7.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 155/7


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-27 ta' Marzu 2007 — TeleTech Holdings, Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (L-UASI), Teletech International SA

(Kawża C-312/05) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Trade mark verbali Komunitarja - Talba għal annullament - Trade mark verbali nazzjonali preċedenti)

(2007/C 155/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ispagnol

Partijiet

Rikorrenti: TeleTech Holdings, Inc. (rappreżentant: E. Armijo Chávarri, avocat)

Partijiet oħra fil-kawża: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: J. García Murillo u I. de Medrano Caballero, agents), Teletech International SA (rappreżentanti: J.-F. Adelle u F. Zimeray, avocats)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tieni Awla) tal-25 ta' Mejju 2005, TeleTech Holdings vs L-UASI (parti intervenjenti: Teletech International SA) (T-288/03), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet ir-rikors kontra deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI) li laqgħet parzjalment talba għal dikjarazzjoni ta' invaidità fir-rigward tat-trade mark Komunitarja “TELETECH GLOBAL VENTURES” magħmula mill-kumpannija Teletech International SA, proprjetarja tat-trade mark nazzjonali “TELETECH INTERNATIONAL”

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

TeleTech Holdings, Inc, hija ordnata tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 281 tat-12.11.2005.