23.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 140/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichts des Saarlandes (Il-Ġermanja) fit-30 ta' Marzu 2007 — Apothekerkammer des Saarlandes, Marion Schneider, Michael Holzapfel, Fritz Trennheuser, Deutscher Apothekerverband e. V. vs Saarland, Ministerium für Justiz, Gesundheit und Soziales, intervenjenti: DocMorris N.V.

(Kawża C-171/07)

(2007/C 140/18)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichts des Saarlandes.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Apothekerkammer des Saarlandes, Marion Schneider, Michael Holzapfel, Fritz Trennheuser, Deutscher Apothekerverband e. V.

Konvenuti: Saarland, Ministerium für Justiz, Gesundheit und Soziales

Intervenjenti: DocMorris N.V.

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet fuq il-libertà ta' l-istabbiliment għall-kumpanniji tal-kapital (Artikoli 43 KE u 48 KE) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu regola li tistipula li biss spiżjar jista' jipposjedi spiżerija kif stabbilit fl-Artikoli 2(1), punti 1 sa 4, l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 7 u l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 8 tal-Liġi Ġermaniża dwar l-Ispiżeriji (aktar 'il quddiem l-“ApoG”), fil-verżjoni tal-15 ta' Ottubru 1980 (BGB1 I, p. 1993), kif emendata l-aħħar mill-Artikolu 34 tar-Regolament tal-31 ta' Ottubru 2006 (BGB1 I, p. 2407).

2)

F'każ ta' risposta affermattiva għall-ewwel domanda: awtorità nazzjonali, abbażi tad-dritt Komunitarju, b'mod partikolari b'riferenza għall-Artikolu 10 KE u għall-prinċipju ta' l-effettività tad-dritt Komunitarju hija awtorizzata u marbuta li ma tapplikax dawk id-dispożizzjonijiet nazzjonali li din tqis li mhumiex konformi mad-dritt Komunitarju anki jekk m'hemmx ksur ċar tad-dritt Komunitarju u sa issa l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għadha ma sabet l-ebda nuqqas ta' kompatibbiltà bejn id-dispożizzjonijiet nazzjonali in kwistjoni u d-dritt Komunitarju?