4.7.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C NaN/1


REKLUTAĠĠ GĦALL-AĠENZIJA EWROPEA DWAR IL-MEDIĊINI (LONDRA)

(2006/C 155 A/01)

L-aġenzija hija responsabbli għall-koordinazzjoni tal-valutazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem u veterinarju fl-Unjoni Ewropea (ara r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 726/2004 tal-31 ta' Marzu 2004, Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea Nru L 136/1 tat-30 ta' April 2004). L-EMEA twaqqfet f'Jannar ta' l-1995 u għandha kuntatti mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropea, il-25 Stat Membru ta' l-UE, il-pajjiżi taż-ŻEE/EFTA u ħafna gruppi oħra fis-settur pubbliku u privat.

Aktar informazzjoni dwar l–EMEA u l-attivitajiet tagħha tista' ssibha fuq l-internet; l-indirizz tas-sit huwa http://www.emea.europa.eu/http://www.emea.europa.eu/

L-Aġenzija Ewropea dwar il-Mediċini qed torganizza proċeduri ta' għażla bil-għan li titfassal lista ta' riserva għal:

EMEA/AD/232: Amministratur (Xjentifiku), Unità għall-Mediċini Veterinarji u Spezzjonijiet, Sigurtà ta' Mediċini Veterinarji (AD8)

EMEA/AD/233: Amministratur (Xjentifiku), Unità għall-Mediċini Veterinarji u Spezzjonijiet, Spezzjonijiet (AD6)

EMEA/AD/234: Awditur Intern, Direttorat (AD6)

Il-kandidati magħżula jitniżżlu f'lista ta' riserva u, skond is-sitwazzjoni finanzjarja, jistgħu jiġu offruti kuntratt ta' ħames snin, li jiġġedded, konformi mal-Kundizzjonijiet ta' l-Impjieg ta' Impjegati Oħra tal-Komunitajiet Ewropej (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej Nru L 56 ta' l-4 ta' Marzu 1968).

Il-post ta' l-impjieg ikun Londra.

Il-kandidati għandhom ikunu ċittadini ta' Stat Membru tal-Komunitajiet Ewropej, jew ta' l-Iżlanda, in-Norveġja jew il-Liechtenstein, u jgawdu mid-drittijiet kollha bħala ċittadini.

Il-kundizzjonijiet kollha, id-deskrizzjonijiet tal-pożizzjonijiet u l-formola ta' l-applikazzjoni neċessarja għandhom jitniżżlu mis-sit ta' l-EMEA http://www.emea.europa.eu/htms/general/admin/recruit/recruitnew.htm Il-formola ta' l-applikazzjoni għandha tiġi ffirmata u datata kif dovut u, flimkien mad-dokumenti rilevanti, tintbagħat lura mhux aktar tard mill- 15 ta' Awissu 2006 (data tat-timbru tal-posta) f'dan l-indirizz: EMEA – Head of Personnel, 7 Westferry Circus, Canary Wharf, UK-London E14 4HB (Tel. 00 – 44–207 - 41 - 88 - 400; Telefax 00 – 44–207 - 41 88 - 416).

Fil-futur, il-Ġurnal Uffiċjali mhux se jintbagħat awtomatikament lill- mailing lists . Jekk tixtieq tkun notifikat meta joħorġu pubblikazzjonijiet ġodda, jekk jogħġbok irreġistra online fuq http://www.emea.europa.eu/ Online Mailing Service