2.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 122/29


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ Nru COMP/M.4693 — Veolia/Sulo)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 122/06)

1.

Fit-22.5.2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Veolia Propreté, ikkontrollata minn Veolia Environnement S.A. (“Veolia”; Franza), takkwista skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll fuq l-impriża kollha SULO Verwaltungsgesellschaft mbH (“Sulo”; il-Ġermanja) permezz tax-xira ta' ishma.

2.

L-attivitajiet tan-negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal Veolia: il-ġbir, ir-rimi u l-irriċiklar ta' skart għal setturi pubbliċi u privati;

għal Sulo: servizzi ta' ġestjoni ta' l-iskart.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skond il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi partijiet interessati biex jissottomettulha l-osservazzjonijiet li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Dawn l-osservazzjonijiet iridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks ((32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4693 — Veolia/Sulo, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali tal-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.