9.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 129/10


Rikors imressaq fit-3 ta' April 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-190/07)

(2007/C 129/18)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: C. Cattabriga, aġent)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana

Talbiet

Tikkonstata li r-Repubblika Taljana, billi ma addottatx id-dispożizzjonijiet leġislattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/117/KEE (1), tat-22 ta' Diċembru 2004, li temenda d-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KE, 2002/54/KE, 2002/55/KE u 2002/57/KE f'dak li għandu x'jaqsam ma' eżaminazzjonijiet imwettqa taħt sorveljanza uffiċjali u l-ekwivalenza taż-żerriegħa prodotta f'pajjiżi terzi, jew inkella li ma kkomunikatx dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond l-Artikolu 8 ta' l-imsemmija Direttiva;

Tordna lir-Repubblika Taljana tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu ta' traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/117/KE ddekorra fl-1 ta' Ottubru 2005.


(1)  ĠU 2005, L 14, p. 18.