|
22.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 112/20 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ Nru. COMP/M.4674 — KKR/Stefano Pessina/Alliance Boots)
Każ kandidat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/C 112/12)
|
1. |
Fit-08.05.2007, il-Kummissjoni rċeviet nofitika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Kohlberg Kravis Roberts & Co, L.P. (“KKR”, l-Istati Uniti) u s-Sur Stefano Pessina (“Is-Sur Stefano Pessina”, ir-Renju Unit), permezz ta' strument ta' investiment, AB Acquisitions Limited (ir-Renju Unit), jakkwista, skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt ta' l-impriża Alliance Boots plc (“Alliance Boots”, ir-Renju Unit), permess ta' offerta pubblika mħabbra fl-20.04.2007. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni nnotifikata tista' taqa' taħt l-iskop tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija kunfidenzjali. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-proċedura ssimplifikata għat-trattametn ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandha tinġibed l-attenzjoni li dan il-każ huwa kandidat għat-trattament skond il-proċedura stabbilita f'dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti possibbli tagħhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux iktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (nru tal-faks +32/2/2964301 or 2967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4674 — KKR/Stefano Pessina/Alliance Boots, fuq l-indirizz li ġej:
|