|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/30 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta' Marzu 2007 — L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-93/07)
(2007/C 117/48)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: P. Gentili, Avvocato dello Stato)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunità Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla n-nota Nru 175, tal-11 ta' Jannar 2007, tal-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali — Programmi u proġetti f'Ċipru, fil-Greċja, fl-Ungerija, fl-Italja, f'Malta u fl-Olanda — li tikkonċerna pagamenti mill-Kummissjoni differenti mill-ammonti totali mitluba. Ref. Programm POR Sicilia (N. CCI 1999 IT 161 PO 011); |
|
— |
tannulla n-nota Nru 234, tat-12 ta' Jannar 2007, tal-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali — Programmi u proġetti f'Ċipru, fil-Greċja, fl-Ungerija, fl-Italja, f'Malta u fl-Olanda — li tikkonċerna pagamenti mill-Kummissjoni differenti mill-ammonti totali mitluba. Ref. Programm POR Sicilia (N. CCI 1999 IT 161 PO 011); |
|
— |
tannulla l-atti kollha konnessi u preliminari, u tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunità Ewropea tbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-kawża T-345/04, Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni (1).
(1) ĠU C 262 tat-23.10.2004, p. 55.