SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Seba’ Awla)
24 ta’ Settembru 2026 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Agrikoltura – Politika agrikola komuni (PAK) – Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR). – Miżuri ta’ appoġġ għall-iżvilupp rurali – Regolament (KE) Nru 1974/2006 – Artikolu 47 – Kuntratt ta’ kiri – Kuntratt ta’ kiri konkluż bejn amministrazzjoni muniċipali u l-benefiċjarju ta’ għajnuna – Impenji fuq ħames snin – Xoljiment tal-kuntratt ta’ kiri wara emenda leġiżlattiva – Obbligu li titħallas lura l-għajnuna rċevuta kollha jew parti minnha – Impossibbiltà tal-adattament tal-impenji għal sitwazzjoni ġdida tal-azjenda – Kunċetti ta’ ‘forza maġġuri’ u ta’ ‘ċirkustanzi eċċezzjonali’ – Prinċipji tad-dritt tal-Unjoni – Responsabbiltà tal-Istati Membri għad-danni kkawżati lill-individwi minħabba ksur tad-dritt tal-Unjoni – Kundizzjonijiet ta’ ingaġġ – Dispożizzjonijiet legali li għandhom l-għan li jagħtu drittijiet lill-individwi”
Fil-Kawża C‑600/25,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Qorti Amministrattiva Suprema, il-Bulgarija), permezz ta’ deċiżjoni tal‑10 ta’ Settembru 2025, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl‑10 ta’ Settembru 2025, fil-proċedura
M. P. M.
vs
Ministerstvo na zemedelieto i hranite,
Darzhaven fond “Zemedelie” – Sofia
Varhoven administrativen sad
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Seba’ Awla),
komposta minn F. Schalin, President tal-Awla, M. Gavalec (Relatur) u Z. Csehi, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: A. Biondi,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li rat il-proċedura bil-miktub,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
|
– |
għal M. P. M., minn K. Boncheva, advokat, |
|
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn F. Calvo Langdon, G. Koleva u M. Konstantinidis, bħala aġenti, |
wara li rat id-deċiżjoni meħuda, wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li taqta’ l-kawża mingħajr konklużjonijiet,
tagħti l-preżenti
Sentenza
|
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni, minn naħa, tal-Artikolu 47(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1974/2006 tal‑15 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2006, Vol. 368, p. 15), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 434/2007 tal‑20 ta’ April 2007 (ĠU 2007, L 104, p. 8) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 1974/2006”), moqri flimkien mal-premessa 37 tar-Regolament Nru 1974/2006, u, min-naħa l-oħra, l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU 2013, L 347, p. 549, rettifiki fil-ĠU 2016, L 130, p. 6 u fil-ĠU 2017, L 327, p. 83), moqri flimkien mal-premessa 5 tar-Regolament Nru 1306/2013. |
|
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn M. P. M., bidwi Bulgaru, u l-Ministerstvo na zemedelieto i hranite (il-Ministeru għall-Agrikoltura u għall-Ikel, il-Bulgarija), u d-Darzhaven fond “Zemedelie” – Sofia (Fond Nazzjonali għall-Agrikoltura – Sofia, il-Bulgarija) (iktar ’il quddiem il-“Fond Nazzjonali għall-Agrikoltura”) u l-Varhoven administrativen sad (il-Qorti Amministrattiva Suprema, il-Bulgarija), intiżi sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li huwa jqis li ġarrab billi huwa obbligat jirrimborsa 50 % tal-ammont tas-sussidji agrikoli li huwa kien irċieva. |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt tal-Unjoni
Ir-Regolament Nru 1698/2005
|
3 |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal‑20 ta’ Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2010, L 286M, p. 26, rettifika fil-ĠU 2012, L 206, p. 23), tħassar bir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU 2013, L 347, p. 487, rettifika fil-ĠU 2016, L 130, p. 1). Madankollu, konformement mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 88 tar-Regolament Nru 1305/2013, ir-Regolament Nru 1698/2005 għandu jkompli japplika għall-operazzjonijiet implimentati skont il-programmi li l-Kummissjoni Ewropea approvat skont dan l-aħħar regolament qabel l‑1 ta’ Jannar 2014. |
|
4 |
L-Artikolu 36 tar-Regolament Nru 1698/2005, intitolat “Miżuri”, jipprovdi: “L-appoġġ taħt din it-taqsima għandu jikkonċerna:
[…]” |
|
5 |
Intitolat “Pagament għal żvantaġġ naturali f’żoni tal-muntanji u pagamenti għal żoni oħra bi żvantaġġi”, l-Artikolu 37 ta’ dan ir-regolament jipprevedi, fil-paragrafi 1 u 2 tiegħu: “1. Il-pagamenti previsti fl-Artikolu 36(a)(i) u (ii) għandhom jingħataw kull sena għal kull ettaru ta’ żona agrikola utilzzata fis-sens tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/115/KE tal‑24 ta’ Novembru 1999 rigward id-definizzjonijiet tal-karatteristiċi, il-lista ta’ prodotti agrikoli, l-eċċezzjonijiet għad-definizzjonijiet u r-reġjuni u d-distretti rigward l-istħarriġ dwar l-istruttura tal-azjendi agrikoli [(ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 28, p. 241)]. Il-pagamenti għandhom jikkumpensaw għall-ispejjeż addizzjonali u d-dħul mitluf tal-bdiewa relatati mal-iżvantaġġ għall-produzzjoni agrikola fiż-żona kkonċernata. 2. Il-pagamenti għandhom jingħataw lill-bdiewa li jimpenjaw ruħhom fl-attività tagħhom ta’ biedja f’żoni delimitati skont l-Artikolu 50(2) u (3) għal mill-inqas ħames snin mill-ewwel pagament.” |
Ir-Regolament Nru 1974/2006
|
6 |
Ir-Regolament Nru 1974/2006 ġie abrogat permezz tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 807/2014 tal‑11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jintroduċi dispożizzjonijiet tranżitorji (ĠU 2014, L 227, p. 1). Madankollu, konformement mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 19 ta’ dan ir-regolament delegat, ir-Regolament Nru 1974/2006 jibqa’ applikabbli għall-operazzjonijiet implimentati skont il-programmi li l-Kummissjoni approvat skont ir-Regolament Nru 1698/2005 qabel l‑1 ta’ Jannar 2014. |
|
7 |
Il-premessa 37 tar-Regolament Nru 1974/2006 tipprovdi: “Għandhom ikunu stabbiliti regoli komuni għal ħafna miżuri, partikolarment dwar: l-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet integrati, il-miżuri ta’ investimenti, it-trasferiment ta’ azjenda matul il-perjodu għal liema kien mogħti impenn bħala kundizzjoni għall-għotja ta’ assistenza, iż-żieda taż-żona ta’ l-azjenda u d-definizzjoni ta’ kategoriji differenti ta’ forza maġġuri jew ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali.” |
|
8 |
L-Artikolu 47 ta’ dan ir-regolament huwa fformulat kif ġej: “1. L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu, partikolarment, il-kategoriji li ġejjin ta’ forza maġġuri jew ċirkustanzi eċċezzjonali u jiċħdu [li għalihom ma jeżiġux] sussegwentement ir-rimborż sħiħ jew parzjali ta’ għajnuna mogħtija lill-benefiċjarju:
2. Il-każijiet ta’ forza maġġuri jew ċirkostanzi eċċezzjonali għandhom ikunu notifikati bil-miktub mill-benefiċjarju jew il-parti intitolata tiegħu lill-awtorità kompetenti, flimkien ma’ l-evidenza rilevanti għas-sodisfazzjon ta’ dik l-awtorità, fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mid-data li fiha l-benefiċjarju jew il-parti intitolata tiegħu jkun f’pożizzjoni li jagħmel hekk.” |
Ir-Regolament Nru 1305/2013
|
9 |
Intitolat “Regoli li jirregolaw il-pagamenti relatati mal-erja”, l-Artikolu 47 tar-Regolament Nru 1305/2013, jipprovdi, fil-paragrafu 4 tiegħu: “Mhux ser jintalab ir-rimborż tal-għajnuna riċevuta f’każijiet ta’ force majeureuċirkostanzi eċċezjonali kif imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament [Nru 1306/2013].” |
Ir-Regolament Nru 1306/2013
|
10 |
Il-premessa 5 tar-Regolament Nru 1306/2013 tipprovdi: “Sabiex tiġi żgurata konsistenza bejn il-prattika tal-Istati Membri u l-applikazzjoni armonizzata tal-klawżola ta’ force majeure mill-Istati Membri, dan ir-Regolament għandu jipprevedi, fejn adatt, għal eżenzjonijiet f’każijiet ta’ force majeure u ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali, kif ukoll għal lista mhux eżawrjenti ta’ każijiet possibbli ta’ force majeure u ċirkostanzi eċċezzjonali li għandhom jiġu rikonoxxuti mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali. Dawk l-awtoritajiet għandhom jieħdu deċiżjonijiet dwar force majeure jew ċirkostanzi eċċezzjonali fuq bażi ta’ każ b’każ, fuq il-bażi ta’ evidenza rilevanti u japplikaw il-kunċett ta’ force majeure fid-dawl tal-liġi dwar l-agrikoltura tal-Unjoni inkluża l-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja.” |
|
11 |
Intitolat “Termini użati f’dan ir-Regolament”, l-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament jipprovdi, fil-paragrafu 2 tiegħu: “Għall-finijiet tal-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-[politika agrikola komuni (PAK)], ‘force majeure’ u ‘ċirkostanzi eċċezzjonali’ jistgħu, b’mod partikolari, jiġu rikonoxxuti fil-każjiet li ġejjin:
|
|
12 |
L-Artikolu 121 tal-istess regolament jipprovdi: “1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu japplika minn 1 ta’ Jannar 2014. 2. Madankollu, id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw kif ġej:
|
Id-dritt Bulgaru
Il-liġi dwar il-proprjetà u l-isfruttament tal-artijiet agrikoli
|
13 |
L-Artikolu 37i taż-Zakon za sobstvenostta i polzvaneto na zemedelskite zemi (il-Liġi dwar is-Sjieda u l-Użu ta’ Art Agrikola) (DV Nru 17 tal‑1 ta’ Marzu 1991), huwa fformulat kif ġej: “(1) L-artijiet tal-mergħa u l-artijiet bil-ħaxix tal-fond tal-artijiet tal-Istat u tal-fond tal-artijiet komunali għandhom jinkrew jew jingħataw b’kiri, konformement mal-Artikolu 24a(2), lill-proprjetarji jew lill-utenti ta’ azjendi tat-trobbija li jżommu annimali tar-ragħa rreġistrati fis-sistema integrata ta’ informazzjoni tal-Balgarska agentsia po bezopasnost na hranite [(l-Aġenzija Bulgara għas-Sigurtà tal-Ikel)], skont in-numru u t-tip ta’ annimali rreġistrati, bi prezz stabbilit permezz ta’ mekkaniżmu tas-suq. L-artijiet tal-mergħa u l-artijiet bil-ħaxix tal-fond tal-artijiet tal-Istat u tal-fond tal-artijiet komunali għandhom jinkrew jew jingħataw b’kiri lil persuni li la għandhom dejn fiskali, la dejn dovut lill-Fond Agrikolu nazzjonali, lill-fond tal-artijiet tal-Istat jew lill-fond tal-artijiet komunali, u lanqas obbligi relatati mal-artijiet skont il-punt (2) tal-Artikolu 37c(3). […] (4) L-artijiet tal-mergħa u l-artijiet bil-ħaxix għandhom jinqasmu bejn l-aventi kawża li għandhom irziezet irreġistrati fiż-żona rispettiva tal-art, skont in-numru u t-tip ta’ annimali ta’ mergħa rreġistrati, skont l-artijiet tal-mergħa u l-artijiet bil-ħaxix li huma proprjetà jew użati legalment, iżda sa massimu ta’ 15-il deat għal kull unità ta’ bhejjem fil-proprjetajiet tal-ewwel sas-seba’ kategoriji u/jew ta’ 30 deat għal kull unità ta’ bhejjem fil-proprjetajiet tat-tmien sal-għaxar kategoriji. Il-persuni eliġibbli li jrabbu l-annimali bovini għall-produzzjoni tal-laħam u tal-annimali ta’ razez indiġeni għandhom jiġu allokati sa 20 deat għal kull unità tal-annimali fil-proprjetajiet tal-ewwel sas-seba’ kategoriji u sa 40 ettaru għal kull unità tal-annimali fil-proprjetajiet tat-tmien sal-għaxar kategoriji. L-aventi kawża li jrabbu l-annimali bovini għall-ħalib jew għal-laħam, tan-nagħaġ u/jew tal-mogħoż approvati għal appoġġ fil-kuntest tal-attivitajiet tas-sottomiżuri ‘Pagamenti għall-konverżjoni għall-biedja organika’ u ‘Pagamenti għaż-żamma tal-biedja organika’ inklużi fil-parti ‘trobbija organika’ għandhom jingħataw art sa 0,15 unità ta’ bhejjem għal kull ettaru, irrispettivament mill-kategorija tal-proprjetà.” |
Il-Liġi Emendatorja
|
14 |
Fil‑11 ta’ Awwissu 2015 ġiet ippubblikata fid-Darzhaven vestnik Nru 61, liġi li temenda l-Liġi dwar il-Proprjetà u l-Isfruttament ta’ Art Agrikola (iktar ’il quddiem il-“Liġi Emendatorja”). Il-paragrafu 15 tad-dispożizzjonijiet tranżitorji u finali tal-Liġi Emendatorja jipprovdi: “(1) Il-benefiċjarji li kkonkludew, qabel l‑24 ta’ Frar 2015, kuntratti ta’ kera jew ta’ kiri ta’ artijiet tal-mergħa u ta’ artijiet bil-ħaxix tal-fond tal-artijiet tal-Istat u tal-fond tal-artijiet komunali huma obbligati li jagħmlu l-kuntratti f’konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 37i(1) u (4) qabel l‑1 ta’ Frar 2016. (2) Il-benefiċjarji approvati fil-kuntest tal-parti msemmija fl-Artikolu 3(3) tad-Digriet Nru 4 tal‑24 ta’ Frar 2015 dwar l-implimentazzjoni tal-Miżura 11 ‘Agrikoltura Bijoloġika’ tal-Programm għall-Iżvilupp Rurali 2014-2020 […] li kkonkludew, qabel l‑24 ta’ Frar 2015, kuntratti ta’ kera jew ta’ kiri ta’ artijiet tal-mergħa u ta’ artijiet bil-ħaxix tal-fond tal-artijiet tal-Istat u tal-fond tal-artijiet komunali u li l-annimali kollha tar-ragħa u l-mergħat tagħhom huma awtorizzati għall-appoġġ, għandhom, qabel l‑1 ta’ Frar 2016, jagħmlu l-kuntratti f’konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 37i(1), filwaqt li josservaw ir-relazzjoni ta’ mill-inqas 0,15 unità ta’ annimal għal kull ettaru, tkun xi tkun il-kategorija. (3) Il-kuntratti ta’ kera jew ta’ kiri ta’ artijiet tal-mergħa u ta’ artijiet bil-ħaxix tal-fond tal-artijiet tal-Istat u tal-fond tal-artijiet komunali, li ma jiġux magħmula konformi fit-terminu previst fil-paragrafu 1 jew 2, għandhom jiġu xolti mis-sindku tal-komun, jew mid-direttur tad-Direttorat Reġjonali għall-Agrikoltura(il-Bulgarija)]. […].” |
Id-Digriet Nru 11/2008
|
15 |
In-Naredba no 11 za usloviata i reda za prilagane na myarka 211 “Plashtania na zemedelski stopani za prirodni ogranichenia v planinskite rayoni” i myarka 212 “Plashtania na zemedelski stopani v rayoni s ogranichenia, razlichni ot planinskite rayoni” ot Programata za razvitie na selskite rayoni za perioda 2007 – 2013 (id-Digriet Nru 11 dwar il-kundizzjonijiet u l-modalitajiet ta’ implimentazzjoni tal-miżura 211 “Ħlasijiet maħsuba għall-bdiewa f’żoni ta’ muntanji li huma intiżi sabiex jikkumpensaw għall-iżvantaġġi naturali” u tal-miżura 212 “Ħlasijiet maħsuba għall-bdiewa f’żoni żvantaġġati, minbarra żoni tal-muntanji” tal-Programm għall-Iżvilupp rurali għall-perijodu 2007-2013) tat‑3 ta’ April 2008 (DV Nru 40 tat‑18 ta’ April 2008), fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-proċedimenti prinċipali (minn hawn ’il quddiem “id-Digriet Nru 11/2008”), jipprevedi, fl-Artikolu 1(1): “Dan id-digriet jirregola l-kundizzjonijiet u l-modalitajiet ta’ implimentazzjoni tal-miżuri li ġejjin tal-programm għall-iżvilupp rurali 2007-2013, iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR):
|
|
16 |
Skont l-Artikolu 2 tad-Digriet Nru 11/2008, il-bdiewa li jkunu ppreżentaw applikazzjoni għal appoġġ għal waħda mill-miżuri msemmija fl-Artikolu 1(1) tiegħu, għandhom jeżerċitaw attività agrikola fiż-żoni tal-muntanji jew fiż-żoni li għandhom żvantaġġi, minbarra dawk tal-muntanji, matul il-perijodu kollu tal-appoġġ. |
|
17 |
Skont l-Artikolu 4(1) ta’ dan id-digriet: “ L-applikanti għal appoġġ taħt dan id-digriet għandhom: […]
[…]” |
|
18 |
L-Artikolu 14 tad-Digriet Nru 11/2008 huwa fformulat kif ġej: “(1) Bidwi li ma jippreżentax talba għal appoġġ finanzjarju matul il-perijodu ta’ impenn ta’ ħames snin huwa eskluż mill-benefiċċju tal-għajnuna taħt dan id-digriet u huwa obbligat iħallas lura l-ammonti rċevuti bħala ħlasijiet ta’ kumpens għaż-żoni żvantaġġati sa dan il-punt, jew parti minn dawn l-ammonti, skont is-sena li matulha huwa temm il-parteċipazzjoni tiegħu fil-miżuri, bil-mod li ġej:
[…] (3) Il-fondi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu rkuprati, flimkien mal-interessi legali mid-data tal-komunikazzjoni lill-bidwi tal-obbligu li jħallas lura dan l-ammont sad-data tal-ħlas lura effettiv jew tat-tnaqqis effettiv tal-ammont. […].” |
|
19 |
Skont l-Artikolu 15 tal-imsemmi digriet: “(1) Fil-każ ta’ forza maġġuri jew ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali, l-Artikolu 14 ma għandux japplika, l-impenn jintemm u ma jkun meħtieġ ebda ħlas lura parzjali jew totali tal-għajnuna rċevuta mill-bidwi. (2) Każijiet ta’ forza maġġuri jew ċirkustanzi eċċezzjonali kif ukoll evidenza rilevanti (dokumenti maħruġa mill-awtorità amministrattiva kompetenti) għandhom jiġu nnotifikati bil-miktub lill-Fond Nazzjonali għall-Agrikoltura – Aġenzija ta’ ħlas mill-bidwi, minn kwalunkwe persuna oħra awtorizzata minnu jew mill-werriet tiegħu fi żmien 10 jum ta’ xogħol mid-data li fiha l-bidwi, ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu jew il-werriet tiegħu jkunu f’pożizzjoni li jagħmlu dan.” |
|
20 |
Skont il-punt 1 tal-paragrafu 3 tad-dispożizzjonijiet komplementari, fis-sens tal-istess digriet, “forza maġġuri” jew “ċirkustanzi eċċezzjonali” tfisser:
[…]” |
Il-Liġi dwar ir-Responsabbiltà tal-Istat
|
21 |
L-Artikolu 1(1) u (2) taż-Zakon za otgovornostta na darzhavata i obshtinite za vredi (il-Liġi dwar ir-Responsabbiltà tal-Istat u tal-komuni għad-Danni Kkawżati) (DV Nru 60, tal‑5 ta’ Awwissu 1988), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali (iktar’ il quddiem il-“Liġi dwar ir-Responsabbiltà tal-Istat”), jipprovdi: “(1) L-Istat u l-komuni għandhom jinżammu responsabbli għad-danni subiti minn ċittadini u minn persuni ġuridiċi bħala riżultat ta’ atti, ta’ azzjonijiet jew ta’ nuqqas ta’ azzjoni illegali tal-awtoritajiet u tal-membri tal-persunal tagħhom fl-eżerċizzju tal-attività amministrattiva jew fl-okkażjoni tagħha. (2) L-azzjonijiet imressqa taħt il-paragrafu 1 għandhom jiġu eżaminati skont il-proċedura prevista fl-Administrativnoprotsesualen kodeks [(il-Kodiċi ta’ Proċedura Amministrattiva)].” |
|
22 |
L-ewwel punt talArtikolu 2c(1), u (2) tal-Liġi dwar ir-Responsabbiltà tal-Istat jipprevedi: “(1) Meta d-dannu jirriżulta minn ksur suffiċjentement serju tad-dritt tal-Unjoni, l-azzjonijiet għandhom jiġu eżaminati mill-qrati skont il-modalitajiet tal-:
[…] (2) Meta azzjoni, fis-sens tal-paragrafu 1, tkun indirizzata kontra numru ta’ konvenuti, din tiġi eżaminata skont il-modalitajiet tal-Kodiċi tal-Proċedura Amministrattiva jekk il-parti fil-kawża tkun qorti amministrattiva, il-Varhoven administrativen sad (il-Qorti Amministrattiva Suprema) jew persuna ġuridika għal danni kkawżati fil-kuntest ta’ attività amministrattiva jew waqt din l-attività.” |
|
23 |
Skont l-Artikolu 4(2) tal-Liġi dwar ir-Responsabbiltà tal-Istat, “[m]eta l-azzjoni titressaq kontra diversi konvenuti, dawn għandhom ikunu responsabbli in solidum”. |
Il-Liġi dwar l-Obbligi u l-Kuntratti
|
24 |
L-Artikolu 53 taż-Zakon za zadalzheniyata i dogovorite (il-Liġi dwar l-Obbligi u l-Kuntratti), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali, jipprovdi: “Jekk id-dannu jkun ġie kkawżat minn diversi persuni, dawn għandhom jinżammu responsabbli in solidum.” |
|
25 |
Skont l-Artikolu 122 tal-Liġi dwar l-Obbligi u l-Kuntratti, fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali: “Il-kreditur jista’ jeżiġi l-eżekuzzjoni tal-obbligu kollu ta’ kwalunkwe wieħed mid-debituri. […]” |
Il-kodiċi tal-Proċedura dwar it-Taxxi u l-Kontribuzzjonijiet Soċjali
|
26 |
L-Artikolu 162 tad-Danachno-osiguritelen protsesualen kodeks (il-Kodiċi tal-Proċedura fil-Qasam tat-Taxxi u tal-Kontribuzzjonijiet Soċjali), fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-kawża prinċipali, huwa fformulat kif ġej: “1. Id-djun tal-Istat u dawk tal-komuni huma jew pubbliċi jew privati. (2) Huma djun pubbliċi tal-Istat u djun pubbliċi tal-komuni, id-djun: […]
|
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
|
27 |
M. P. M., li huwa bidwi, ikkonkluda, matul is-sena 2012, kuntratti ta’ kiri ta’ artijiet agrikoli għal perijodu ta’ ħames snin mal-Fond tal-Artijiet tal-Istat. Sabiex jikseb għajnuna taħt il-miżuri 211 “Pagamenti lill-bdiewa li jinsabu f’żoni muntanjużi intiżi sabiex jikkumpensaw għall-iżvantaġġi naturali” (iktar ’il quddiem il- “miżura 211”)u 212 “Ħlasijiet maħsuba għall-bdiewa f’żoni li għandhom żvantaġġi minbarra dawk taż-żoni ta’ muntanji” (iktar ’il quddiem il- “miżura 212”) tal-Programm ta’ Żvilupp Rurali 2007-2013, huwa impenja ruħu li jikkonserva dawn l-artijiet fi stat agrikolu u ekoloġiku tajjeb. |
|
28 |
Fix-xahar ta’ Awwissu 2015, il-paragrafu 15 tad-dispożizzjonijiet tranżitorji u finali tal-Liġi Emendatorja madankollu impona fuq l-utenti li kienu kkonkludew, qabel l‑24 ta’ Frar 2015, kuntratti ta’ kiri jew ta’ kiri ta’ mergħat, ta’ mergħat u ta’ artijiet bil-ħaxix tal-Fond tal-Artijiet tal-Istat jew ta’ fondi komunali tal-artijiet li jqiegħdu dawn il-kuntratti f’konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 37 (1) u (4) tal-Liġi dwar il-Proprjetà u l-Użu tal-Art Agrikola, qabel l‑1 ta’ Frar 2016, taħt piena ta’ xoljiment tal-imsemmija kuntratti (iktar ’il quddiem ir-“riforma tax-xahar ta’ Awwissu 2015”). Wara r-riforma tax-xahar ta’ Awwissu 2015, tali mergħat, mergħat u mergħat setgħu jinkrew jew jingħataw b’kiri biss lill-proprjetarji jew lill-utenti ta’ azjendi tat-trobbija li jżommu annimali għar-ragħa rreġistrati fis-sistema integrata ta’ informazzjoni tal-Aġenzija Bulgara għas-Sigurtà tal-Ikel. |
|
29 |
Peress li ma kellux ir-riżorsi finanzjarji neċessarji sabiex jikkonforma ruħu ma’ dawn ir-rekwiżiti, M. P. M. talab ix-xoljiment tal-kuntratti ta’ kiri tiegħu. Din daħlet fis-seħħ fl‑1 ta’ Ottubru 2015. Għalhekk, M. P. M. informa lill-Fond Nazzjonali għall-Agrikoltura li huwa ma kienx għadu f’pożizzjoni li jressaq applikazzjoni għal għajnuna għas-snin 2016 u 2017 u li, konsegwentement, huwa ma setax josserva l-impenn meħud għal ħames snin matul is-sena 2012. |
|
30 |
Fit‑23 ta’ April 2020, billi bbaża ruħu fuq il-punt 3 tal-Artikolu 14(1) tad-Digriet Nru 11/2008, il-Fond Nazzjonali għall-Agrikoltura adotta żewġ deċiżjonijiet (iktar ’il quddiem, flimkien, iż-“żewġ deċiżjonijiet tat‑23 ta’ April 2020”), li permezz tagħhom eskluda lil M. P. M. mis-sostenn taħt il-miżuri 211 u 212 u kkonstata żewġ krediti pubbliċi, rispettivament, ta’ BGN 724.92 u ta’ (BGN) 9 191.56 (madwar EUR 371 u EUR 4 700), li jikkorrispondu għal 50 % tal-ammont totali li kien ingħatalu fir-rigward ta’ dawn iż-żewġ miżuri għas-snin 2013 sa 2015. Dan il-fond, essenzjalment, qies, minn naħa, li l-impenn meħud seta’ jiġi osservat billi jiġu ddikjarati artijiet oħra li jinsabu fiż-żona żvantaġġata u, min-naħa l-oħra, li r-riforma tax-xahar ta’ Awwissu 2015 ma tistax tikkostitwixxi “każ ta’ forza maġġuri jew ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali”, fis-sens tal-Artikolu 15 ta’ dan id-digriet. |
|
31 |
Inizjalment, peress li r-riforma tax-xahar ta’ Awwissu 2015 kienet tikkostitwixxi “forza maġġuri jew ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali”, b’tali mod li kellu jiġi eżentat mir-rimbors tal-għajnuna finanzjarja li huwa kien irċieva, M. P. M. ikkontesta ż-żewġ deċiżjonijiet tat‑23 ta’ April 2020 permezz ta’ żewġ rikorsi distinti ppreżentati quddiem l-Administrativen sad Plovdiv (il-Qorti Amministrattiva ta’ Plovdiv, il-Bulgarija). Din il-qorti laqgħet wieħed miż-żewġ rikorsi u ċaħdet l-ieħor. |
|
32 |
Fil-kassazzjoni, il-Varhoven administrativen sad (il-Qorti Amministrattiva Suprema) ikkonfermat, essenzjalment, il-validità ta’ dawn iż-żewġ deċiżjonijiet tat‑23 ta’ April 2020 permezz ta’ żewġ sentenzi mogħtija, rispettivament, fit‑8 ta’ Ottubru u fl‑10 ta’ Novembru 2021. Essenzjalment, din il-qorti qieset li r-riforma tax-xahar ta’ Awwissu 2015 la kienet tikkostitwixxi każ ta’ forza maġġuri u lanqas ċirkustanza eċċezzjonali, peress li M. P. M. seta’ juża artijiet oħra sabiex josserva l-impenn pluriannwali tiegħu. L-imsemmija qorti ddeċidiet ukoll li l-lista tal-każijiet ta’ forza maġġuri fil-punt 1 tal-paragrafu 3 tad-Digriet Nru 11/2008 kienet eżawrjenti u li din id-dispożizzjoni kienet konformi mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 1306/2013. Fl-aħħar nett, hija enfasizzat li M. P. M. seta’, fit-terminu legali, iġib l-operat tiegħu f’konformità mar-rekwiżiti imposti mir-riforma tax-xahar ta’ Awwissu 2015. |
|
33 |
Fil-kuntest tal-appell li huwa ppreżenta kontra s-sentenza tal-Administrativen sad Plovdiv (il-Qorti Amministrattiva ta’ Plovdiv), li kienet ċaħditha fl-ewwel istanza, M. P. M. kien talab lill-Varhoven administrativen sad (il-Qorti Amministrattiva Suprema) tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja erba’ domandi preliminari. Dawn kienu intiżi sabiex isiru jafu jekk l-enumerazzjoni tal-każijiet ta’ forza maġġuri li tinsab fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 1306/2013 kinitx eżawrjenti u, b’mod iktar wiesa’, jekk, bl-esklużjoni, f’dan il-każ, tar-rikonoxximent ta’ “każ ta’ forza maġġuri” jew ta’ “ċirkustanza eċċezzjonali”, il-punt 1 tal-paragrafu 3 tad-dispożizzjonijiet komplementari tad-Digriet Nru 11/2008 kienx kompatibbli ma’ dan l-Artikolu 2(2). |
|
34 |
Il-Varhoven administrativen sad (il-Qorti Amministrattiva Suprema) madankollu ma laqgħetx din it-talba għal deċiżjoni preliminari, billi qieset li d-domandi hekk issuġġeriti kienu ġenerali u ipotetiċi u li kienu jikkonċernaw l-eżami tal-fatti, u mhux in-nuqqas ta’ ċarezza tal-imsemmi Artikolu 2(2). Din il-qorti rrilevat ukoll li M. P. M. ma kienx ippreżenta applikazzjoni għal għajnuna u li, fir-rigward tal-Miżura 211, huwa ma kienx informa lill-Fond Nazzjonali għall-Agrikoltura, jiġifieri l-aġenzija tal-ħlas, bis-sitwazzjoni. |
|
35 |
Sussegwentement, M. P. M. ippreżenta, quddiem l-Administrativen sad Plovdiv (il-Qorti Amministrattiva ta’ Plovdiv), tliet rikorsi għad-danni kontra l-Istat Bulgaru sabiex jikseb kumpens għad-danni materjali u morali, li huwa jevalwa għal BGN 13 708.81 (madwar EUR 7011), għall-ewwel wieħed, u għal BGN 1000 (madwar EUR 511), għat-tieni wieħed, flimkien mal-interessi legali. Fil-fehma tiegħu, il-Ministeru għall-Agrikoltura u għall-Ikel, bl-adozzjoni tad-Digriet Nru 11/2008, l-Assistent Direttur Eżekuttiv tal-Fond Nazzjonali għall-Agrikoltura, billi adotta ż-żewġ deċiżjonijiet tat‑23 ta’ April 2020, u l-Varhoven administrativen sad (il-Qorti Amministrattiva Suprema), billi taw is-sentenzi tagħha tat‑8 ta’ Ottubru u tal‑10 ta’ Novembru 2021, kisru b’mod manifest id-dritt tal-Unjoni. |
|
36 |
Permezz ta’ sentenza tad‑29 ta’ Novembru 2024, l-Administrativen sad Plovdiv (il-Qorti Amministrattiva ta’ Plovdiv) għaqqdet il-kawżi li kellhom bħala suġġett ir-rikorsi ta’ M. P. M. u ċaħdet dawn tal-aħħar billi qieset li l-Artikolu 15 tad-Digriet Nru 11/2008, moqri flimkien mal-punt 1 tal-paragrafu 3 tad-dispożizzjonijiet komplementari ta’ dan id-digriet, ma kienx jikser l-Artikolu 47(4) tar-Regolament Nru 1305/2013. Fi kwalunkwe każ, ma ntweriex li l-provi tal-“forza maġġuri” jew ta’ “ċirkustanzi eċċezzjonali” ġew innotifikati bil-miktub lill-Fond Nazzjonali għall-Agrikoltura minn M. P. M., minn kull persuna oħra maħtura minnu jew mill-werriet tiegħu f’terminu ta’ 10 jiem ta’ xogħol mid-data li fiha huwa kien f’pożizzjoni li jagħmel dan, kuntrarjament għal dak li jeżiġi l-Artikolu 15(2) ta’ dan id-digriet. |
|
37 |
Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni invokati minn M. P. M. ma humiex intiżi direttament sabiex jagħtu drittijiet lil individwi, b’tali mod li waħda mill-kundizzjonijiet għall-istabbiliment tar-responsabbiltà ta’ Stat Membru għal ksur tad-dritt tal-Unjoni hija nieqsa. |
|
38 |
Barra minn hekk, l-Administrativen sad Plovdiv (il-Qorti Amministrattiva ta’ Plovdiv) iddeċidiet li M. P. M. ma kien qajjem quddiem il-Varhoven administrativen sad (il-Qorti Amministrattiva Suprema) ebda kwistjoni li kienet teħtieġ interpretazzjoni addizzjonali, b’tali mod li din il-qorti ma tistax titqies li kisret id-dritt tal-Unjoni billi ma ressqitx talba għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja f’din il-kawża. |
|
39 |
Fl-aħħar nett, skont l-Administrativen sad Plovdiv (il-Qorti Amministrattiva ta’ Plovdiv), f’dan il-każ, lanqas ma ġiet stabbilita inkompatibbiltà manifesta mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja f’dan il-qasam, sa fejn is-sentenza tat‑18 ta’ Jannar 2024, Askos Properties (C‑656/22, EU:C:2024:56), invokata minn M. P. M., ingħatat wara d-deċiżjonijiet amministrattivi u ġudizzjarji inkwistjoni fil-kawża prinċipali. |
|
40 |
M. P. M. ippreżenta appell ta’ kassazzjoni mis-sentenza tad‑29 ta’ Novembru 2024, quddiem il-Varhoven administrativen sad (il-Qorti Amministrattiva Suprema), li hija l-qorti tar-rinviju. |
|
41 |
Din tal-aħħar tqis li mill-Artikolu 88 tar-Regolament Nru 1305/2013, kif ukoll mill-Artikolu 19 tar-Regolament ta’ Delega Nru 807/2014 jirriżulta li r-Regolamenti Nri 1698/2005 u 1974/2006 huma applikabbli għall-kawża prinċipali, bħad-Digriet Nru 11/2008. |
|
42 |
Il-qorti tar-rinviju tqis, fl-ewwel lok, li l-Artikolu 47 tar-Regolament Nru 1974/2006 joħloq drittijiet, b’tali mod li individwu jista’ jinvokah direttament sabiex jipprova jiġi eżentat mir-rimbors ta’ parti mill-għajnuna jew tat-totalità tal-għajnuna rċevuta. |
|
43 |
Fit-tieni lok, il-qorti tar-rinviju tqis li l-Fond Nazzjonali għall-Agrikoltura kiser id-dritt tal-Unjoni billi adotta ż-żewġ deċiżjonijiet tat‑23 ta’ April 2020. Hija tqis, fil-fatt, li l-benefiċjarju ta’ għajnuna għandu juża l-istess art jew, tal-inqas, art li tinsab fl-istess żona muntanjuża jew li għandha żvantaġġi. Barra minn hekk, din il-qorti tiddubita li M. P. M. kellu l-possibbiltà li juża artijiet oħra minbarra dawk li kienu mqiegħda għad-dispożizzjoni tiegħu mill-Fond tal-Artijiet tal-Istat, u b’mod partikolari artijiet li jappartjenu lil individwi, li jirreġistra azjenda għat-trobbija tal-annimali fis-sistema ta’ informazzjoni integrata tal-Aġenzija Bulgara għas-Sigurtà tal-Ikel f’terminu ta’ sitt xhur u, fl-aħħar nett, li jittrasferixxi lil persuna oħra r-reklutaġġ personali li huwa kien ħa. |
|
44 |
Fit-tielet lok, il-qorti tar-rinviju tirrileva li, fis-sentenzi tagħha tat‑8 ta’ Ottubru u tal‑10 ta’ Novembru 2021, hija qieset li l-fatt li d-Digriet Nru 11/2008 ma jirriproduċix iż-żewġ każijiet imsemmija fl-Artikolu 47 (e) u (f) tar-Regolament Nru 1974/2006 ma jistax iwassal għal kunflitt bejn dawn iż-żewġ atti, peress li dan l-Artikolu 47 jinkludi lista mhux eżawrjenti. |
|
45 |
Fir-raba’ lok, din il-qorti tistaqsi dwar jekk hija kisritx b’mod manifest id-dritt tal-Unjoni fis-sentenzi tagħha tat‑8 ta’ Ottubru u tal‑10 ta’ Novembru 2021, billi ddeċidiet li l-elenkar tal-każijiet ta’ forza maġġuri fil-punt 1 tal-paragrafu 3 tad-dispożizzjonijiet komplementari tad-Digriet Nru 11/2008 kien eżawrjenti u li din id-dispożizzjoni leġiżlattiva kienet konformi mar-Regolament Nru 1306/2013, mingħajr ma qieset utli li tilqa’ t-talba ta’ M. P. M. li jagħmel domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar dan il-punt. F’dan ir-rigward, l-imsemmija qorti tammetti li l-ġurisprudenza tagħha stess hija kontradittorja, peress li, f’ċerti deċiżjonijiet, hija qieset li l-lista li tinsab fl-Artikolu 47(1) tar-Regolament Nru 1974/2006 u fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 1306/2013 ma hijiex eżawrjenti, filwaqt li, f’deċiżjonijiet oħra, hija ddeċidiet il-kuntrarju. |
|
46 |
Madankollu, il-qorti tar-rinviju tirrileva li, fis-sentenza tal‑10 ta’ Novembru 2021, fir-rigward tal-Miżura 211, hija qieset, abbażi tal-provi miġbura, li l-benefiċjarju ma kienx innotifika lill-awtorità amministrattiva bl-okkorrenza ta’ ċirkustanza ta’ forza maġġuri fit-terminu previst fl-Artikolu 15(2) tad-Digriet Nru 11/2008, li jirriproduċi fedelment fuq dan il-punt l-Artikolu 47(2) tar-Regolament Nru 1974/2006. Min-naħa l-oħra, fis-sentenza tat‑8 ta’ Ottubru 2021, din il-qorti enfasizzat, fir-rigward tal-Miżura 212, li dan l-obbligu ta’ notifika kien ġie osservat. |
|
47 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Varhoven administrativen sad (il-Qorti Amministrattiva Suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Fuq id-domandi preliminari
Fuq l-ewwel domanda
|
48 |
Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 47(1) tar-Regolament Nru 1974/2006 għandux jiġi interpretat fis-sens li jista’ jikkostitwixxi “każ ta’ forza maġġuri” jew “ċirkustanza eċċezzjonali” it-telf tad-dritt ta’ użu tal-artijiet li huma s-suġġett ta’ impenn pluriannwali skont il-FAEŻR, minħabba x-xoljiment tal-kirja wara emenda leġiżlattiva wara s-sottoskrizzjoni ta’ dan l-impenn, li introduċiet rekwiżiti ġodda li jikkundizzjonaw iż-żamma ta’ tali kuntratt u meta l-benefiċjarju jkun ħa l-miżuri kollha li kien possibbli għalih li jieħu, mingħajr ma jesponi ruħu għal sagrifiċċju eċċessiv, sabiex iżomm dan id-dritt. |
|
49 |
Skont l-Artikolu 47(1) tar-Regolament Nru 1974/2006, l-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu, b’mod partikolari, is-sitt kategoriji ta’ każijiet ta’ forza maġġuri jew ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali, elenkati fil-punti (a) sa (f) ta’ dan il-paragrafu, li fir-rigward tagħhom ma humiex ser jeżiġu r-rimbors, totali jew parzjali, tal-għajnuna rċevuta mill-benefiċjarju tagħha. |
|
50 |
Fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk ix-xoljiment tal-kuntratti ta’ kiri bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali jistax jikkostitwixxi “każ ta’ forza maġġuri” jew “ċirkustanza eċċezzjonali”, fis-sens ta’ dan l-Artikolu 47(1), għandu jitfakkar li, fil-kuntest tal-FAEŻR, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li jikkostitwixxi każ ta’ forza maġġuri kull avveniment dovut għal ċirkustanzi estranji għall-operatur, anormali u imprevedibbli, li l-konsegwenzi tagħhom ma setgħux jiġu evitati minkejja d-diliġenza kollha użata minn dan tal-aħħar (sentenza tat‑18 ta’ Jannar 2024, Askos Properties,C‑656/22, EU:C:2024:56, punt 47 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
51 |
L-imsemmi Artikolu 47(1) jipprevedi għalhekk eċċezzjoni fakultattiva għall-prinċipju tar-rimbors tal-għajnuna mill-benefiċjarju tagħha fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-impenn li huwa kien issottoskriva għalih sabiex jikseb din l-għajnuna u li kellu josserva tal-inqas matul il-perijodu ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt ta’ kiri li jirrigwarda art agrikola (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑18 ta’ Jannar 2024, Askos Properties,C‑656/22, EU:C:2024:56, punt 44). |
|
52 |
Mill-premessa 37 u mill-Artikolu 47(1) tar-Regolament Nru 1974/2006 jirriżulta li l-lista msemmija f’din l-aħħar dispożizzjoni ma hijiex eżawrjenti, b’tali mod li l-kunċetti ta’ “każ ta’ forza maġġuri” jew ta’ “ċirkustanzi eċċezzjonali”, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, jistgħu jkopru każijiet li ma jinsabux f’din il-lista. Barra minn hekk, għalkemm l-imsemmija lista tinkludi biss fatti oġġettivi, il-persuna kkonċernata li tinvoka l-eżistenza ta’ “każ ta’ forza maġġuri” jew ta’ “ċirkustanzi eċċezzjonali” għandha wkoll tkun f’pożizzjoni li tistabbilixxi li hija tkun ippreġudikat ruħha mill-konsegwenzi tal-avveniment anormali, billi tieħu miżuri xierqa mingħajr ma tagħmel sagrifiċċji eċċessivi (sentenza tat‑18 ta’ Jannar 2024, Askos Properties,C‑656/22, EU:C:2024:56, punti 48 u 49). |
|
53 |
Abbażi ta’ dawn l-elementi, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fil-punt 62 tas-sentenza tat‑18 ta’ Jannar 2024, Askos Properties (C‑656/22, EU:C:2024:56), li riforma bħar-riforma tax-xahar ta’ Awwissu 2015 setgħet tikkostitwixxi “każ ta’ forza maġġuri” jew “ċirkustanza eċċezzjonali”, fis-sens tal-Artikolu 47(1) tar-Regolament Nru 1974/2006. |
|
54 |
F’dan il-każ, fid-dawl tad-dubji espressi mill-qorti tar-rinviju dwar il-possibbiltà għal M. P. M., minn naħa, li jikri artijiet li jappartjenu lil persuni oħra minbarra l-Istat Bulgaru u, min-naħa l-oħra, li jikseb l-awtorizzazzjonijiet għall-operat meħtieġa fit-termini stabbiliti, M. P. M. ma jidhirx li kien f’pożizzjoni li jikkonforma ruħu mar-rekwiżiti l-ġodda introdotti bir-riforma tax-xahar ta’ Awwissu 2015. |
|
55 |
Madankollu, konformement mal-Artikolu 47(2) tar-Regolament Nru 1974/2006, li huwa riprodott fl-Artikolu 15(2) tad-Digriet Nru 11/2008, sabiex jibbenefika mill-eċċezzjoni fakultattiva għall-prinċipju ta’ rimbors ta’ għajnuna stabbilita fl-Artikolu 47(1) ta’ dan ir-regolament, il-benefiċjarju tagħha jew il-benefiċjarju tagħha għandu jinnotifika bil-miktub lill-awtorità kompetenti l-każijiet ta’ forza maġġuri jew ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali, f’terminu ta’ għaxart ijiem ta’ xogħol mill-jum li fih huma jkunu f’pożizzjoni li jagħmlu dan, u li jehmeż magħhom, għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti, id-dokumenti ta’ sostenn korrispondenti. |
|
56 |
Issa, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li għalkemm din il-kundizzjoni ġiet osservata għall-miżura 212, din, min-naħa l-oħra, ma ġietx osservata għall-miżura 211. |
|
57 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 47(1) tar-Regolament Nru 1974/2006 għandu jiġi interpretat fis-sens li jista’ jikkostitwixxi “każ ta’ forza maġġuri” jew “ċirkustanza eċċezzjonali” t-telf tad-dritt ta’ użu tal-artijiet li huma s-suġġett ta’ impenn pluriannwali skont il-FAEŻR, minħabba x-xoljiment tal-kirja wara emenda leġiżlattiva wara s-sottoskrizzjoni ta’ dan l-impenn, li introduċiet rekwiżiti ġodda li jikkundizzjonaw iż-żamma ta’ tali kuntratt u minkejja li l-imsemmi xoljiment jikkostitwixxi avveniment barrani, anormali u imprevedibbli għal dan il-benefiċjarju u li dan tal-aħħar ħa l-miżuri kollha li seta’ jieħu, mingħajr ma jesponi ruħu għal sagrifiċċju eċċessiv, sabiex iżomm dan id-dritt. |
Fuq il-ħames domanda
|
58 |
Permezz tal-ħames domanda tagħha, li għandha tiġi eżaminata fit-tieni lok, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf jekk il-prinċipju ta’ responsabbiltà ta’ Stat Membru għall-ksur tad-dritt tal-Unjoni imputabbli lilu għandux jiġi interpretat fis-sens li jikkostitwixxi ksur suffiċjentement serju tal-Artikolu 47(1) tar-Regolament Nru 1974/2006 il-fatt, għal Stat Membru, li jirriproduċi biss parzjalment, f’leġiżlazzjoni adottata b’eżekuzzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, il-lista mhux eżawrjenti ta’ “każijiet ta’ forza maġġuri jew ċirkustanzi eċċezzjonali” li tinsab f’dan l-Artikolu 47(1). |
|
59 |
Preliminarjament, għandu jitfakkar li l-prinċipju ta’ responsabbiltà tal-Istat għal danni kkawżati lill-individwi minħabba ksur tad-dritt tal-Unjoni imputabbli lilu huwa inerenti għas-sistema tat-trattati li fuqhom din tal-aħħar hija bbażata (sentenza tad‑19 ta’ Novembru 1991, Francovich et, C‑6/90 u C‑9/90, EU:C:1991:428, punt 35). Dan il-prinċipju japplika għal kull każ ta’ ksur tad-dritt tal-Unjoni minn Stat Membru, tkun xi tkun l-awtorità pubblika awtriċi ta’ dan il-ksur (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑5 ta’ Marzu 1996, Brasserie du pêcheur u Factortame, C‑46/93 u C‑48/93, EU:C:1996:79, punti 31 u 32, kif ukoll tat‑22 ta’ Diċembru 2022, Ministre de la Transition écologique u Premier ministre (Responsabbiltà tal-Istat għat-tniġġis tal-arja), C‑61/21, EU:C:2022:1015, punt 43). L-imsemmi prinċipju japplika wkoll meta l-ksur inkwistjoni jirriżulta minn deċiżjoni ta’ qorti li d-deċiżjonijiet tagħha ma humiex suġġetti għal rimedju ġudizzjarju taħt id-dritt nazzjonali (iktar ’il quddiem “qorti nazzjonali li d-deċiżjonijiet tagħha ma jistgħux jiġu kkontestati”) (sentenzi tat‑30 ta’ Settembru 2003, Köbler,C‑224/01, EU:C:2003:513, punt 50, u tat‑28 ta’ Lulju 2016, Tomášová,C‑168/15, EU:C:2016:602, punt 20; tat‑8 ta’ Settembru 2026, Statul Român – Ministerul Finanţelor Publice et Curtea de Apel Bucureşti,C‑163/24, EU:C:2026:722, il-punt 48, tat‑8 ta’ Settembru 2026, Ferreira da Silva e Brito et, C‑293/24, EU:C:2026:723, il-punti 43 u 44). |
|
60 |
Barra minn hekk, l-individwi leżi għandhom dritt għal kumpens meta jiġu ssodisfatti tliet kundizzjonijiet, jiġifieri li r-regola tad-dritt tal-Unjoni miksura għandha l-għan li tagħtihom drittijiet, li l-ksur ta’ din ir-regola huwa suffiċjentement serju u li teżisti rabta kawżali diretta bejn dan il-ksur u d-dannu mġarrab minn dawn l-individwi (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑5 ta’ Marzu 1996, Brasserie du pêcheur u Factortame, C‑46/93 u C‑48/93, EU:C:1996:79, punti 51, kif ukoll tat‑22 ta’ Diċembru 2022, Ministre de la Transition écologique u Premier ministre (Responsabbiltà tal-Istat għat-tniġġis tal-arja), C‑61/21, EU:C:2022:1015, punt 44). |
|
61 |
Minn dan isegwi li huwa biss ksur ta’ regola tad-dritt tal-Unjoni li għandha l-għan li tagħti drittijiet lill-individwi li jista’ jagħti lok għar-responsabbiltà tal-Istat. Dawn id-drittijiet jitnisslu mhux biss meta dan jingħata b’mod espliċitu permezz ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, iżda jistgħu jirriżultaw ukoll minn obbligi pożittivi jew negattivi li tali dispożizzjonijiet jimponu b’mod ċar kemm fuq l-individwi kif ukoll fuq l-Istati Membri jew fuq l-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Il-ksur minn Stat Membru ta’ tali obbligi pożittivi jew negattivi jista’ fil-fatt ibiddel is-sitwazzjoni legali li dawn id-dispożizzjonijiet huma intiżi li joħolqu għall-individwi kkonċernati, billi jostakolaw l-eżerċizzju minn dawn tal-aħħar tad-drittijiet mogħtija lilhom impliċitament skont id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni inkwistjoni, u li huma mistennija li jkunu jistgħu jinvokaw quddiem il-qrati nazzjonali (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑22 ta’ Diċembru 2022, Ministre de la Transition écologique u Prim Ministru (Responsabbiltà tal-Istat għat-tniġġis tal-arja), C‑61/21, EU:C:2022:1015, punti 45 sa 47, kif ukoll tat‑8 ta’ Settembru 2026, Statul Român – Ministerul Finanţelor Publice et Curtea de Apel Bucureşti, C‑163/24, EU:C:2026:722, punt 53). |
|
62 |
F’dan il-każ, kif ġie rrilevat fil-punt 51 ta’ din is-sentenza, l-Artikolu 47(1) tar-Regolament Nru 1974/2006 sempliċiment jipprevedi għalhekk eċċezzjoni fakultattiva għall-prinċipju tar-rimbors tal-għajnuna mill-benefiċjarju tagħha fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-impenn li huwa kien issottoskriva għalih sabiex jikseb din l-għajnuna u li ke llu josserva tal-inqas matul il-perijodu ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt ta’ kiri li jirrigwarda art agrikola. |
|
63 |
Kif jirriżulta b’mod ċar mill-formulazzjoni tagħha, din id-dispożizzjoni hija fformulata b’mod permissiv fis-sens li hija sempliċement tagħti lill-Istati Membri sempliċi fakultà li “jirrikonoxxu, b’mod partikolari, [is-sitt] kategoriji […] fil-każ ta’ forza maġġuri jew ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali [li hija telenka]”. |
|
64 |
Għaldaqstant, l-Istati Membri bl-ebda mod ma huma obbligati jipprevedu, fid-dritt nazzjonali tagħhom, eżenzjoni mill-obbligu ta’ rimbors tal-għajnuna kkonċernata fil-każ ta’ forza maġġuri jew ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali. |
|
65 |
Fid-dawl tal-flessibbiltà mogħtija lilhom mill-Artikolu 47(1) tar-Regolament Nru 1974/2006, huma jistgħu jirrifjutaw, purament u sempliċement, li jistabbilixxu, fid-dritt nazzjonali tagħhom, l-eċċezzjoni fakultattiva prevista f’din id-dispożizzjoni. Għall-kuntrarju, huma jistgħu jirrikonoxxu s-sitt kategoriji kollha jew parti minnhom ta’ każijiet ta’ forza maġġuri u ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali msemmija f’din id-dispożizzjoni, jew saħansitra jaċċettaw kategoriji oħra. |
|
66 |
Minn dan isegwi, minn naħa, li l-fatt, għal Stat Membru, li jirriproduċi parzjalment biss, f’leġiżlazzjoni adottata b’eżekuzzjoni ta’ dan l-Artikolu 47(1), il-lista mhux eżawrjenti ta’ “każijiet ta’ forza maġġuri jew ċirkustanzi eċċezzjonali” li tinsab f’din id-dispożizzjoni huwa perfettament konformi mal-imsemmija dispożizzjoni. Tali għażla, min-naħa ta’ Stat Membru, ma tistax, konsegwentement, tikkostitwixxi ksur suffiċjentement serju tad-dritt tal-Unjoni. |
|
67 |
Min-naħa l-oħra, peress li ma tistax tidentifika, fl-imsemmi Artikolu 47(1), obbligu pożittiv iddefinit sew impost fuq l-Istati Membri, din id-dispożizzjoni lanqas ma tista’ titqies li hija regola tad-dritt tal-Unjoni li għandha l-għan li tagħti drittijiet lill-individwi, fis-sens tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 61 ta’ din is-sentenza. |
|
68 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għall-ħames domanda għandha tkun li l-prinċipju ta’ responsabbiltà ta’ Stat Membru għall-ksur tad-dritt tal-Unjoni imputabbli lilu għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jikkostitwixxix ksur suffiċjentement serju tal-Artikolu 47(1) tar-Regolament Nru 1974/2006 il-fatt, għal Stat Membru, li jirriproduċi parzjalment biss, f’leġiżlazzjoni adottata b’eżekuzzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, il-lista mhux eżawrjenti ta’ “każijiet ta’ forza maġġuri jew ċirkustanzi eċċezzjonali” li tinsab f’dan l-Artikolu 47(1), peress li l-imsemmija dispożizzjoni ma tistax, fi kwalunkwe każ, titqies li hija regola tad-dritt tal-Unjoni li għandha l-għan li tagħti drittijiet lill-individwi. |
Fuq it-tieni sar-raba’ domanda u fuq is-sitt domanda
|
69 |
Permezz tat-tieni sar-raba’ u s-sitt domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, minn naħa, jekk l-aġir rispettiv tal-Fond Nazzjonali għall-Agrikoltura u tal-Varhoven administrativen sad (il-Qorti Amministrattiva Suprema) inkwistjoni mir-rikorrent fil-kawża prinċipali jistax jikkostitwixxi ksur suffiċjentement serju ta’ regola tad-dritt tal-Unjoni li għandha l-għan li tagħti drittijiet lill-individwi u, min-naħa l-oħra, jekk teżistix rabta diretta bejn eventwali ksur suffiċjentement serju tad-dritt tal-Unjoni u d-danni allegatament subiti minnu. |
|
70 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, fid-dawl tan-natura kumulattiva tat-tliet kundizzjonijiet għall-istabbiliment tar-responsabbiltà ta’ Stat Membru għal ksur tad-dritt tal-Unjoni, kif imfakkra fil-punt 60 ta’ din is-sentenza, il-fatt li waħda minnhom hija nieqsa huwa biżżejjed sabiex jiġi miċħud rikors għad-danni. (ara, b’analoġija, is-sentenzi tad‑9 ta’ Settembru 1999, Lucaccioni vs Il-Kummissjoni,C-257/98 P, EU:C:1999:402, punt 14, u tat‑8 ta’ Mejju 2003, T. Port vs Il-Kummissjoni,C‑122/01 P, EU:C:2003:259, punt 30). |
|
71 |
Issa, minn naħa, fir-rigward tal-Artikolu 47(1) tar-Regolament Nru 1974/2006, mir-risposta mogħtija għall-ħames domanda jirriżulta li ebda waħda mill-ewwel żewġ kundizzjonijiet għall-istabbiliment tar-responsabbiltà ta’ Stat Membru għal ksur tad-dritt tal-Unjoni ma hija ssodisfatta. |
|
72 |
Min-naħa l-oħra, fir-rigward tar-rifjut li jsir rinviju għal deċiżjoni preliminari dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 1306/2013, li huwa s-suġġett tar-raba’ domanda, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, sabiex jiġi kkonstatat ksur suffiċjentement serju tad-dritt tal-Unjoni li jagħti lok għar-responsabbiltà ta’ Stat Membru, il-ksur tal-obbligu ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari, stabbilit fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE, għandu jkun akkumpanjat mill-ksur ta’ regola oħra tad-dritt tal-Unjoni li tagħti drittijiet lill-individwi (sentenzi tat‑8 ta’ Settembru 2026, Statul Român – Ministerul Finanţelor Publice et Curtea de Apel Bucureşti,C‑163/24, EU:C:2026:722, il-punt 89, tat‑8 ta’ Settembru 2026, Ferreira da Silva e Brito et, C‑293/24, EU:C:2026:723, il-punt 59). |
|
73 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li l-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 1306/2013, bħall-Artikolu 47(1) tar-Regolament Nru 1974/2006, sempliċement jagħti lill-Istati Membri sempliċi possibbiltà li jirrikonoxxu bħala każ ta’ forza maġġuri jew ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali s-sitt każijiet li huma elenkati fih, b’tali mod li dan l-Artikolu 2(2) ma jistax jitqies li huwa regola tad-dritt tal-Unjoni li għandha l-għan li tagħti drittijiet lill-individwi. |
|
74 |
Għaldaqstant, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni sar-raba’ u għas-sitt domandi. |
Fuq l-ispejjeż
|
75 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li għandha tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
|
Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru.