|
8.7.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C NaN/28 |
KONVENZJONI
dwar l-adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Iżvezja għall-Konvenzjoni dwar il-Liġi applikabbli għal Obbligi Kuntrattwali, miftuħa għall-firma f'Ruma fid-19 ta' Ġunju 1980, u għall-Ewwel u t-Tieni Protokoll dwar l-interpretazzjoni tagħha mill-Qorti tal-Ġustizzja
IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA GĦAT-TRATTAT LI JISTABBILIXXI L-KOMUNITÀ EWROPEA,
WARA LI KKUNSIDRAW li r-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Iżvezja, ladarba saru Membri ta' l-Unjoni Ewropea, intrabtu li jaderixxu għall-Konvenzjoni dwar il-Liġi applikabbli għal Obbligi Kuntrattwali, miftuħa għall-firma f'Ruma fid-19 ta' Ġunju 1980, u għall-Ewwel u t-Tieni Protokoll dwar l-interpretazzjoni tagħha mill-Qorti tal-Ġustizzja,
FTIEHMU KIF ĠEJ:
TITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
L-Artikolu 1
Ir-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Iżvezja b'dan jaderixxu għal:
|
(a) |
il-Konvenzjoni dwar il-Liġi applikabbli għal Obbligi Kuntrattwali, miftuħa għall-firma f'Ruma fid-19 ta' Ġunju 1980, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Konvenzjoni ta' l-1980”, hekk kif inhi wara l-inkorporazzjoni ta' l-aġġustamenti u l-emendi kollha magħmula lilha minn:
|
|
(b) |
l-Ewwel Protokoll, iffirmat fid-19 ta' Diċembru 1988, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “l-Ewwel Protokoll ta' l-1988”, dwar l-interpretazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tal-Konvenzjoni dwar il-Liġi applikabbli għal Obbligi Kuntrattwali; |
|
(ċ) |
it-Tieni Protokoll, iffirmat fid-19 ta' Diċembru 1988, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “it-Tieni Protokoll ta' l-1988”, li jikkonferixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej ċerti setgħat biex tinterpreta l-Konvenzjoni dwar il-Liġi applikabbli għal Obbligi Kuntrattwali. |
TITOLU II
AĠĠUSTAMENTI GĦALL-PROTOKOLL ANNESS MAL-KONVENZJONI TA' L-1980
L-Artikolu 2
Il-Protokoll anness mal-Konvenzjoni ta' l-1980 huwa b'dan mibdul b'dan li ġej:
“Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni, id-Danimarka, l-Iżvezja u l-Finlandja jistgħu jibqgħu jżommu dispożizzjonijiet nazzjonali li jikkonċernaw il-liġi applikabbli għal kwistjonijiet relatati mat-trasport ta' merkanzija bil-baħar u jistgħu jemendaw tali dispożizzjonijiet mingħajr ma jsegwu l-proċedura prevista fl-Artikolu 23 tal-Konvenzjoni ta' Ruma. Id-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli f'dan ir-rigward huma dawn li ġejjin:
|
— |
fid-Danimarka, il-paragrafi 252 u 321(3) u (4) tas-‘Sølov’ (il-Liġi Marittima); |
|
— |
fl-Iżvezja, il-Kapitolu 13, l-Artikolu 2(1) u (2), u l-Kapitolu 14, l-Artikolu 1(3), tas-‘sjölagen’ (il-Liġi Marittima); |
|
— |
fil-Finlandja, il-Kapitolu 13, l-Artikolu 2(1) u (2), u l-Kapitolu 14, l-Artikolu 1(3), tal-‘merilaki’/‘sjölagen’ (il-Liġi Marittima).” |
TITOLU III
Aġġustamenti għall-Ewwel Protokoll ta' l-1988
L-Artikolu 3
L-inċiżi li ġejjin għandhom jiddaħħlu fl-Artikolu 2(a) ta' l-Ewwel Protokoll ta' l-1988:
|
(a) |
bejn l-għaxar u l-ħdax-l inċiż:
|
|
(b) |
bejn il-ħdax u t-tnax-l inċiż:
. |
TITOLU IV
Dispożizzjonijiet finali
L-Artikolu 4
1. Is-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea għandu jibgħat kopja ċertifikata tal-Konvenzjoni ta' l-1980, il-Konvenzjoni ta' l-1984, l-Ewwel Protokoll ta' l-1988, it-Tieni Protokoll ta' l-1988 u l-Konvenzjoni ta' l-1992 bil-lingwa Daniża, Olandiża, Ingliża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Irlandiża, Taljana, Spanjola u Portugiża lill-Gvernijiet tar-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Iżvezja.
2. It-test tal-Konvenzjoni ta' l-1980, il-Konvenzjoni ta' l-1984, l-Ewwel Protokoll ta' l-1988, it-Tieni Protokoll ta' l-1988 u l-Konvenzjoni ta' l-1992 bil-lingwa Finlandiża u dik Svediża għandhom ikunu awtentiċi taħt l-istess kondizzjonijiet bħat-testi l-oħra tal-Konvenzjoni ta' l-1980, il-Konvenzjoni ta' l-1984, l-Ewwel Protokoll ta' l-1988, it-Tieni Protokoll ta' l-1988 u l-Konvenzjoni ta' l-1992.
L-Artikolu 5
Din il-Konvenzjoni għandha tiġi ratifikata mill-Istati Firmatarji. L-istrumenti ta' ratifika għandhom jiġu depożitati mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 6
1. Din il-Konvenzjoni għandha tidħol fis-seħħ, bejn l-Istati li rratifikawha, fl-ewwel jum tat-tielet xahar wara d-depożitu ta' l-aħħar strument ta' ratifika mir-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja jew ir-Renju ta' l-Iżvezja u minn Stat Kontraenti wieħed li rratifika l-Konvenzjoni dwar il-Liġi applikabbli għal Obbligi Kuntrattwali.
2. Din il-Konvenzjoni għandha tidħol fis-seħħ għal kull Stat Kontraenti li sussegwentement jirratifikaha fl-ewwel jum tat-tielet xahar wara d-depożitu ta' l-istrument ta' ratifika tiegħu.
L-Artikolu 7
Is-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea għandu jinnotifika lill-Istati Firmatarji dwar:
|
(a) |
id-depożitu ta' kull strument ta' ratifika; |
|
(b) |
id-dati tad-dħul fis-seħħ ta' din il-Konvenzjoni għall-Istati Kontraenti. |
L-Artikolu 8
Din il-Konvenzjoni, imfassla f'oriġinal wieħed bil-lingwa Daniża, Olandiża, Ingliża, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Irlandiża, Taljana, Portugiża, Spanjola u Żvediża, bit-tnax li huma ugwalment awtentiċi, għandha tiġi depożitata fl-arkivji tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea. Is-Segretarju Ġenerali għandu jibgħat kopja ċertifikata lill-Gvern ta' kull Stat Firmatarju.
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA
biex tiġi annessa mal-Konvenzjoni, li tikkonċerna l-Protokoll anness mal-Konvenzjoni ta' Ruma
Il-Partijiet Għolja Kontraenti,
wara li eżaminaw it-termini tal-Protokoll anness mal-Konvenzjoni ta' Ruma ta' l-1980, kif emendata bil-Konvenzjoni ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Isvezja mal-Konvenzjoni ta' l-1980, u ma' l-Ewwel u t-Tieni Protokoll ta' l-1988,
jinnotaw li d-Danimarka, l-Iżvezja u l-Finlandja jiddikjaraw li lesti biex jeżaminaw sa fejn ser ikunu jistgħu jiżguraw li kwalunkwe emenda futura li tikkonċerna l-liġi nazzjonali tagħhom applikabbli għal kwistjonijiet relatati mal-ġarr ta' merkanzija bil-baħar tikkonforma mal-proċedura prevista fl-Artikolu 23 tal-Konvenzjoni ta' Ruma ta' l-1980.