|
9.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 129/3 |
Appell imressaq fil- 21 ta' Frar 2007 minn Angel Angelidis kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla) mogħtija fil- 5 ta' Diċembru 2006 fil-Kawża T-416/03, Angelidis vs Il-Parlament Ewropew
(Kawża C-103/07 P)
(2007/C 129/04)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Angel Angelidis (rappreżentant: E. Boigelot, avukat)
Parti oħra fil-kawża: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
|
— |
li l-appell jiġi ddikjarat ammissibbli u fondat u, konsegwentement, |
|
— |
li tiġi annullata s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tal-5 ta' Diċembru 2006, fil-kawża T-416/03, Angelidis vs Il-Parlament; |
|
— |
li tiddeċiedi hija stess il-kontroversja u, filwaqt li tilqa r-rikors inizzjali tar-rikorrenti fil-kawża T-416/03:
|
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz ta' l-appell tiegħu, ir-rikorrenti essenzjalment jakkuża lill-Qorti tal-Prim'Istanza li għamlet diversi żbalji ta' dritt fl-interpretazzjoni ta' l-Artikoli 26 u 43 tar-Regolamenti tal-Persunal u ta' l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej kif ukoll tad-dispożizzjonijet ġenerali ta'eżekuzzjoni dwar l-applikazzjoni ta' dawn l-Artikoli. Dawn l-iżbalji jikkonċernaw, b'mod partikolari, l-evalwazzjoni estensiva li l-Qorti tal-Prim'Istanza għamlet fuq il-każijiet, limitati, fejn tista' ssir deroga mir-regola li tgħid li l-evalwazzjoni u l-konvalidazzjoni ta' rapport ta' evalwazzjoni għandhom jiġu żgurati minn żewġ membri differenti tal-ġerarkija ta' l-uffiċjal evalwat u l-evalwazzjoni tal-Qorti tal-Prim'Istanza fir-rigward tan-nuqqas ta' ħtieġa li jiġi kkonsultat is-superjur ġerarkiku dirett preċedenti ta' dan l-uffiċjal. Is-sentenza kkontestata tippreżenta, fuq dawn iż-żewġ punti, numru ta' lakuni fil-motivazzjoni pprovduta mill-Qorti tal-Prim'Istanza, li barra minn hekk żnaturat il-portata ta' diversi elementi ppreżentati quddiemha mir-rikorrenti.