19.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 135/5


Sejħiet għall-proposti fl-ambitu tal-programmi ta' ħidma “Kooperazzjoni” u “Kapaċitajiet” tas-7' Programm Kwadru tal-KE għal Attivitajiet ta' Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni

(2007/C 135/05)

B'dan qed jingħata avviż tat-tnedija ta' sejħiet għall-proposti taħt il-programmi ta' ħidma “Kooperazzjoni” u “Kapaċitajiet” tas-7 Programm ta' Qafas tal-Komunità Ewropea għal Attivitajiet ta' Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni (mill-2007 sa l-2013).

Jintlaqgħu proposti għas-sejħiet li ġejjin. Id-dati ta' l-għeluq għas-sejħiet u l-baġits qegħdin imniżżlin fit-testi tas-sejħiet, li jinsabu ppublikati fuq il-websajt tal-CORDIS.

Il-Programm Speċifiku “Kooperazzjoni”

It-tema: Is-saħħa.

Identifikazzjoni tas-Sejħa: FP7-HEALTH-2007-B

Il-Programm Speċifiku “Kapaċitajiet”

Parti: Infrastrutturi ta' Riċerka

Identifikazzjoni tas-Sejħa: FP7-INFRASTRUCTURES-2007-2

Dawn is-sejħiet għall-proposti jorbtu mal-programmi ta' ħidma adottati bid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C(2007)2460 tal-11 ta' Ġunju 2007 u C(2007)2464 tal-13 ta' Ġunju 2007.

L-informazzjoni dwar il-modalitajiet tas-sejħiet, il-programmi ta' ħidma u l-gwida għall-applikanti dwar kif għandhom jissottomettu l-proposti, tinsab disponibbli fuq il-websajt tal-CORDIS:

http://cordis.europa.eu/fp7/calls/