9.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 129/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa miż-Zala Megyei Bíróság (Repubblika ta' l-Ungerija) fl-10 ta' April 2007 — OTP Bank Rt. u Merlin Gerin Kft. vs Zala Megyei Közigazgatási Hivatal

(Kawża C-195/07)

(2007/C 129/19)

Lingwa tal-kawża: L-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Zala Megyei Bíróság.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: OTP Bank Rt. u Merlin Gerin Kft.ó Rt., OTP Bank Rt., ERSTE Bank Hungary Rt u Vodafon Magyarország Mobil Távözlési Rt.

Konvenuta: Zala Megyei Közigazgatási Hivatal vezetöje.

Domandi preliminari

1)

Il-Kapitolu 4 punt 3(a) ta' l-Anness X ta' l-“Att ta' Adeżjoni ”(l-Att dwar il-kundizzjonijiet tas-sħubija tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti tat-Trattati li fuqhom l-Unjoni Ewropea hija stabbilita (1)), li jgħid li “l-Ungerija tista', sal-31 ta' Diċembru 2007 inkluż, tapplika tnaqqis tat-taxxa fuq l-impriżi lokali sa mhux iktar minn 2 % tad-dħul nett ta' l-impriżi, mogħti mill-amministrazzjoni lokali għal terminu limitat abbażi ta' l-Artikolu 6 u 7 tal-liġi C ta' l-1990 dwar it-taxxi lokali”, [traduzzjoni mhux uffiċjali] għandu jiġi interpretat fis-sens li:

l-Ungerija ngħatat deroga provviżorja li tippermettilha żżomm it-taxxa fuq l-impriżi lokali (helyi iparuzési adó) jew li

bil-fakultà li żżomm il-vantaġġi marbuta mat-taxxa fuq l-impriżi lokali, l-att ta' adeżjoni rrikonoxxa wkoll id-dritt (provviżorju) ta' l-Ungerija li żżomm taxxa fuq l-operazzjonijiet ekonomiċi?

2)

Fil-każ fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tagħti risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, il-qorti tar-rinviju tistaqsi wkoll is-segwenti domanda:

Skond l-interpretazzjoni korretta tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (2), liema huma l-kriterji li jippermettu li jitqies li taxxa ma jkollhiex in-natura ta' taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ skond l-Artikolu 33 tad-Direttiva?


(1)  ĠU L 236, p. 846.

(2)  ĠU L 145, p. 1.