13.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 131/19


Notifika ta' konċentrazzjoni

(Każ Nru COMP/M.4662 — Syniverse/BSG wireless business)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 131/10)

1.

Fil-5 ta' Ġunju 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 u skond referenza konformi ma' l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Syniverse Technologies, Inc (“Syniverse”, l-Istati Uniti), ikkontrollata minn GTCR Golder Rauner, LLC (“GTCR”, l-Istati Uniti) takkwista, fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll tan-negozju wireless tal-Billing Services Group Limited (“BSG Target Business”, ir-Renju Unit) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal GTCR: kumpanija privata ta' investiment ta' ekwità.

għal Syniverse: fornitur globali ta' servizzi teknoloġiċi lil kumpaniji ta' telekomunikazzjonijiet wireless inkluż roaming data clearing; soluzzjonijiet ta' portabbiltà tan-numri; u diversi soluzzjonijiet oħra ta' interoperabbiltà.

għal BSG Target Business: fornitur globali ta' soluzzjonijiet ta' proċessar ta' ħlasijiet, data clearing, ħlas finanzjarju u ġestjoni tar-riskju għall-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni wireless.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madanakollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux iktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (numri tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4662 — Syniverse/BSG (wireless business), fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni,

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, tad-29.1.2004, p. 1.