta' Stat terz, li tkun miżżewwġa ma' ċittadin Komunitarju, li tgawdi minn regoli Komunitarji dwar ir-rikonoxximent reċiproku tad-diplomi u minn libertà ta' stabbiliment, u dawn jobbligaw l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li lilu tkun intalbet l-awtorizzazzjoni ta' eżerċizzju ta' professjoni rregolata li jieħdu in kunsiderazzjoni l-kwalifiki, iċ-ċertifikati u t-titoli l-oħra kollha, anki jekk ikunu nkisbu barra mill-Unjoni Ewropea, u li jkunu ġew irrikonoxxuti fi Stat Membru ieħor, kif ukoll l-esperjenza rilevanti tal-persuna interessata, billi jagħmel paragun bejn, minn naħa, il-kompetenzi ċċertifikati minn dawn it-titoli u din l-esperjenza u, minn naħa l-oħra, l-għarfien u l-kwalifiki mitluba mil-leġiżlazzjoni nazzjonali?


(1)  Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta' April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta' l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta' l-Istati Membri, li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68, u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 158, p. 77, kif ukoll — corrigenda — ĠU L 229, p. 35 u ĠU 2005, L 197, p. 34).