19.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 135/20


Notifika ta' konċentrazzjoni

(Każ Nru COMP/M.4646 — AXA/Monte dei Paschi/JV )

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 135/07)

1.

Fil-11 ta' Ġunju 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża AXA S.A. (“AXA”, Franza ), takkwista fit-tifsira ta' l-Artikoli 3(4) u 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll konġunt ta' l-impriżi Monte Paschi Vita S.p.A. (“MPS Vita”, l-Italja), u Monte Paschi Assicurazioni Danni S.p.A. (“MPS Danni”, l-Italja), permezz ta' akkwist ta' ishma. MPS Vita u MPS Danni fil-preżent huma kkontrollati unikament minn Banca Monte Paschi di Siena S.p.A. (“BMPS”), l-Italja. BMPS ser iżżomm il-kontroll konġunt fuq MPS Vita u MPS Danni, flimkien ma' AXA.

2.

L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal AXA: assigurazzjoni u servizzi finanzjarji relatati;

għal BMPS: kummerċ bankarju u servizzi finanzjarji relatati;

għal MPS Vita: assigurazzjoni fuq il-ħajja u servizzi finanzjarji relatati;

għal MPS Danni: assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja.

3.

Wara evalwazzjoni preliminari, il-Kummissjoni sabet li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu l-osservazzjonijiet li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

L-osservazzjonijiet għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux iktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (nru tal-fax (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4646 — AXA/Monte dei Paschi/JV/JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni,

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.