9.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 129/28 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta' April 2007 — Campos Valls vs Il-Kunsill
(Kawża F-39/07)
(2007/C 129/49)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Manuel Campos Valls (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, J.-N. Louis, A. Coolen u E. Marchal, avocats)
Konvenut: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrent
— |
tannula d-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra (AIPN) li tiċħad il-kandidatura tar-rikorrent impjegat mal-Kap tat-taqsima Spanjola fid-DĠ A, Direttorat III — Traduzzjoni u produzzjoni tad-dokumenti — Dipartiment lingwistiku, kif ukoll dik li tinnomina kandidat ieħor għal din il-kariga. |
— |
tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Sabiex isaħħaħ ir-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed ibbażat fuq il-ksur ta' l-avviż ta' kariga vakanti Nru 60/06, ta' l-eżistenza ta' żball manifest ta' evalwazzjoni u tal-ksur ta' l-Artikolu 45 ta' l-Istatut, f'dak li l-kandidat magħżul sabiex jokkupa l-kariga kontenzjuża ma kienx jiddisponi, bid-differenza mir-rikorrent, minn konoxxenzi tekniċi tat-traduzzjoni meħtieġa mill-avviż tal-kariga vakanti. B'mod partikolari, l-argument invokat mill-Kunsill li dawn il-konoxxenzi kellhom ikunu evalwati fid-dawl tal-funzjonijiet tal-ġestjoni tal-persunal li l-kap tat-taqsima għandu jeżerċita injoraw l-avviż ta' kariga vakanti.