|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/6 |
Appell imressaq fit-2 ta' Marzu 2007 minn Erste Bank der österreichischen Sparkassen AG kontra s-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej (It-Tieni Awla) fl-14 ta' Diċembru 2006 fil-kawżi magħuda T-259/02 sa T-264/02 u T-271/02, Raiffeisen Zentralbank Österreich AG u.a. vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, b'riferiment ghall-kawża T-264/02
(Kawża C-125/07 P)
(2007/C 117/09)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Erste Bank der österreichischen Sparkassen AG (irrappreżentata minn: F. Montag, avukat)
Parti oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tiġi annullata parzjalment is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej (it-Tieni Awla) ta' l-14 ta' Diċembru 2006, kawżi magħquda T-259/02 sa T-264/02 u T-271/02 (1), safejn din ċaħdet ir-rikors fil-kawża T-264/02 kontra d-deċiżjoni tal-konvenuta tal-11 ta' Ġunju 2002, C(2002) 2091 def., rigward proċediment għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 81 tat-Trattat KE, u tiġi annullata l-imsemmija deċiżjoni tal-konvenuta fil-parti fejn din timponi multa fuq ir-rikorrenti; |
|
— |
sussidjarjament, titnaqqas b'mod adegwat il-multa imposta fuq ir-rikorrenti fl-Artikolu 3 tad-deċiżjoni tal-konvenuta tal-11 ta' Ġunju 2002, C(2002) 2091 def., dwar proċediment għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 81 tat-Trattat KE; |
|
— |
ulterjorment u sussidjarjament ukoll, tiġi annullata s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza msemmija fil-punt nru 1 u tiġi mibgħuta lura l-kawża lill-Qorti tal-Prim'Istanza. |
|
— |
f'kull każ, tordna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
|
1. |
Qed jiġi sostnut li s-sentenza kkontestata biddlet il-portata tad-dritt għal waħda kontraddittorja. Fil-fatt, ir-rikorrenti ma ġietx mismugħa regolarment fir-rigward ta' l-akkuża prevista tal-kwoti tas-suq tas-settur tal-banek tat-tfaddil Awstrijaċi li saret mill-Kummissjoni. Il-Qorti tal-Prim'Istanza tidher li qalet żbaljatament fis-sentenza tagħha li r-riferiment min-naħa tal-konvenuta, meta ressqet l-argumenti tagħha, dwar il-fatt li r-rikorrenti kienet l-ogħla istitut tas-settur tal-banek tat-tfaddil, kien biżżejjed sabiex id-drittijiet tad-difiża ta' din ta' l-aħħar jiġu ssalvagwardati. Bil-kontra, il-konvenuta jmissha indikat ukoll lir-rikorrenti liema konklużjonijiet kellha l-intenzjoni toħroġ minn din iċ-ċirkustanza. |
|
2. |
Mil-lat ġuridiku sostanzjali r-rikorrenti ssostni li l-Qorti tal-Prim'Istanza naqset milli tikkunsidra numru ta' ksur tad-dritt Komunitarju li kien jinsab fid-deċiżjoni tal-konvenuta. B'mod partikolari, din id-deċiżjoni:
|
(1) ĠU C 331, p. 29.