9.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 129/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de grande instance de Nantes (Franza) fis-27 ta' Marzu 2007 — James Wood vs Fonds de Garantie

(Kawża C-164/07)

(2007/C 129/11)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de grande instance de Nantes

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: James Wood

Konvenut: Fonds de Garantie

Domanda preliminari

Fid-dawl tal-prinċipju ġenerali ta' non-diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, stabbilit fl-Artikolu [12] tat-Trattat [KE], id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 706-3 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali Franċiż huma jew mhumiex kompatibbli mad-dritt Komunitarju safejn ċittadin tal-Komunità Ewropea residenti fi Franza, li huwa missier tifel ta' nazzjonalità Franċiża li miet barra mit-territorju nazzjonali, huwa eskluż mill-benefiċċju tal-kumpens mogħti mill-Fonds de Garantie [Fond ta' Garanzija], abbażi biss tan-nazzjonalità tiegħu?