|
23.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 140/21 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-3 ta' Mejju 2007 — Tsarnavas vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-343/04) (1)
(“Uffiċjali - Rapport ta' evalwazzjoni - Diżabbiltà - Rikors għal annullament - Interess ġuridiku - Rikors għal kumpens - Inammissibbiltà’)
(2007/C 140/34)
Lingwa tal-Kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Vassilios Tsarnavas (Volos, Il-Greċja) (rappreżentanti: N. Lhoëst u B. d'Orléans, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u D. Martin, aġenti)
Suġġett tal-Kawża
Minn naħa, talba għal annullament tad-deċiżjoni ta' l-evalwatur ta' l-appell ta' l-4 ta' Awwissu 2003, li tistabilixxi r-rapport ta' evalwazzjoni definittiv tar-rikorrent għall-perijodu bejn l-1 ta' Lulju 1997 sat-30 ta' Ġunju 1999, u min-naħa l-oħra talba għal kumpens għad-danni morali li r-rikorrent issubixxa minħabba dewmien sakemm tlesta r-rapport ta' evalwazzjoni tiegħu u għal fastidju morali li tiegħu kien vittma.
Dispożittiv tas-sentenza
|
1) |
Id-deċiżjoni ta' l-evalwatur ta' l-appell ta' l-4 ta'Awwissu 2003, li tistabbilixxi r-rapport ta' evalwazzjoni definittiv tar-rikorrent għall-perijodu bejn l-1 ta' Lulju 1997 sat-30 ta' Ġunju 1999, hija annullata. |
|
2) |
Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija. |
|
3) |
Il-Kummissjoni hija ordnata tbati l-ispejjeż tagħha u nofs l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent. |