23.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C NaN/1 |
ID-DIRETTORAT ĠENERALI TAS-SUQ INTERN U S-SERVIZZI
Pubblikazzjoni għal pożizzjoni battala ta' Direttur Ġenerali (Grad AD15)
COM/2006/10028
(2006/C 147 A/01)
Min aħna: Id-Direttorat Ġenerali tas-Suq Intern u s-Servizzi. Aħna niddefinixxu u nikkoordinaw il-politika ġenerali tal-Komunità dwar is-Suq Intern. Is-Suq Intern hu wieħed mill-aktar prioritajiet importanti u kontinwi ta' l-Unjoni. Il-missjoni ċentrali tad-DĠ hi li jiżgura, għall-benefiċċju taċ-ċittadini u n-negozji ta' l-Unjoni, integrazzjoni tas-suq Ewropew aħjar u jfittex it-tneħħija ta' l-ostakli għal ċaqliq ħieles tas-servizzi u l-kapital u l-libertà li wieħed jistabbilixxi ruħu.
Nipproponu: Ix-xogħol tad-Direttur Ġenerali, li r-responsabbiltajiet tiegħu huma, taħt il-gwida politika tal-Kummissarju responsabbli:
— |
Li jipprovdi direzzjoni strateġika, maniġment u tmexxija ġenerali tad-DĠ tas-Suq Intern u jmexxi l-iżvilupp tal-politika fil-qasam tas-Suq Intern; |
— |
li jiżgura ppjanar u maniġment effettivi ta' l-attivitajiet tad-DĠ, jipprovdi gwida, jissorvelja u jikkontrolla l-prestazzjoni tad-DĠ; |
— |
u li jiżgura koerenza u konsistenza tal-politika tad-DĠ ma' l-għanijiet ġenerali tal-Kummissjoni. Id-Direttorat-Ġenerali għandu staff ta xi 490 persuna, maqsumin fi 8 Direttorati. |
Qed infittxu: Kandidati, li għandu jkollhom:
— |
Kisbiet qawwija bħala mexxejja, maniġers u komunikaturi; |
— |
Abbiltà eċċellenti li jiffissaw prioritajiet, jiddeċiedu u jinnegozjaw; |
— |
Kapaċità ċerta għal ħsieb strateġiku, bini u implimentazzjoni ta' politika, b'esperjenza ta' livell għoli fis-servizz pubbliku jew f'organizzazzjonijiet internazzjonali; |
— |
Esperjenza solida fl-ippjanar tar-riżorsi umani u finanzjarji u fil-maniġment baġitarju. |
Għandhom juru:
— |
Għarfien u esperjenza tajbin tal-politika ta' l-UE u l-programmi relatati ma' l-oqsma koperti mid-Direttorat-Ġenerali, |
— |
Ikun ta' vantaġġ l-għarfien tajjeb ta' politika oħra bħalma hi dik li għandha x'taqsam mal-kompetizzjoni, l-ambjent, l-industrija, ir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku u l-istrateġija riveduta ta' Liżbona; |
— |
Esperjenza u kapaċità ċerti biex jittrattaw dossiers kumplessi u varjati |
— |
Ħiliet eċċellenti ta' komunikazzjoni, preżentazzjoni u negozjar ġaladarba l-kandidat ikun mistenni li jirrappreżenta l-Kummissjoni kemm fil-Parlament u l-Kunsill kif ukoll f'diskussjonijiet ma' partijiet interesssati. |
Biex ikunu eliġibbli l-kandidati għandhom josservaw il-kriterji ta' eliġibilità ffissati fl-avviż għall-pożizzjoni battala, li jistgħu jinstabu fuq
http://ec.europa.eu/dgs/personnel_administration/working_senior_mgt_en.htm.
Id-data ta' l-għeluq għar-reġistrazzjoni hi l-24 ta' lulju 2006. Reġistrazzjoni on-line mhix se tkun possibbli wara 12.00 p.m. ħin ta' Brussell.