|
9.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 129/9 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Zutphen (l-Olanda) fit-3 ta' April 2007 — proċedura kriminali kontra Dirk Endendijk
(Kawża C-187/07)
(2007/C 129/15)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Zutphen
Parti fil-kawża prinċipali
Dirk Endendijk
Domandi preliminari
|
1) |
Kif għandu jiġi interpretat il-kunċett ta' “marbut”, fis-sens tad-Direttiva 91/629/KEE (1), meta jinqara flimkien mad-Deċiżjoni 97/182/KE (2)? |
|
2) |
Għandhom jittieħdu in kunsiderazzjoni l-materjal u t-tul ta' dan il-mezz ta' rabta, kif ukoll l-iskop ta' din ir-rabta? |
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/629/KEE, tad-19 ta' Novembru 1991, li tipprovdi l-livelli minimi għall-protezzjoni ta' l-għoġġiela (ĠU L 340, p. 28).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-24 ta' Frar 1997 li temenda l-Anness li jinsab mad-Direttiva 91/629/KEE (ĠU L 76, p. 30).