7.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 155/8


Rikors imressaq fis-26 ta' Marzu 2007 — Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea

(Kawża C-166/07)

(2007/C 155/14)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: I. Klavina u L. Visaggio, aġenti)

Konvenut: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Vitro u M. Moore, aġenti)

Talbiet

tannulla r-Regolament (KE) Nru 1968/2006 (1) tal-21 ta' Diċembru 2006 dwar kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Komunità lill-Fond Internazzjonali għall-Irlanda (2007-2010)

tikkundanna lill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Parlament Ewropew jinvoka motiv wieħed biss in sostenn tar-rikors tiegħu, ibbażat fuq għażla żbaljata tal-bażi legali tar-Regolament ikkontestat. Peress li l-miżuri previsti minn dan ir-Regolament jaqgħu fil-fatt taħt l-attribuzzjonijiet Komunitarji fil-qasam ta' koeżjoni ekonomika u soċjali, huma kellhom jiġu adottati fuq il-bażi tat-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 159 KE u mhux fuq l-Artikolu 308 KE, li jista' jiġi użat biss jekk ebda dispożizzjoni tat-Trattat ma jagħti lill-istituzzjonijiet Komunitarji l-kompetenza neċessarja sabiex jiġi adottat l-att in kwistjoni.


(1)  ĠU L 409, p. 81 u — corrigendum — ĠU 2007, L 36, p. 31.