7.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 155/10


Appell imressaq fis-16 ta' April 2007 mir-Repubblika Ellenika kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim Istanza tal-Komunitajiet Ewropej (L-Ewwel Awla) tas-17 ta' Jannar 2007, fil-Kawża T-213/04, Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-203/07)

(2007/C 155/19)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: P. Milonopoulos u St. Trekli)

Il-parti l-oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

Tiddikara ammissibbli t-talba preżenti għal annullament

tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej fil-parti kkontestata

tilqa' r-rikors skond it-talbiet tagħha

tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-Repubblika Ellenika ssostni li l-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej interpretat b'mod żbaljat l-Artikoli 12, 13 u 15 tal-memorandum ta' ftehim inizjali, l-Artikolu 14 tal-memorandum addizzjonali u l-prinċipji ta' bona fede u ta' protezzjoni ta' l-aspettattivi leġittimi meta ddikjarat li l-obbligi ta' l-Istati Membri fil-proġetti Abuja I u Abuja II huma ddetermninati mill-aġir ta' kull Stat Membru u mhux li kienu ta' natura purament kuntrattwali u li huma ddeterminati mid-dispożizzjonijiet taż-żewġ memoranda msemmija, filwaqt li, barra minn hekk, li kieku interpretat tajjeb l-imsemmija dispożizzjonijiet ta' dawn il-ftehim il-Qorti tal-Prim'Istanza kellha tagħmilha aktar ċara li ma nħolqux obbligi finanzjarji fir-rigward tar-Repubblika Ellenika peress li din ta' l-aħħar kienet iffirmat u mhux irratifikat il-memorandum addizzjonali, u għalhekk ma kinitx approvatu u ma kinux sodisdafatti, fir-rigward tagħha, il-kundizzjonijiet partikolari kollha previsti sabiex ikun hemm l-obbligi ekonomiċi.

Ir-Repubblika Ellenika issotni li l-Qorti tal-Prim'Istanza interpretat ħażin l-Artikolu 15 tal-memorandum ta' ftehim inizjali peress li ddikarat li qabel il-firma tal-memorandum addizzjonali, fl-24 ta' Frar 1997 fost il-parteċipanti impliċitament intlaħaq ftehim sabiex jiġi realizzat il-proġett u b'dan il-mod kien sustanzjalment ġie abrogat jew emendat l-imsemmi Artikolu 15 (1).