26.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 117/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Giustizia Amministrativa per la Regione siciliana (l-Italja) fit-13 ta' Frar 2007 — Ispettorato Provinciale dell'Agricoltura di Enna, Assessorato all'agricoltura e foreste della regione Sicilia, Regione Sicilia vs Domenico Valvo

(Kawża C-78/07)

(2007/C 117/02)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Giustizia Amministrativa per la Regione siciliana (l-Italja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ispettorato Provinciale dell'Agricoltura di Enna, Assessorato all'agricoltura e foreste della regione Sicilia, Regione Sicilia

Konvenut: Domenico Valvo

Domandi preliminari

Il-konċessjoni ta' l-allokazzjoni kumpensatorja prevista mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2328/91 (kif emendat mir-Regolament Nru 3669/93) u mir-Regolament KE Nru 950/97 (1) ta' l-20 ta' Mejju 1997, dwar it-titjib ta' l-effiċjenza ta' l-istrutturi agrikoli, tista' tiġi rrifjutata lil bidwi meta huwa jirċievi pensjoni, b'mod partikolari, pensjoni tax-xjuħija?


(1)  ĠU L 142, p. 1.