9.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 129/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fit-12 ta' April 2007 — Alfonso Luigi Marra vs Eduardo De Gregorio

(Kawża C-200/07)

(2007/C 129/22)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Alfonso Luigi Marra.

Konvenut: Eduardo De Gregorio.

Domandi preliminari

1)

Fil-każ tan-nuqqas ta' azzjoni ta' membru tal-Parlament Ewropew, li ma jużax il-fakultà mogħtija lilu mill-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew (1) li jitlob direttament lill-President il-ħarsien ta' l-immunità jew tal-privileġġ, l-imħallef li quddiemu tinsab pendenti kawża ċivili huwa madankollu marbut li jitlob lill-President ir-revoka ta' l-immunità, għall-finijiet tat-tkomplija tal-proċedura u ta' l-adozzjoni tad-Deċiżjoni?

jew

2)

Fin-nuqqas tal-komunikazzjoni minn naħa tal-Parlament Ewropew li jkun irid iħares l-immunità u l-privileġġi tal-membru Parlamentari, l-imħallef li quddiemu tkun tressqet il-kawża ċivili jista' tiddeċiedi dwar jekk teżistix jew le l-prerogattiva, fid-dawl taċ-ċirkustanzi konkreti tal-każ ? Ir-rinviju preliminari jwassal għas-sospensjoni tal-proċediment.


(1)  ĠU L 44, 15.2.2005, p. 1.