7.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 155/7


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-10 ta' Mejju 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Baden-Württemberg — il-Ġermanja) — Lasertec Gesellschaft für Stanzformen mbH vs Finanzamt Emmendingen

(Kawża C-492/04) (1)

(Artikolu 104(3)(i) tar-Regoli tal-Proċedura - Moviment liberu tal-kapitali - Libertà ta' stabbiliment - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-kumpanniji - Kuntratt ta' self bejn il-kumpanniji - Kumpannija residenti li tissellef - Kumpannija azzjonista li ssellef stabbilita f'pajjiż terz - Kunċett ta' “sehem rilevanti’ - Ħlas ta' interessi fuq is-self - Kwalifika - Tqassim moħbi tal-profitti)

(2007/C 155/11)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Baden-Württemberg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lasertec Gesellschaft für Stanzformen mbH

Konvenuta: Finanzamt Emmendingen

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Baden-Württemberg — Interpretazzjoni ta' l-Artikoli 56(1), 57(1) u 58 KE — Leġislazzjoni fiskali nazzjonali — Taxxa fuq il-profitti tal-kumpanniji — Taxxa fuq l-interessi mħallsa minn kumpannija nazzjonali bħala rimunerazzjoni għal kapitali mislufa lil kumpannija azzjonista stabbilita f' pajjiż terz, liema interessi huma meqjusa bħala dividendi moħbija

Dispożittiv

Miżura nazzjonali li bis-saħħa tagħha l-interessi fuq is-self imħallsa minn kumpannija b'kapital azzjonarju residenti lil azzjonist mhux residenti li għandu sehem rilevanti fil-kapital ta' din il-kumpannija huma, f'ċertu kundizzjonijiet, meqjusa li huma tqassim ta' profitti moħbija, taxxabbli f'idejn il-kumpannija li tissellef, tolqot b'mod kbir ħafna l-eżerċizzju tal-libertà ta' l-istabbiliment skond l-Artikolu 43 u dawk suċċessivi. Dawn id-dispożizzjonijiet ma jistgħux jiġu invokati f'sitwazzjoni fejn hemm implikata kumpannija ta' pajjiż terz.


(1)  ĠU C 31 tal-5.2.2005.