25.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 115/44


Notifika ta' konċentrazzjoni

(Każ Nru COMP/M.4689 — Wingas/HydroWingas)

Każ aċċettabbli għall-proċedura ssimplifikata

(Test b'relevanza għaż-ZEE)

(2007/C 115/12)

1.

Fil-15.05.2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Wingas GmbH (“Wingas”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn Wintershall Holding AG (“Wintershall”, Il-Ġermanja) u li hija proprejtà tal-Gupp BASF, tikseb fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll ta' l-impriża HydroWingas Limited (“HydroWingas”, ir-Renju Unit) kollha kemm hi, attwalment ikkontrollata b'mod konġunt minn Wingas u Norsk Hydro (UK) Limited, permezz ta' akkwist ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal Wingas: il-forniment, it-trasportazzjoni u l-ħżin tal-gass naturali;

għal Wintershall: l-esplorazzjoni, il-produzzjoni u l-bejgħ taż-żejt mhux maħdum u l-gass naturali;

għal HydroWingas: il-forniment u l-kummerċ tal-gass naturali fir-Renju Unit.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ huwa aċċettabbli għal trattament skond il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi interessati biex jissottomettulha l-osservazzjonijiet li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Dawn l-osservazzjonijiet iridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta' faks (in-numri tal-faks huma +32/2/2964301 jew 2967244) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.4689 — Wingas/HydroWingas, f'dan l-indirizz:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali tal-Kompetizzjoni,

Reġistru tal-Konċentrazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.