26.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 141/32


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4477 — SES Astra/Eutelsat/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 141/16)

1.

Fl-20 ta' Ġunju 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi SES Astra S.A. (“Astra”, il-Lussemburgu) u Eutelsat S.A. (“Eutelsat”, Franza) jiksbu, fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt ta' kumpanija ġdida li tikkostitwixxi intrapriża konġunta (“JV”) permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

Għall-impriża Astra: Xandir bis-satellita u soluzzjonijiet għax-xandir ta' programmi bir-radju u televiżjoni, aċċess għall-internet u servizzi ta' netwerk;

għall-impriża Eutelsat: operatur tas-satellita għal servizzi ta' xandir u broadband;

għall-impriża JV: forniment ta' infrastruttura għax-xandir ta' kontenut multimedjali lejn mekkaniżmi ċellulari u komunikazzjonijiet ta' data u vuċi two-way.

3.

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li l-operazzjoni notifikata tista' tiġi kkunsidrata fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi interessati sabiex iressqulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Dawn il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (fax nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4477 — SES/ASTRA/EUTELSAT/JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni,

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.