7.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 155/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) ta' l-24 ta' Mejju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-376/06) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2001/42/KE - Stima ta' l-effetti ta' ċerti pjanjieti u programmi fuq l-ambjent - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu preskritt)

(2007/C 155/10)

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Caeiros u J.-B. Laignelot, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Fernandes u F. Fraústo de Azevedo, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2001/42/KE tas-27 ta' Ġunju 2001, dwar l-istima ta' l-effetti ta' ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU L 197, p. 30)

Dispożittiv

1)

Billi ma adottatx, fit-terminu preskritt, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi regolatorji u amministrattivi kollha neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2001/42/KE tas-27 ta' Ġunju 2001, dwar l-istima ta' l-effetti ta' ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi imposti fuqha minn din id-direttiva.

2)

Ir-Repubblika Portugiża għandha tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 261 tat-28.10.2006.