Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat‑2 ta’ Lulju 2024 –
Aylo Freesites vs Il‑Kummissjoni
(Kawża T‑138/24 R)
“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Servizzi diġitali – Regolament (UE) 2022/2065 – Pjattaformi online kbar ħafna – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Fumus boni juris – Urġenza – Ibbilanċjar tal-interessi”
1. |
Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Natura kumulattiva – Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni – Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika – Setgħa ta’ evalwazzjoni tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 256(1), 278 u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4)) (ara l-punti 13, 15, 16, 91, 92, 105 u 120) |
2. |
Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Eżami prima facie tal-motivi invokati insostenn tar-rikors prinċipali – Rikors kontra deċiżjoni tal-Kummissjoni li tindika lir-rikorrenti bħala pjattaforma online kbira ħafna fis-sens tar-Regolament 2022/2065 – Motivi relatati mal-kunfidenzjalità tal-informazzjoni żvelata skont dan ir-regolament – Motivi li prima facie ma jkunux infondati (Artikoli 278 u 279 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 16, 17 u 52(1); Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4); Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2022/2065, Artikoli 33(4) u 39(1) u (2)) (ara l-punti 19, 34, 35 u 42 sa 48) |
3. |
Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova – Dannu finanzjarju – Obbligu li jiġu pprovduti indikazzjonijiet konkreti u preċiżi, sostnuti bi provi dokumentali ddettaljati – Sitwazzjoni li tista’ tipperikola l-vijabbiltà finanzjarja tal-kumpannija rikorrenti – Modifika irrimedjabbli tal-ishma mis-suq – Evalwazzjoni fid-dawl tad-daqs tal-impriża u tas-sitwazzjoni tal-grupp ta’ appartenenza tagħha (Artikoli 278 u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4)) (ara l-punti 49 u 67 sa 70) |
4. |
Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Dannu gravi u irreparabbli – Dannu li jirriżulta mill-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni allegatament kunfidenzjali – Kundizzjonijiet (Artikoli 278 u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4)) (ara l-punti 81 u 83) |
Dispożittiv
1) |
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda. |
2) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |