5.7.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C NaN/1


Avviż għal post vakanti ta'

DIRETTUR

ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

(Grad A*14)

KUMM/2005/10001

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol qiegħda tfittex li taħtar id-Direttur tagħha.

Il-kandidati għandhom ikunu ċittadini ta' wieħed mill-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea.

Id-Direttur se jiġi maħtur mill-Bord Amministrattiv ta' l-Aġenzija mil-lista ta' kandidati magħżula u proposti mill-Kummissjoni Ewropea. Is-salarju u l-kundizzjonijiet tax-xogħol huma dawk stipulati fir-Regolamenti ta' l-Istaff għall-uffiċjali grad A*14 tal-Komunitajiet Ewropej. L-Aġenzija u l-Kummissjoni jħaddnu politika ta' opportunitajiet indaqs.

Dettalji tal-funzjoni, formoli ta' l-applikazzjoni u struzzjonijiet għat-tressiq ta' l-applikazzjonijiet jistgħu jitniżżlu mill-internet minn dawn is-siti:

http://europa.eu.int/comm/dgs/personnel_administration/working_senior_mgt_fr.htm

jew

http://europa.eu.int/comm/employment_social/news/2005/jul/bilbao_vacancy_en.html

L-applikazzjonijiet iridu jaslu sa l-10.8.2005 (it-timbru tal-posta jservi bħala xhieda tad-data li fiha ġiet impustata l-applikazzjoni)