27.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 142/6


Bidu ta' proċeduri

(Każ COMP/M.4525 — Kronospan/Constantia)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 142/03)

Fil-14 ta' Ġunju 2007, il-Kummissjoni iddeċidiet li tibda proċeduri fil-każ ta' hawn fuq wara li sabet li l-konċentrazzjoni nnotifika tqajjem dubji serji dwar il-kompatibilità tagħha mas-suq komuni. Il-bidu tal-proċeduri jiftaħ it-tieni fażi ta' investigazzjoni fir-rigward tal-konċentrazzjoni nnotifikata, u jsir mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni finali dwar il-każ. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jistgħu jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Sabiex l-osservazzjonijiet jiġu kkunsidrati bis-sħiħ fil-proċedura, dawn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux iktar tard minn 15-il jum wara d-data tal-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (nru tal-fax (32-2)296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.4525 — Kronospan/Constantia, fl-indirizz li ġej:

Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

DĠ Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

Rue Joseph II/Jozef II-straat 70

B-1000 Brussell