|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/19 |
Rikors imressaq fit-3 ta'April 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-192/07)
(2007/C 117/32)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: M. Condou-Durnade u W. Bogensberger, agenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Talbiet tal-parti(jiet) rikorrenti
Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja:
|
— |
tiddikjara li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi neċessarji sabiex timplementa d-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE, tat-22 ta' Settembru 2003, dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (1), jew, talli ma infurmatx lill-Kummissjoni b'dawn id-dispożizzjonijiet, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond din id-Direttiva; |
|
— |
tikkundanna lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu ta' żmien stabbilit għall-implementazzjoni tad-Direttiva 2003/86/KE skada fit-3 ta' Ottubru 2005.
(1) ĠU L 251, p. 12.