| 15.6.2007 | MT | Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea | C 133/2 | 
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ Nru COMP/M.4588 — Petroplus/Coryton Refinery Business)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/C 133/03)
Fis-26 ta' April 2007, il-Kummissjoni iddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab fuq Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:
| — | mill-websajt tal-kompetizzjoni ta' l-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali. | 
| — | F'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32007M4588. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. (http://eur-lex.europa.eu) |