26.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 117/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale (L-Italja) fl-20 ta' Frar 2007 — Ecotrade spa vs Agenzia Entrate Ufficio Genova 3

(Kawża C-95/07)

(2007/C 117/04)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione tributaria provinciale

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ecotrade spa

Konvenuta: Agenzia Entrate Ufficio Genova 3.

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 17, 21(1) u 22 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE (1), tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali (f'dan il-każ l-Artikolu 19 tad-D.P.R. 26/10/72 nru 633) milli tissuġġetta l-eżerċizzju tad-dritt ta' tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud, dovuta minn persuna taxxabbli fl-eżerċizzju ta' l-attività kummerċjali tagħha għal ħarsien ta' terminu partikolari (ta' sentejn), taħt piena ta' telf ta' dan l-istess dritt; b'mod partikolari, fir-rigward tal-każijiet li fihom l-issuġġettar għall-VAT ta' l-oġġett jew servizz miksub isseħħ skond proċedura ta' reverse charge, li tippermetti lill-amministrazzjoni teżiġi l-ħlas tat-taxxa filwaqt li tibbenefika minn terminu (ta' erba' snin skond l-Arikolu 57 tad-D.P.R. 633/72) itwal minn dak mogħti lill-kummerċjant għat-tnaqqis tat-taxxa, li jkun skada minħabba l-fatt li jkun għadda?

2)

L-Artikolu 18(1)(d) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali milli, fir-regolamentazzjoni tal-“formalitajiet ”indikati minn dan l-artikolu permezz tal-proċedura ta' reverse charge, stabbilita fit-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 17 u fl-Artikoli 23 u 25 tad-D.P.R. 633/72, tinkludi (bi ħsara biss għall-persuna taxxabbli) il-ħarsien ta' limitu ta' żmien — kif previst fl-Artikolu 19 tad-D.P.R. 633/72 — għall-eżerċizzju tad-dritt ta' tnaqqis stabbilit fl-Artikolu 17 ta' l-istess direttiva?


(1)  ĠU L 145, p. 1.