1.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 121/5


Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ Nru COMP/M.4694 — RCI Banque/RFS)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 121/05)

1.

Fl-24.5.2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża RCI Banque (“RCI ”Franza), takkwista, skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll ta' l-impriżi kollha RFS Limited (“RFS ”Renju Unit) permezz tax-xiri ta' ishma. RCI bħalissa għandha kontroll konġunt ta' l-RFS.

2.

L-attivitajiet tan-negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal RCI: finanzjament u servizzi tal-karozzi għall-konsumaturi finali u għall-aġenti tal-karozzi Renault, Nissan u Dacia f'diversi Stati Membri, inkluż ir-Renju Unit;

għal RFS: finanzjament u servizzi tal-karozzi għall-konsumaturi finali u l-aġent tal-karozzi Renault fir-Renju Unit biss.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skond il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi interessati biex jissottomettulha l-osservazzjonijiet li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Dawn l-osservazzjonijiet iridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax ((32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.4694 — RCI Banque/RFS, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.