7.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 155/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-3 ta' Mejju 2007 — UTECA (Unión de Televisiones Comerciales Asociadas) vs Federación de Asociaciones de Productores Audiovisuales, Ente Público RTVE u Administración del Estado

(Kawża C-222/07)

(2007/C 155/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo (Spanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: UTECA. (Unión de Televisiones Comerciales Asociadas)

Partijiet oħra: Federación de Asociaciones de Productores Audiovisuales, Ente Público RTVE u Administración del Estado

Domandi preliminari

“1)

L-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE (1), tat-3 ta' Ottubru 1989 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti mil-liġi, minn regolament jew azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri l-eżerċizzju ta' l-attivitajiet tax-xandir televiżivi, kif emendata mid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 97/36/KE (2) tat-30 ta' Ġunju 1997, jippermetti lill-Istati Membri li jimponu lill-operaturi televiżivi l-obbligu li jallokaw percentwali mid-dħul mill-attività tagħhom għal finanzjament bil-quddiem ta' films Ewropej għaċ-ċinema u għat-televiżjoni?

2)

Fil-każ ta' risposta pożittiva għall-ewwel domanda, leġiżlazzjoni nazzjonali li, barra milli tipprovdi għal dan l-imsemmi obbligu ta' finanzjament bil-quddiem, talloka 60 % minn dan għal xogħlijiet bil-lingwa oriġinali Spanjola, hija konformi ma' l-imsemmija direttiva u ma' l-Artikolu 12 tat-Trattat KE, moqrija flimkien mad-dispożizzjonijiet speċifiċi l-oħra li għalihom jirreferi dan?

3)

L-obbligu impost minn leġiżlazzjoni nazzjonali fuq l-operaturi televiżivi, li jallokaw għal finanzjament bil-quddiem ta' films għaċ-ċinema perċentwali mid-dħul mill-attività tagħhom, li 60 fil-mija minnu għandu jkun allokat speċifikament għal xogħlijiet bil-lingwa oriġinali Spanjola — li huma fil-biċċa 'l kbira prodotti mill-industrija ċinematografika Spanjola — jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat favur din l-istess industrija, skond l-Artikolu 87 tat-Trattat KE”.


(1)  ĠU L 298, p. 23.

(2)  ĠU L 202, p. 60.