|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/9 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale di Latina (l-Italja) fil-5 ta' Marzu 2007 — Michele Ciampi vs Agenzia Entrate Ufficio Latina
(Kawża C-131/07)
(2007/C 117/15)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Commissione tributaria provinciale ta' Latina (L-Italja).
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Michele Ciampi.
Konvenuta: Agenzia Entrate Ufficio Latina.
Domandi preliminari
|
1) |
Is-sentenza C-207/04 (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li l-leġiżlatur Taljan kellu jestendi għall-irġiel il-limitu ta' età vantaġġuż previst għan-nisa? |
|
2) |
Fil-każ in eżami għandu jiġi deċiż li, fir-rigward ta' l-irġiel li għandhom 'il fuq minn 50 sena, għandha tapplika rata tat-taxxa ekwivalenti għal nofs dik prevista mit-tassazzjoni tat-T.F.R. fuq is-somom ta' flus mogħtija bħala inċentiv għal irtirar kmieni mix-xogħol? |
|
3) |
Fid-dawl tal-fatt li s-somom ta' flus imħallsa mill-persuna taxxabbli taħt l-Irpef mhumiex ikkunsidrati bħala parti mis-salarju peress li mhumiex imħallsa mill-persuna li timpjega minħabba relazzjoni ta' xogħol u, fid-dawl tal-fatt li s-somma ta' flus imħallsa, sabiex tiffavorixxi l-inċentiv, mill-persuna li timpjega lill-impjegat mhijiex meqjusa bħala salarju, huwa konformi mad-dritt Komunitarju li jiġi deċiż li d-differenza fl-età, 50 sena għan-nisa u 55 għall-irġiel, hija kuntrarja għad-dritt Komunitarju, meta wieħed jikkunsidra li d-Direttiva 79/7 (2) tippermetti lill-Istati Membri jistabbilixxu limiti differenti ta' età għall-pensjoni? |
|
4) |
L-interpretazzjoni tad-dritt Komunitarju (Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE (3), tad-9 ta' Frar 1976, li tipprojbixxi d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess) tipprekludi l-applikazzjoni tad-dispożizzjoni nazzjonali li wasslet sabiex dan il-każ jitressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, li għal din il-qorti nazzjonali jkun ifisser li d-dispożizzjoni nazzjonali (Artikolu 17 li issa sar il-paragrafu 4a ta' l-Artikolu 19) hija inkompatibbli mad-dritt Komunitarju jew ma tipprekludix din l-applikazzjoni u għalhekk id-dispożizzjoni nazzjonali hija kompatibbli mad-dritt Komunitarju? |
(1) Ġabra 2005, p. I-07453.
(3) ĠU L 39, p. 40.