|
23.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 140/8 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (Il-Ġermanja) fl-20 ta' Marzu 2007 — Communication Services TELE2 GmbH vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-153/07)
(2007/C 140/13)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesverwaltungsgericht (Il-Ġermanja).
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Communication Services TELE2 GmbH
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Intervenjenti: Deutsche Telekom AG
Domandi preliminari
Id-Direttiva tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ġunju 1990, 90/388/KEE (1), dwar il-kompetizzjoni fis-swieq tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni — Direttiva fuq il-kompetizzjoni — u d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju 1997, 97/33/KE, dwar l-interkonnessjoni fis-settur tat-telekomunikazzjoni sabiex jiġu ggarantiti servizz universali u l-interoperabbiltà permezz ta' l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' Provvista ta' Netwerk Miftuħ (ONP) — Direttiva fuq l-interkonnessjoni (2) — għandhom jiġu interpretati fis-sens li jimpedixxu lill-awtorità nazzjonali regolatorja milli tobbliga lill-operatur ta' netwerk ta' kollegament interkonnessa ma' netwerk pubbliku lokali ta' telekomunikazzjoni li jħallas, għas-sena 2003, lill-operatur tan-netwerk lokali li jkun f'pożizzjoni dominanti, kontribuzzjoni bħala kumpens għat-telf ikkawżat lil dan ta' l-aħħar mit-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' dan in-netwerk?
Fil-każ ta' risposta affermattiva għall-ewwel domanda:
Il-qorti nazzjonali għandha tieħu in kunsiderazzjoni n-nuqqas ta' konformità mad-dritt Komunitarju ta' dan l-obbligu, dovut għal dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, fil-proċedimenti relattivi għall-awtorizzazzjoni biex tiġi imposta kontribuzzjoni fuq l-operatur tan-netwerk ta' kollegament?
(1) ĠU L 192, p. 10.
(2) ĠU L 199, p. 32.