7.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 155/14


Rikors imressaq fl-4 ta' Mejju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-224/07)

(2007/C 155/27)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: N. Yerrell u P. Dejmek, aġenti)

Konvenuta: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

Talbiet

tiddeċiedi li billi ma adottax id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/49/KE, tad-29 ta' April 2004, fuq is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE fuq l-għoti tal-liċenzi ta' l-impriżi tal-linji tal-ferrovija u d-Direttiva 2001/14/KE fuq l-allokazzjoni tal-kapaċità ta' l-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu ta' l-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà (Id-Direttiva tas-Sigurtà Tal-Linji tal-Ferrovija) (1), il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas mill-obbligi imposti fuqu skond l-Artikolu 33 ta' din id-Direttiva;

Sussidjarjament:

tiddeċiedi li billi ma kkomunikax lill-Kummissjoni id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/49/KE, tad-29 ta' April 2004, fuq is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE fuq l-għoti tal-liċenzi ta' l-impriżi tal-linji tal-ferrovija u d-Direttiva 2001/14/KE fuq l-allokazzjoni tal-kapaċità ta' l-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu ta' l-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà (Id-Direttiva tas-Sigurtà Tal-Linji tal-Ferrovija), il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas mill-obbligi imposti fuqu skond l-Artikolu 33 ta' din id-Direttiva;

tikkundanna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu stabbilit għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/49/KE skada fit-30 ta' April 2006.


(1)  ĠU L 164, p. 44 u l-korrezzjoni ĠU L 220, p. 16