Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal‑24 ta’ Marzu 2025 –
Cajasur Banco
(Kawża C‑443/24)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Rekwiżit ta’ preżentazzjoni ta’ kuntest fattwali u regolamentari tal-kawża prinċipali – Rekwiżit ta’ indikazzjoni tar-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessita ta’ risposta mill-Qorti tal-Ġustizzja kif ukoll ta’ rabta bejn id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li l-interpretazzjoni tagħhom hija mitluba u l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli – Assenza ta’ informazzjoni suffiċjenti – Inammissibbiltà manifesta”
Domandi preliminari – Ammissibbiltà – Domandi magħmula mingħajr ma tkun ingħatat biżżejjed informazzjoni dwar il-kuntest fattwali u leġiżlattiv u dwar ir-raġunijiet li jiġġustifikaw il-ħtieġa ta’ risposta għad-domandi preliminari – Assenza ta’ rabta bejn il-kawża prinċipali u d-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni msemmija fid-domandi preliminari – Domandi magħmula f’kuntest li jeskludi risposta utli – Inammissibbiltà manifesta
(Artikolu 267 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 23; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 53(2) u 94)
(ara l-punti 16 sa 31)
Dispożittiv
It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Málaga (il-Qorti Provinċjali ta’ Málaga, Spanja), permezz tad-deċiżjoni tal‑11 ta’ Ġunju 2024, hija manifestament inammissibbli.