11.1.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C NaN/6


DIRETTORAT ĠENERALI TAS-SOĊJETÀ TA' L-INFORMAZZJONI U L-MEDIA

Pubblikazzjoni ta' post vakanti għal Konsulent Prinċipali (Grad AD 14) (Artikolu 29(2) tar-Regolament ta' l-Istaff)

COM/2007/10044

(2007/С 6 А/05)

Min aħna

Id-Direttorat Ġenerali tas-Soċjetà ta' l-Informazzjoni u l-Media (DĠ INFSO) jappoġġja l-iżvilupp u l-użu tat-teknoloġiji ta' l-informazzjoni u l-komunikazzjoni (TIC) għall-benefiċċju taċ-ċittadini. Ir-rwol tagħna huwa li mmexxu l-inizjattiva qafas i2010, billi nipprivileġġjaw it-TIC bħala muturi tat-tkabbir ekonomiku u ta' l-impjiegi, niggarantixxu l-implimentazzjoni tal-qafas regolatorju tal-komunikazzjoni elettronika, insaħħu l-kompetittività tas-settur awdjoviżiv Ewropew u niġġestixxu l-parti tat-TIC fis-seba' programm qafas ta' l-RTD (FP 7) (2007-2013) kif ukoll fil-programm qafas għall-kompetittività u l-innovazzjoni (CIP) (2007-2013)

Qed noffru

Il-pożizzjoni ta' Konsulent Prinċipali, impjegat mad-Direttur Ġenerali. Minħabba n-natura li qed tevolvi malajr tat-teknoloġiji ta' l-informatika u tal-komunikazzjoni (TIC), il-karigi huma partikolarment li titwettaq kull missjoni “ad hoc” fil-qasam tal-koordinazzjoni orizzontali tas-servizzi dwar ċerti attivitajiet immirati tad-DĠ INFSO.

L-applikanti għandhom

1.

Ikunu ċittadini ta' wieħed mit-tnax-il Stat Membru l-ġdid ta' l-Unjoni Ewropea (il-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja u s-Slovenja);

2.

Ikollhom lawrja universitarja li tagħti aċċess għal studji li jwasslu għal dottorat;

3.

Ikollhom għall-inqas 12-il sena esperjenza professjonali post-universitarja f'livell li l-kwalifiċi msemmija hawn fuq jagħtu aċċess għalih. Għall-inqas 6 snin minn din l-esperjenza professjonali għandha tkun f'livell maniġerjali għoli;

4.

Ikollhom għarfien sħiħ ta' waħda mil-lingwi uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u għarfien adegwat ta' oħra minn dawn il-lingwi. Il-kandidati huma mgħarrfa li l-proċeduri ta' l-għażla ser isiru bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż biss.

Il-Konsulent jintgħażel u jinħatar mill-Kummissjoni skond il-proċeduri ta' għażla u reklutaġġ tagħha. Is-salarji u l-kundizzjonijiet ta' impjieg huma dawk stipulati fir-Regolament ta' l-Istaff għall-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej bi grad AD 14. L-Unjoni Ewropea tapplika politika ta' opportunitajiet indaqs.

Għal deskrizzjoni ddettalljata tal-post, il-kriterji ta' l-għażla u d-dettalji ta' l-applikazzjoni tista' tikkonsulta s-sit

http://ec.europa.eu/dgs/personnel_administration/working_senior_mgt_en.htm

Il-link għall-applikazzjoni on-line hija:

http://ec.europa.eu/dgs/personnel_administration/seniormanagementvacancies/index_en.html

Jekk tiltaqa' ma' problemi tekniċi, jekk jogħġbok ibgħat e-mail lil:

admin-management-online@ec.europa.eu.

Id-data ta' l-għeluq għar-reġistrazzjoni hija d-9 ta' Frar 2007. Ir-reġistrazzjoni on-line ma tibqax possibbli wara 12pm (nofsinhar) ħin ta' Brussell.