Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat‑28 ta’ April 2025 – Ayuntamiento de Humanes de Madrid

(Kawża C‑46/24)

“Talba għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Direttiva (UE) 2019/1023 – Proċeduri li jikkonċernaw ir-ristrutturazzjoni, l-insolvenza u l-ħelsien mid-dejn – Artikolu 23(4) – Esklużjoni ta’ krediti pubbliċi mill-ħelsien mid-dejn – Natura “debitament ġustifikata” ta’ tali esklużjoni”

1. 

Libertà ta’ stabbiliment – Proċeduri fil-qasam tar-ristrutturazzjoni, tal-insolvenza u tal-ħelsien mid-dejn – Possibbiltà ta’ ħelsien mid-dejn – Derogi – Esklużjoni ta’ klassijiet speċifiċi ta’ krediti mill-ħelsien mid-dejn – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi esklużjoni ġenerali tal-krediti pubbliċi – Ammissibbiltà – Kundizzjoni – Esklużjoni kklassifikata bħala debitament iġġustifikata skont il-modalitajiet previsti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2019/1023, Artikolu 23(4))

(ara l-punt 32 u d-dispożittiv 1)

2. 

Libertà ta’ stabbiliment – Proċeduri fil-qasam tar-ristrutturazzjoni, tal-insolvenza u tal-ħelsien mid-dejn – Possibbiltà ta’ ħelsien mid-dejn – Derogi – Esklużjoni mill-aċċess għad-dritt għall-ħelsien mid-dejn – Esklużjoni li la hija debitament iġġustifikata u lanqas iġġustifikata mil-leġiżlatur nazzjonali – Inammissibbiltà

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2019/1023, Artikolu 23(4))

(ara l-punti 35, 36 u d-dispożittiv 2)

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 23(4) tad-Direttiva (UE) 2019/1023 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar oqfsa ta’ ristrutturar preventiv, dwar il-ħelsien mid-dejn u l-iskwalifiki, u dwar miżuri sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-proċeduri li jikkonċernaw ir-ristrutturar, l-insolvenza u l-ħelsien mid-dejn, u li temenda d-Direttiva (UE) 2017/1132 (Direttiva dwar ir-ristrutturar l-insolvenza),

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

għandu jiġi evalwat, skont il-modalitajiet previsti għal dan il-għan fil-leġiżlazzjoni nazzjonali kkonċernata, jekk l-esklużjoni ta’ krediti tad-dritt pubbliku mill-ħelsien mid-dejn hijiex “debitament ġustifikata”;

ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi esklużjoni ġenerali mill-ħelsien mid-dejn ta’ pretensjonijiet tad-dritt pubbliku, għar-raġuni li s-sodisfazzjon ta’ tali krediti huwa ta’ importanza partikolari għal soċjetà ġusta u ħanina bbażata fuq l-Istat tad-dritt, ħlief f’ċirkustanzi u limiti kwantitattiva stretti ħafna, sakemm tali esklużjoni tkun “debitament ġustifikata” skont id-dritt nazzjonali.

2)

L-Artikolu 23(4) tad-Direttiva 2019/1023

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi esklużjoni ġenerali mill-ħelsien mid-dejn ta’ krediti tad-dritt pubbliku, ħlief f’ċirkustanzi u limiti kwantitattiva stretti ħafna, mingħajr ma tali esklużjoni tkun “debitament ġustifikata” jew saħansitra iġġustifikata mil-leġiżlatur nazzjonali.