SENTENZA TAL‑QORTI TAL‑ĠUSTIZZJA (Awla Manja)
1 ta’ Awwissu 2025 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika tal-ażil – Direttiva 2013/32/UE – Proċeduri komuni għall-għoti u għall-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali – Artikoli 36 u 37 – Kunċett ta’ ‘pajjiż ta’ oriġini sigur’ – Deżinjazzjoni permezz ta’ att leġiżlattiv – Anness I – Kriterji – Artikolu 46 – Dritt għal rimedju effettiv – Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Eżami, mill-qorti, tad-deżinjazzjoni minn Stat Membru ta’ pajjiż terz bħala pajjiż ta’ oriġini sigur – Pubblikazzjoni ta’ sorsi ta’ informazzjoni li fuqhom hija bbażata din id-deċiżjoni”
Fil-Kawżi magħquda C‑758/24 [Alace] i u C‑759/24 [Canpelli] ( i ),
li għandhom bħala suġġett żewġ talbiet għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunale ordinario di Roma (il-Qorti Distrettwali ta’ Ruma, l-Italja), permezz ta’ deċiżjonijiet tal‑31 ta’ Ottubru 2024 u tal‑4 ta’ Novembru 2024, li waslu fil-Qorti tal-Ġustizzja rispettivament fl‑4 ta’ Novembru 2024 u fil‑5 ta’ Novembru 2024, fil-proċeduri
LC (C‑758/24),
CP (C‑759/24)
vs
Commissione territoriale per il riconoscimento della protezione internazionale di Roma – sezione procedure alla frontiera II,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),
komposta minn K. Lenaerts, President, T. von Danwitz, Viċi President, K. Jürimäe (Relatriċi), I. Jarukaitis, M. L. Arastey Sahún, A. Kumin, N. Jääskinen, D. Gratsias u M. Gavalec, Presidenti ta’ Awla, I. Ziemele, J. Passer, Z. Csehi, O. Spineanu-Matei, B. Smulders u M. Condinanzi, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: J. Richard de la Tour,
Reġistratur: C. Di Bella, Amministratur,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal‑25 ta’ Frar 2025,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
|
– |
għal LC, minn S. Angilletta, avvocata, |
|
– |
għal CP, minn D. Belluccio u S. Greco, avvocati, |
|
– |
għall-Gvern Taljan, minn S. Fiorentino, bħala aġent, assistit minn L. D’Ascia, E. Feola u I. Massarelli, avvocati dello Stato, |
|
– |
għall-Gvern Bulgaru, minn S. O. Ruseva u T. S. Tsingileva, bħala aġenti, |
|
– |
għall-Gvern Ċek, minn A. Edelmannová, M. Smolek u J. Vláčil, bħala aġenti, |
|
– |
għall-Gvern Ġermaniż, minn J. Möller u R. Kanitz, bħala aġenti, |
|
– |
għall-Gvern Elleniku, minn T. Papadopoulou, bħala aġent, |
|
– |
għall-Gvern Franċiż, minn B. Dourthe, O. Duprat-Mazaré u B. Fodda, bħala aġenti, |
|
– |
għall-Gvern Ċiprijott, minn I. Neophytou u E. Symeonidou, bħala aġenti, |
|
– |
għall-Gvern Latvjan, minn J. Davidoviča u S. Zellis, bħala aġenti, |
|
– |
għall-Gvern Litwan, minn K. Dieninis, bħala aġent, |
|
– |
għall-Gvern Ungeriż, M. Z. Fehér u R. Kissné Berta, bħala aġenti, |
|
– |
għall-Gvern Malti, minn A. Buhagiar, bħala aġent, |
|
– |
għall-Gvern tal-Pajjiżi l-Baxxi, minn M. K. Bulterman u A. Hanje, bħala aġenti, |
|
– |
għall-Gvern Awstrijak, minn A. Posch, J. Schmoll u P. Thalmann, bħala aġenti, |
|
– |
għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna u D. Lutostańska, bħala aġenti, |
|
– |
għall-Gvern Slovakk, minn E. V. Larišová, bħala aġent, |
|
– |
għall-Gvern Finlandiż, minn H. Leppo u M. Pere, bħala aġenti, |
|
– |
għall-Gvern Svediż, minn F.-L. Göransson u J. Olsson, bħala aġenti, |
|
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn A. Azéma, M. Debieuvre u F. Tomat, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali fis-seduta tal‑10 ta’ April 2025,
tagħti l-preżenti
Sentenza
|
1 |
It-talbiet għal deċiżjoni preliminari jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-Artikoli 36 sa 38 tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (ĠU 2013, L 180, p. 60), moqrija flimkien mal-premessi 42, 46 u 48 kif ukoll mal-Anness I ta’ din id-direttiva u fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”) u tal-Artikoli 6 u 13 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl‑4 ta’ Novembru 1950 (iktar ’il quddiem il-“KEDB”). |
|
2 |
Dawn it-talbiet tressqu fil-kuntest ta’ tilwimiet bejn, rispettivament, minn naħa, LC u CP, ċittadini tar-Repubblika Popolari tal-Bangladexx, kontra, min-naħa l-oħra, il-Commissione territoriale per il riconoscimento della protezione internazionale di Roma – sezione procedure alla frontiera II (il-Kummissjoni Territorjali għar-Rikonoxximent tal-Protezzjoni Internazzjonali ta’ Ruma – Sezzjoni tal-Proċeduri fil-Fruntiera II, l-Italja) fir-rigward tal-legalità tad-deċiżjonijiet li permezz tagħhom din tal-aħħar ċaħdet, wara proċeduri mħaffa fil-fruntiera, l-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali ta’ LC u ta’ CP bħala li huma manifestament infondati. |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt tal-Unjoni
Id-Direttiva 2013/32
|
3 |
Il-premessi 18, 20, 40, 42, 46 u 48 tad-Direttiva 2013/32 jiddikjaraw:
[…]
[…]
[…]
[…]
[…]
|
|
4 |
L-Artikolu 10 ta’ din id-direttiva, intitolat “Rekwiżiti għall-eżami ta’ applikazzjonijiet”, jipprevedi, fil-paragrafi 3(b) u 4 tiegħu: “3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet mill-awtorità determinanti dwar applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali jiġu meħuda wara eżami adegwat. Għal dak l-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li: […]
[…] 4. L-awtoritajiet imsemmija fil-Kapitolu V għandhom, permezz tal-awtorità determinanti jew tal-applikant jew diversament, ikollhom aċċess għall-informazzjoni ġenerali msemmija fil-paragrafu 3(b), li tkun meħtieġa għat-twettiq tal-kompitu tagħhom.” |
|
5 |
Bit-titolu “Garanziji għall-applikanti”, l-Artikolu 12 tal-imsemmija direttiva jiddikjara, fil-paragrafu 1(d) tiegħu: “Fir-rigward tal-proċeduri provduti fil-Kapitolu III, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti kollha jgawdu l-garanziji li gejjin: […]
[…]” |
|
6 |
L-Artikolu 24 tal-istess direttiva, intitolat “Applikanti li jkunu jeħtieġu garanziji proċedurali speċjali”, jikkonċerna l-appoġġ li għandu jingħata lil tali applikanti matul il-proċedura kollha tal-ażil. |
|
7 |
L-Artikolu 31 tad-Direttiva 2013/32, intitolat “Proċedura ta’ eżami”, jipprovdi, fil-paragrafu 8(b) tiegħu: “L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li proċedura ta’ eżami konformi mal-prinċipji u l-garanziji bażiċi tal-Kapitolu II tiġi mgħaġġla u/jew titmexxa fil-fruntiera jew fiż-żoni ta’ transitu taħt l-Artikolu 43 jekk: […]
|
|
8 |
L-Artikolu 32 tal-istess direttiva, intitolat “Applikazzjonijiet bla bażi”, jipprevedi: “1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 27, l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw applikazzjoni bħala bla bażi biss jekk l-awtorità determinanti tkun stabbilixxiet li l-applikant ma jikkwalifikax għall-protezzjoni internazzjonali taħt id-Direttiva 2011/95/UE [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU 2011, L 337, p. 9)]. 2. F’każijiet ta’ applikazzjonijiet bla bażi li fihom tapplika kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi elenkati fl-Artikolu 31(6) l-Istati Membri jistgħu wkoll jikkunsidraw applikazzjoni bħala manifestament bla bażi jekk tkun definita hekk fil-liġi nazzjonali.” |
|
9 |
Skont l-Artikolu 36 tad-Direttiva 2013/32, intitolat “Il-kunċett ta’ pajjiż ta’ oriġini bla periklu”: “1. Pajjiż terz indikat bħala pajjiż ta’ oriġini bla periklu konformement ma’ din id-Direttiva jista’, wara eżami individwali tal-applikazzjoni, ikun ikkunsidrat bħala pajjiż ta’ oriġini bla periklu għal applikant partikolari biss jekk:
u ma ppreżenta/ppreżentat l-ebda raġuni serja sabiex il-pajjiż ma jiġix ikkunsidrat bħala pajjiż ta’ oriġini bla periklu fiċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu/tagħha fis-sens tal-kwalifika tiegħu/tagħha bħala benefiċjarju/benefiċjarja ta’ protezzjoni internazzjonali taħt id-Direttiva [2011/95]. 2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu fil-liġi nazzjonali regoli u modalitajiet ulterjuri għall-applikazzjoni tal-kunċett ta’ pajjiż ta’ oriġini bla periklu.” |
|
10 |
Bit-titolu “Indikazzjoni nazzjonali ta’ pajjiżi terzi kkunsidrati bħala pajjiżi ta’ oriġini bla periklu” l-Artikolu 37 tad-Direttiva 2013/32 jipprevedi: “1. L-Istati Membri jistgħu jżommu fis-seħħ jew jintroduċu leġislazzjoni li tippermetti, konformement mal-Anness I, l-indikazzjoni nazzjonali ta’ pajjiżi ta’ oriġini bla periklu għall-finijiet tal-eżami ta’ applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali. 2. L-Istati Membri għandhom jirrivedu regolarment is-sitwazzjoni fil-pajjiżi terzi indikati bħala pajjiżi ta’ oriġini bla periklu taħt dan l-Artikolu. 3. Il-valutazzjoni ta’ pajjiż sabiex jiġi determinat jekk huwiex pajjiż ta’ oriġini bla periklu konformement ma’ dan l-Artikolu għandha tkun ibbażata fuq firxa ta’ sorsi ta’ informazzjoni, inkluż b’mod partikolari informazzjoni mill-Istati Membri, mill-EASO, mill-UNHCR, mill-Kunsill tal-Ewropa u minn organizzazzjonijiet internazzjonali relevanti oħra. 4. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-pajjiżi li jiġu indikati bħala pajjiżi ta’ oriġini bla periklu konformement ma’ dan l-Artikolu.” |
|
11 |
L-Artikolu 38 ta’ din id-direttiva jirrigwarda l-kunċett ta’ pajjiż terz sigur. |
|
12 |
L-Artikolu 43 tal-imsemmija direttiva, intitolat “Proċeduri fuq il-fruntiera”, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu: “L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal proċeduri, konformement mal-prinċipji u mal-garanziji bażiċi tal-Kapitolu II, ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, fuq il-fruntiera jew f’żoni ta’ tranżitu tal-Istat Membru dwar: […]
|
|
13 |
L-Artikolu 46 tal-istess direttiva, intitolat “Id-dritt għal rimedju effettiv”, jipprovdi: “1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jkollhom id-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti jew tribunal, kontra dawn li ġejjin:
[…] 3. Sabiex ikunu konformi mal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li rimedju effettiv jipprovdi għal eżami sħiħ u ex nunc ta’ kemm il-fatti kif ukoll il-punti tal-liġi, inkluż fejn applikabbli eżami tal-ħtiġijiet ta’ protezzjoni internazzjonali taħt id-Direttiva [2011/95], ta’ mill-inqas fi proċeduri ta’ appell quddiem qorti jew tribunal ta’ prima istanza. […] 5. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 6, l-Istati Membri għandhom jippermettu lill-applikanti li jibqgħu fit-territorju tagħhom sakemm jiskadi ż-żmien li fih ikollhom id-dritt għal rimedju effettiv jew, meta tali dritt ġie eżerċitat fil-limitu ta’ żmien, sa meta joħroġ ir-riżultat tar-rimedju. 6. Fil-każ li tittieħed deċiżjoni
[…] qorti jew tribunal għandu jkollu s-setgħa li jiddeċiedi jekk l-applikant jistax jibqa’ jew le fit-territorju tal-Istat Membru, jew fuq talba tal-applikant jew billi jiddeċiedi ex officio, jekk tali deċiżjoni tirriżulta fit-terminazzjoni tad-dritt tal-applikant li jibqa’ fl-Istat Membru u fejn, f’każijiet bħal dawn, id-dritt ta’ rimanenza fl-Istat Membru sa meta joħroġ ir-riżultat tar-rimedju ma tkunx prevista fil-liġi nazzjonali. […]” |
|
14 |
L-Anness I tad-Direttiva 2013/32, intitolat “Indikazzjoni ta’ pajjiżi ta’ oriġini bla periklu għall-finijiet tal-Artikolu 37(1)” jaqra kif ġej: “Pajjiż ikun kunsidrat bħala pajjiż ta’ oriġini bla periklu fejn, abbażi tas-sitwazzjoni legali, l-applikazzjoni tal-liġi fi ħdan sistema demokratika u ċ-ċirkostanzi politiċi ġenerali, ikun jista’ jiġi muri li ġeneralment u konsistentement ma hemmx persekuzzjoni kif definita fl-Artikolu 9 tad-Direttiva [2011/95] ebda tortura jew trattament jew punizzjoni inumani jew degradanti, u ebda theddida minn vjolenza indiskriminata f’sitwazzjonijiet ta’ konflitt armat internazzjonali jew intern. Meta ssir din il-valutazzjoni, għandu jittieħed kont inter alia tal-entità tal-protezzjoni pprovduta kontra l-persekuzzjoni jew it-trattament ħażin permezz ta’ dawn li ġejjin:
|
Ir‑Regolament (UE) 2024/1348
|
15 |
L-Artikolu 61 tar-Regolament (UE) 2024/1348 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑14 ta’ Mejju 2024 li jistabbilixxi proċedura komuni għall-protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni u li jħassar id-Direttiva 2013/32/UE (ĠU L, 2024/1348), intitolat “Il-kunċett ta’ pajjiż ta’ oriġini sikur”, jipprovdi, fil-paragrafu 2 tiegħu: “Id-deżinjazzjoni ta’ pajjiż terz bħala pajjiż ta’ oriġini sikur kemm fil-livell tal-Unjoni [Ewropea] kif ukoll fil-livell nazzjonali tista’ ssir b’eċċezzjonijiet għal partijiet speċifiċi tat-territorju tiegħu jew kategoriji ta’ persuni identifikabbli b’mod ċar.” |
|
16 |
L-Artikolu 78 ta’ dan ir-regolament, intitolat “Tħassir”, jiddikjara, fil-paragrafu 1 tiegħu: “Id-Direttiva [2013/32] hija mħassra b’effett mid-data msemmija fl-Artikolu 79(2), mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 79(3).” |
|
17 |
L-Artikolu 79 tal-imsemmi regolament, intitolat “Dħul fis-seħħ u applikabbiltà”, jipprevedi, fil-paragrafi (2) u (3) tiegħu: “2. Dan ir-Regolament għandu japplika mit‑12 ta’ Ġunju 2026. 3. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-proċedura għall-għoti ta’ protezzjoni internazzjonali fir-rigward ta’ applikazzjonijiet ippreżentati mit‑12 ta’ Ġunju 2026. L-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali ppreżentati qabel dik id-data għandhom jiġu rregolati mid-Direttiva [2013/32]. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-proċedura għall-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali fejn l-eżami għall-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali jkun beda mit‑12 ta’ Ġunju 2026. Fejn l-eżami għall-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali jkun beda qabel it‑12 ta’ Ġunju 2026, il-proċedura għall-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali għandha tiġi rregolata mid-Direttiva [2013/32].” |
Id-dritt Taljan
|
18 |
Skont il-preambolu tad-decreto-legge n. 158 – Disposizioni urgenti in materia di procedure per il riconoscimento della protezione internazionale (Digriet-Liġi Nru 158, li jistabbilixxi dispożizzjonijiet urġenti fil-qasam tal-għoti tal-protezzjoni internazzjonali), tat‑23 ta’ Ottubru 2024 (GURI Nru 249, tat‑23 ta’ Ottubru 2024; iktar ’il quddiem id-“Digriet-Liġi Nru 158/2024”): “[…] [b’kunsiderazzjoni tal-]ħtieġa straordinarja u l-urġenza li jiġu ddeżinjati l-pajjiżi ta’ oriġini sigur, b’kont meħud tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tal‑4 ta’ Ottubru 2024[, Ministerstvo vnitra České republiky, Odbor azylové a migrační politiky (C‑406/22, EU:C:2024:841)], billi jiġu esklużi l-pajjiżi li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet għal din id-deżinjazzjoni għal ċerti partijiet tat-territorju tagħhom (il-Kamerun, il-Kolombja u n-Niġerja); [b’kunsiderazzjoni tar-]Regolament [2024/1348] u b’mod partikolari l-Artikolu 61(2) tiegħu, li jipprovdi li “Id-deżinjazzjoni ta’ pajjiż terz bħala pajjiż ta’ oriġini sikur kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll fil-livell nazzjonali tista’ ssir b’eċċezzjonijiet għal partijiet speċifiċi tat-territorju tiegħu jew kategoriji ta’ persuni identifikabbli b’mod ċar” li, filwaqt li japplika mit‑12 ta’ Ġunju 2026, stabbilixxa l-pożizzjoni kondiviża mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea; […]”. |
|
19 |
Id-Digriet-Liġi Nru 158/2024 emenda b’mod partikolari l-Artikolu 2a tad-decreto legislativo n. 25 – Attuazione della direttiva 2005/85/CE recante norme minime per le procedure applicate negli Stati membri ai fini del riconoscimento e della revoca dello status di rifugiato (id-Digriet Leġiżlattiv Nru 25, li jimplimenta d-Direttiva 2005/85/KE dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ rifuġjat), tat‑28 ta’ Jannar 2008 (GURI Nru 40, tas‑16 ta’ Frar 2008; iktar ’il quddiem id-“Digriet Leġiżlattiv Nru 25/2008”). Wara din l-emenda, l-Artikolu 2a(1) sa (4a) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 25/2008 jipprovdi: “1. B’applikazzjoni tal-kriterji ta’ klassifikazzjoni stabbiliti mil-leġiżlazzjoni Ewropea u tad-data meħuda mis-sorsi ta’ informazzjoni pprovduta mill-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti, għandhom jitqiesu bħala pajjiżi ta’ oriġini sigur l-pajjiżi li ġejjin: l-Albanija, l-Alġerija, il-Bangladexx, il-Bosnja-Ħerzegovina, il-Kap Verde, il-Côte d’Ivoire, l-Eġittu, il-Gambja, il-Ġeorġja, il-Gana, il-Kosovo, il-Maċedonja ta’ Fuq, il-Marokk, il-Montenegro, il-Perù, is-Senegal, is-Serbja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija. 2. Stat li ma jappartjenix lill-Unjoni Ewropea jista’ jitqies bħala pajjiż ta’ oriġini sigur jekk, fuq il-bażi tas-sistema ġuridika tiegħu, tal-applikazzjoni tal-liġi fil-qafas tas-sistema demokratika u tas-sitwazzjoni politika ġenerali, ikun jista’ jintwera li, b’mod ġenerali u konsistenti, ma hemmx atti ta’ persekuzzjoni […] la ta’ tortura jew forom oħra ta’ punizzjoni jew trattamenti inumani jew degradanti, u lanqas ta’ perikolu minħabba vjolenza indiskriminata f’sitwazzjonijiet ta’ kunflitt armat intern jew internazzjonali. Id-deżinjazzjoni ta’ pajjiż ta’ oriġini sigur tista’ ssir bl-eċċezzjoni ta’ kategoriji ta’ persuni. 3. Għall-iskopijiet tal-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni, inter alia, kemm tingħata protezzjoni kontra l-persekuzzjonijiet u t-trattamenti ħżiena permezz:
4. L-evalwazzjoni intiża li tiddetermina jekk Stat mhux membru ta[l-Unjoni Ewropea] huwiex pajjiż ta’ oriġini sigur għandha tkun ibbażata fuq l-informazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Ażil, li tuża wkoll l-informazzjoni miġbura miċ-ċentru tad-dokumentazzjoni […] kif ukoll minn sorsi ta’ informazzjoni oħra, b’mod partikolari l-informazzjoni pprovduta minn Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil [(EUAA)], il-[UNHCR], il-Kunsill tal-Ewropa u l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti l-oħra. 4a. Il-lista tal-pajjiżi ta’ oriġini sigur għandha tiġi aġġornata perjodikament permezz ta’ att leġiżlattiv u għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni Ewropea. Għall-iskopijiet tal-aġġornament tal-lista li tinsab fil-paragrafu 1, il-Kunsill tal-Ministri għandu jadotta, fil‑15 ta’ Jannar ta’ kull sena, rapport li jindika, b’osservanza tal-bżonnijiet preponderanti ta’ sigurtà u ta’ kontinwità tar-relazzjonijiet internazzjonali u fid-dawl tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, is-sitwazzjoni tal-pajjiżi li huma mniżżla fil-lista fis-seħħ u dik tal-pajjiżi li jkunu proposti li jitniżżlu fiha. Il-Gvern għandu jibgħat ir-rapport lill-kummissjonijiet parlamentari kompetenti.” |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
|
20 |
LC u CP huma żewġ ċittadini tar-Repubblika Popolari tal-Bangladexx. Wara li ġew salvati mill-baħar mill-awtoritajiet Taljani, huma twasslu fl-Albanija, fejn tqiegħdu fil-faċilità ta’ detenzjoni ta’ Gjadër. Dawn il-miżuri ttieħdu b’applikazzjoni tal-protocollo tra il Governo della Repubblica italiana e il Consiglio dei ministri della Repubblica di Albania per il rafforzamento della collaborazione in materia migratoria (Protokoll konkluż bejn il-Gvern tar-Repubblika Taljana u l-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika tal-Albanija dwar it-tisħiħ tal-kollaborazzjoni fil-qasam tal-immigrazzjoni), li permezz tiegħu l-Gvern Albaniż poġġa għad-dispożizzjoni tar-Repubblika Taljana żewġ żoni tat-territorju Albaniż, li jaqgħu kompletament taħt il-kompetenza tal-awtoritajiet Taljani u li huma assimilati maż-żoni tal-fruntiera jew ta’ tranżitu li fihom l-applikanti għall-ażil jistgħu jinżammu f’detenzjoni. |
|
21 |
Fis‑16 ta’ Ottubru 2024, LC u CP ippreżentaw, kull wieħed minnhom, applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali quddiem l-awtoritajiet Taljani minn din il-faċilità ta’ detenzjoni. |
|
22 |
Permezz ta’ deċiżjonijiet tas‑17 ta’ Ottubru 2024, il-Kummissjoni Territorjali għar-Rikonoxximent tal-Protezzjoni Internazzjonali ta’ Ruma – Sezzjoni tal-Proċeduri fil-Fruntiera II ċaħdet dawn it-talbiet fil-kuntest ta’ proċedura mħaffa fil-fruntiera, minħabba li LC u CP kienu ġejjin minn pajjiż ta’ oriġini sigur. Id-deċiżjonijiet ta’ tqegħid f’detenzjoni ma ġewx ivvalidati mill-qorti kompetenti u għalhekk l-applikanti nħelsu. |
|
23 |
Wara li waslu l-Italja, LC u CP adixxew, fil‑25 ta’ Ottubru 2024, lit-Tribunale ordinario di Roma (il-Qorti Distrettwali ta’ Ruma, l-Italja), li hija l-qorti tar-rinviju, b’rikorsi kontra d-deċiżjonijiet li jiċħdu l-applikazzjonijiet tagħhom għal protezzjoni internazzjonali msemmija fil-punt preċedenti. |
|
24 |
Dik il-qorti għandha dubji dwar id-deżinjazzjoni tar-Repubblika Popolari tal-Bangladexx bħala pajjiż ta’ oriġini sigur. |
|
25 |
Fl-ewwel lok, il-qorti tar-rinviju tosserva li, sal-adozzjoni tad-Digriet-Liġi Nru 158/2024, id-deżinjazzjoni ta’ pajjiż terz bħala pajjiż ta’ oriġini sigur kienet issir f’żewġ stadji. Fl-ewwel lok, il-leġiżlatur Taljan iddefinixxa, permezz ta’ liġi ordinarja, il-kuntest ġuridiku ta’ tali deżinjazzjonijiet. Fit-tieni lok, l-amministrazzjoni Taljana ddeżinjat, permezz ta’ digriet interministerjali, il-pajjiżi ta’ oriġini sigur fuq il-bażi tal-iskedi informattivi dwar dawn il-pajjiżi. Il-qorti Taljana kellha s-setgħa tistħarreġ il-kompatibbiltà ta’ tali digrieti interministerjali ma’ dan il-qafas legali. Madankollu, wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan id-digriet-liġi, il-lista tal-pajjiżi ta’ oriġini sigur issa tinsab f’att leġiżlattiv, jiġifieri fl-Artikolu 2a(1) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 25/2008, kif emendat bid-Digriet-Liġi Nru 158/2024. Il-leġiżlatur Taljan huwa għalhekk awtorizzat, minn issa’ l quddiem, kemm li jistabbilixxi l-qafas legali ġenerali li jirregola l-modalitajiet u l-kriterji ta’ deżinjazzjoni ta’ pajjiż terz bħala pajjiż ta’ oriġini sigur kif ukoll li jipproċedi huwa stess għal din id-deżinjazzjoni. Il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk tali deżinjazzjoni minn att leġiżlattiv hijiex konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2013/32. |
|
26 |
Fit-tieni lok, il-qorti tar-rinviju tenfasizza li, wara l-emenda tal-Artikolu 2a tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 25/2008 permezz tad-Digriet-Liġi Nru 158/2024, il-leġiżlazzjoni Taljana ma tinkludix iktar riferiment għall-iskedi ta’ informazzjoni dwar il-pajjiżi terzi inkwistjoni bl-għan tal-inklużjoni tagħhom fil-lista tal-pajjiżi ta’ oriġini sigur u lanqas ma ssemmi n-neċessità li jiġu ċċitati s-sorsi li minnhom tirriżulta din l-informazzjoni. B’mod partikolari, il-paragrafi 2 sa 4 tal-Artikolu 2a tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 25/2008, kif emendat bid-Digriet Liġi Nru 158/2024, bl-ebda mod ma jissemmew fil-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu, kif emendat. Dan jistabbilixxi l-lista tal-pajjiżi ta’ oriġini sigur billi jirreferi, b’mod ġenerali, għad-“data meħuda mis-sorsi ta’ informazzjoni pprovduta mill-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti”, mingħajr ma jidentifika din id-data jew dawn is-sorsi. Barra minn hekk, il-paragrafu 4a l-ġdid tal-imsemmi artikolu sempliċement jipprevedi li, għall-finijiet tal-aġġornament perijodiku ta’ din il-lista, il-gvern għandu jadotta rapport li jesponi s-sitwazzjoni tal-pajjiżi terzi inkwistjoni. Konsegwentement, l-applikanti għal protezzjoni internazzjonali, minn naħa, u l-qrati aditi b’rikorsi ppreżentati minn dawn tal-aħħar, min-naħa l-oħra, huma preklużi, rispettivament, milli jikkontestaw u jistħarrġu l-oriġini, l-awtorità, l-affidabbiltà, ir-rilevanza, l-attwalità, in-natura kompleta u l-kontenut tal-informazzjoni li wasslet għad-deżinjazzjoni ta’ pajjiż terz bħala pajjiż ta’ oriġini sigur, bi ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva stabbilit fl-Artikolu 47 tal-Karta. |
|
27 |
Fit-tielet lok, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-Istati Membri għandhomx jippermettu lill-qrati nazzjonali jużaw l-informazzjoni rilevanti kollha għad-dispożizzjoni tagħhom sabiex jivverifikaw il-fondatezza tad-deżinjazzjoni ta’ pajjiż terz bħala pajjiż ta’ oriġini sigur, indipendentement mill-kwistjoni dwar jekk l-awtorità nazzjonali li tkun pproċediet għal din id-deżinjazzjoni żvelatx, jew le, l-informazzjoni li fuqha hija bbażat ruħha. Dik il-qorti tqis li għandha tingħata risposta fl-affermattiv għal din id-domanda, u dan sabiex tiġi żgurata protezzjoni ġudizzjarja effettiva lill-applikanti għal protezzjoni internazzjonali li l-applikazzjonijiet tagħhom ġew miċħuda matul proċedura mħaffa minħabba li joriġinaw minn tali pajjiż ta’ oriġini sigur. |
|
28 |
Fir-raba’ lok, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, dwar il-konsegwenzi li għandhom jinsiltu mis-sentenza tal‑4 ta’ Ottubru 2024, Ministerstvo vnitra České republiky, Odbor azylové a migrační politiky (C‑406/22, EU:C:2024:841). Hija tesponi f’dan ir-rigward li mill-preambolu tad-Digriet-Liġi Nru 158/2024 jirriżulta li, bl-adozzjoni tiegħu, il-Gvern Taljan ried jikkonforma ruħu ma’ din is-sentenza, billi jneħħi, fit-tieni sentenza tal-Artikolu 2a(2) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 25/2008, il-possibbiltà li pajjiż terz li ma jissodisfax, għal ċerti partijiet tat-territorju tiegħu, il-kundizzjonijiet għal tali deżinjazzjoni, jiġi deżinjat bħala pajjiż ta’ oriġini sigur. Madankollu, dan il-gvern żamm, f’din id-dispożizzjoni, il-possibbiltà li pajjiż terz jiġi deżinjat bħala pajjiż ta’ oriġini sigur bl-eċċezzjoni ta’ ċerti kategoriji ta’ persuni. Issa, dik il-qorti tqis li din l-aħħar possibbiltà għandha tiġi miċħuda abbażi ta’ raġunament analogu għal dak adottat mill-Qorti tal-Ġustizzja fl-imsemmija sentenza. Peress li esklużjoni ta’ kategoriji ta’ persuni tikkonċerna, ħafna drabi, it-territorju kollu ta’ pajjiż terz, din tkun saħansitra iktar gravi mill-esklużjoni territorjali eżaminata fl-istess sentenza. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-imsemmija qorti tqis neċessarju li tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja f’dan ir-rigward, qabel ma tislet, jekk ikun il-każ, il-konsegwenzi tal-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni. |
|
29 |
Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Tribunale ordinario di Roma (il-Qorti Distrettwali ta’ Ruma) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin, ifformulati b’mod identiku fiż-żewġ kawżi:
|
Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja
|
30 |
Il-qorti tar-rinviju talbet li l-kawżi jiġu suġġetti għall-proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari prevista fl-Artikolu 23a tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 107 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja. |
|
31 |
Fid‑19 ta’ Novembru 2024, it-Tieni Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fuq proposta tal-Imħallef Relatur, wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li ma tilqax din it-talba. |
|
32 |
Permezz ta’ deċiżjoni tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal‑21 ta’ Novembru 2024, il-kawżi preżenti ġew magħquda għall-finijiet tal-proċeduri bil-miktub u orali kif ukoll tas-sentenza. |
|
33 |
Permezz ta’ digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad‑29 ta’ Novembru 2024, dawn il-kawżi ġew suġġetti għall-proċedura mħaffa prevista fl-Artikolu 105(1) tar-Regoli tal-Proċedura. |
|
34 |
Skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 16 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ir-Repubblika Taljana talbet li dawn il-kawżi jiġu deċiżi fl-Awla Manja, fatt li ġie aċċettat mill-Qorti tal-Ġustizzja fil‑11 ta’ Frar 2025. |
Fuq id-domandi preliminari
Fuq l-ammissibbiltà
|
35 |
Il-Gvern Taljan u dak Slovakk jikkontestaw l-ammissibbiltà tal-ewwel, tat-tieni u tar-raba’ domanda. |
|
36 |
Fir-rigward tal-ewwel u tat-tieni domanda, il-Gvern Taljan jallega li l-qorti tar-rinviju naqset milli tindika r-raġunijiet li għalihom id-Digriet-Liġi Nru 158/2024 huwa inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni u dawk li għalihom dawn id-domandi huma rilevanti għas-soluzzjoni tal-kawżi prinċipali. Dan il-gvern iżid li, f’dan il-każ, il-modalitajiet ta’ deżinjazzjoni tal-pajjiżi ta’ oriġini sigur huma irrilevanti peress li r-Repubblika Popolari tal-Bangladexx kienet diġà ġiet deżinjata bħala pajjiż ta’ oriġini sigur saħansitra qabel l-adozzjoni ta’ dan id-digriet-liġi. |
|
37 |
Fir-rigward tal-erba’ domandi, il-Gvern Taljan u dak Slovakk isostnu li dawn huma astratti u ipotetiċi. Fil-fatt, il-qorti tar-rinviju naqset milli tivverifika jekk ir-Repubblika Popolari tal-Bangladexx hijiex pajjiż ta’ oriġini sigur għal ċerti kategoriji ta’ persuni u jekk LC u CP jaqgħux taħt dawn il-kategoriji. |
|
38 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, id-domandi dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni magħmula mill-qorti nazzjonali fil-kuntest leġiżlattiv u fattwali li hija għandha r-responsabbiltà tiddefinixxi, u li ma huwiex il-kompitu tal-Qorti tal-Ġustizzja li tivverifika l-eżattezza tiegħu, jibbenefikaw minn preżunzjoni ta’ rilevanza. Il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tirrifjuta li tiddeċiedi fuq talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn qorti nazzjonali biss jekk ikun jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni mitluba tad-dritt tal-Unjoni ma jkollha ebda rabta mar-realtà jew mas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew inkella meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex għad-dispożizzjoni tagħha l-punti ta’ fatt u ta’ liġi neċessarji sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi li jsirulha (sentenza tad‑19 ta’ Diċembru 2024, Tudmur,C‑185/24 u C‑189/24, EU:C:2024:1036, punt 26 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
|
39 |
F’dan il-każ, mit-talbiet għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li l-qorti tar-rinviju hija adita b’rikorsi ppreżentati minn żewġ ċittadini tar-Repubblika Popolari tal-Bangladexx kontra deċiżjonijiet li jiċħdu l-applikazzjonijiet tagħhom għal protezzjoni internazzjonali bħala manifestament infondati minħabba li joriġinaw minn pajjiż ta’ oriġini sigur. Dik il-qorti tispjega, f’dawn it-talbiet, li hija għandha dubji dwar il-kompatibbiltà, mad-dritt tal-Unjoni, tad-deżinjazzjoni ta’ dan il-pajjiż terz bħala pajjiż ta’ oriġini sigur, essenzjalment, minħabba li din id-deżinjazzjoni tirriżulta minn att leġiżlattiv, li l-leġiżlatur Taljan ma żvelax is-sorsi ta’ informazzjoni tiegħu u li dan il-leġiżlatur żamm il-possibbiltà li jwettaq l-imsemmija deżinjazzjoni, minkejja li dan il-pajjiż terz jista’ ma jkunx “sigur” għal ċerti kategoriji tal-popolazzjoni tiegħu. F’dan ir-rigward, l-imsemmija qorti tirreferi għall-iskeda ta’ informazzjoni tat‑3 ta’ Mejju 2024 stabbilita mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Taljan u dwar ir-Repubblika Popolari tal-Bangladexx, li fuqha kienet ibbażata d-deżinjazzjoni ta’ din tal-aħħar bħala pajjiż ta’ oriġini sigur qabel l-adozzjoni tad-Digriet-Liġi Nru 158/2024, u li kienet ikkonkludiet li dan il-pajjiż terz seta’ jitqies bħala pajjiż ta’ oriġini sigur biss bl-eċċezzjoni ta’ ċerti kategoriji ta’ persuni. |
|
40 |
Huwa f’dan il-kuntest li, permezz tal-ewwel, tat-tieni u tar-raba’ domanda tagħha, l-istess qorti tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja, essenzjalment, dwar l-interpretazzjoni ta’ diversi dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2013/32, li jirregolaw il-kunċett ta’ pajjiż ta’ oriġini sigur u d-deżinjazzjoni ta’ tali pajjiżi mill-Istati Membri, kif ukoll dwar il-modalitajiet tal-istħarriġ ġudizzjarju ta’ tali deżinjazzjoni. |
|
41 |
Dawn id-domandi għalhekk effettivament jirrigwardaw l-interpretazzjoni ta’ regoli tad-dritt tal-Unjoni rilevanti għas-soluzzjoni tal-kawżi prinċipali. Peress li l-qorti tar-rinviju hija responsabbli sabiex tistabbilixxi l-kuntest ġuridiku nazzjonali u fattwali tat-tilwimiet fil-kawżi prinċipali, ma hijiex il-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tivverifika l-premessi li fuqhom it-talbiet għal deċiżjoni preliminari huma bbażati. |
|
42 |
Barra minn hekk, mit-talbiet għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li, permezz tad-domandi tagħha, il-qorti tar-rinviju tfittex, b’mod definittiv, li tiddetermina jekk id-deżinjazzjoni, bħala tali, tar-Repubblika Popolari tal-Bangladexx bħala pajjiż ta’ oriġini sigur hijiex kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, sabiex, jekk ikun il-każ, tiġi eskluża l-preżunzjoni ta’ sigurtà li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-kunċett ta’ pajjiż ta’ oriġini sigur fil-kawżi prinċipali. Għaldaqstant, il-fatt li ma huwiex stabbilit li LC u CP jaqgħu taħt waħda mill-kategoriji ta’ persuni li għalihom, fil-fehma ta’ dik il-qorti, dan il-pajjiż ma jikkostitwixxix pajjiż ta’ oriġini sigur, ma għandux effett fuq l-ammissibbiltà ta’ dawn id-domandi. |
|
43 |
Minn dan isegwi li l-ewwel, it-tieni u r-raba’ domanda huma ammissibbli. |
Fuq il-mertu
Osservazzjonijiet preliminari
|
44 |
Preliminarjament, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kooperazzjoni bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja stabbilita fl-Artikolu 267 TFUE, huwa l-kompitu ta’ din tal-aħħar li tagħti lill-qorti nazzjonali risposta utli li tgħinha tiddeċiedi t-tilwima li titressaq quddiemha. F’dan il-kuntest, hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tifformula mill-ġdid, jekk ikun meħtieġ, id-domandi li jkunu ġew sottomessi lilha. Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tieħu inkunsiderazzjoni regoli tad-dritt tal-Unjoni li l-qorti nazzjonali ma tkunx għamlet riferiment għalihom fid-domanda tagħha (ara sentenzi tal‑20 ta’ Marzu 1986, Tissier,35/85, EU:C:1986:143, punt 9, kif ukoll, tad‑19 ta’ Diċembru 2024, Khan Yunis u Baabda, C‑123/23 u C‑202/23, EU:C:2024:1042, punt 63). |
|
45 |
Fil-fatt, il-fatt li, fuq livell formali, il-qorti tar-rinviju indikat, fid-domandi tagħha, ċerti dispożizzjonijiet partikolari tad-dritt tal-Unjoni ma jipprekludix lill-Qorti tal-Ġustizzja milli tipprovdilha l-elementi kollha ta’ interpretazzjoni li jistgħu jkunu utli għad-deċiżjoni tal-kawża prinċipali, billi tislet mill-elementi kollha pprovduti minn dik il-qorti, u b’mod partikolari mill-motivazzjoni tad-deċiżjoni tar-rinviju, il-punti tad-dritt tal-Unjoni li jeħtieġu interpretazzjoni fid-dawl tas-suġġett tat-tilwima (ara sentenzi tad‑29 ta’ Novembru 1978, Redmond,83/78, EU:C:1978:214, punt 26, kif ukoll, tad‑19 ta’ Diċembru 2024, Khan Yunis u Baabda, C‑123/23 u C‑202/23, EU:C:2024:1042, punt 64). |
|
46 |
Permezz tad-domandi tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja, b’mod partikolari, dwar l-interpretazzjoni tal-Artikoli 36 sa 38 tad-Direttiva 2013/32, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta. |
|
47 |
Fl-ewwel lok, għandu jitfakkar li l-Artikoli 36 u 37 tad-Direttiva 2013/32 jikkonċernaw rispettivament il-kunċett ta’ pajjiż ta’ oriġini sigur u d-deżinjazzjoni, mill-Istati Membri, ta’ pajjiżi terzi bħala pajjiżi ta’ oriġini sigur. |
|
48 |
Dawn l-artikoli jistabbilixxu sistema partikolari ta’ eżami li għaliha l-Istati Membri jistgħu jissottomettu l-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali. Din is-sistema hija bbażata fuq forma ta’ preżunzjoni konfutabbli ta’ protezzjoni suffiċjenti fil-pajjiż ta’ oriġini, li tista’ tiġi kkonfutata mill-applikant jekk huwa jsemmi raġunijiet serji marbuta mas-sitwazzjoni personali tiegħu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑25 ta’ Lulju 2018, A,C‑404/17, EU:C:2018:588, punt 25, u tal‑4 ta’ Ottubru 2024, Ministerstvo vnitra České republiky, Odbor azylové a migrační politiky, C‑406/22, EU:C:2024:841, punt 47 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
|
49 |
Skont il-karatteristiċi speċifiċi tal-imsemmija sistema, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, skont l-Artikolu 31(8)(b) ta’ din id-direttiva, minn naħa, li jħaffu l-proċedura ta’ eżami u, min-naħa l-oħra, li jwettquha fil-fruntiera jew fiż-żoni ta’ tranżitu, konformement mal-Artikolu 43 tal-imsemmija direttiva (sentenza tal‑4 ta’ Ottubru 2024, Ministerstvo vnitra České republiky, Odbor azylové a migrační politiky, C‑406/22, EU:C:2024:841, punt 48). |
|
50 |
Barra minn hekk, meta applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, ippreżentata minn applikant li joriġina minn pajjiż ta’ oriġini sigur, tkun tqieset bħala infondata, sa fejn, konformement mal-Artikolu 32(1) tad-Direttiva 2013/32, l-awtorità determinanti tkun stabbilixxiet li l-applikant ma jissodisfax il-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex jitlob protezzjoni internazzjonali skont id-Direttiva 2011/95, l-Istati Membri jistgħu wkoll jikkunsidraw, skont dan l-Artikolu 32(2) tad-Direttiva 2013/32, tali applikazzjoni bħala manifestament infondata, jekk din tkun iddefinita bħala tali fil-leġiżlazzjoni nazzjonali (sentenza tal‑4 ta’ Ottubru 2024, Ministerstvo vnitra České republiky, Odbor azylové a migrační politiky, C‑406/22, EU:C:2024:841, punt 49). |
|
51 |
Barra minn hekk, waħda mill-konsegwenzi għall-persuna kkonċernata li l-applikazzjoni tagħha tiġi miċħuda abbażi tal-applikazzjoni tal-kunċett ta’ pajjiż ta’ oriġini sigur hija li, kuntrarjament għal dak li huwa previst fil-każ ta’ ċaħda sempliċi, hija tista’ ma tkunx awtorizzata tibqa’ fit-territorju tal-Istat Membru li fih tkun ġiet ippreżentata din l-applikazzjoni sakemm jintlaħaq l-eżitu tal-azzjoni tagħha kontra d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-imsemmija applikazzjoni, kif jirriżulta mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 46(5) u (6) tad-Direttiva 2013/32 (sentenzi tal‑25 ta’ Lulju 2018, A,C‑404/17, EU:C:2018:588, punt 27, u tal‑4 ta’ Ottubru 2024, Ministerstvo vnitra České republiky, Odbor azylové a migrační politiky, C‑406/22, EU:C:2024:841, punt 50). |
|
52 |
Fit-tieni lok, għandu jiġi nnotat li, b’differenza mill-Artikoli 36 u 37 tad-Direttiva 2013/32, l-Artikolu 38 tagħha ma jirrigwardax il-kunċett ta’ “pajjiż ta’ oriġini sigur”, iżda dak ta’ “pajjiż terz sigur”. Issa, it-tilwimiet fil-kawżi prinċipali jikkonċernaw biss l-applikazzjoni tal-kunċett ta’ “pajjiż ta’ oriġini sigur”. Għaldaqstant, ma huwiex neċessarju li tingħata deċiżjoni dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 38 ta’ din id-direttiva f’dawn il-kawżi. |
|
53 |
Fit-tielet lok, għandu jiġi kkonstatat li, mad-dritt għal rimedju effettiv, iggarantit mill-Artikolu 47 tal-Karta, jikkorrispondi l-obbligu impost fuq l-Istati Membri mill-Artikolu 46(1) tad-Direttiva 2013/32 li jipprevedi favur l-applikanti għal protezzjoni internazzjonali tali dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv, li l-Artikolu 46(3) ta’ din id-direttiva jiddefinixxi l-portata tiegħu (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad‑19 ta’ Marzu 2020, Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal (Tompa), C‑564/18, EU:C:2020:218, punt 60, u tal‑4 ta’ Ottubru 2024, Ministerstvo vnitra České republiky, Odbor azylové a migrační politiky, C‑406/22, EU:C:2024:841, punt 85 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). Għaldaqstant, hemm lok li tittieħed inkunsiderazzjoni wkoll din l-aħħar dispożizzjoni, anki jekk il-qorti tar-rinviju ma għamlitx riferiment għaliha fid-domandi tagħha. |
Fuq l-ewwel domandi
|
54 |
Permezz tal-ewwel domandi tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikoli 36 u 37 kif ukoll l-Artikolu 46(3) tad-Direttiva 2013/32, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta, għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li Stat Membru jipproċedi bid-deżinjazzjoni ta’ pajjiżi terzi bħala pajjiżi ta’ oriġini sigur permezz ta’ att leġiżlattiv. |
|
55 |
Kif tfakkar fil-punt 48 ta’ din is-sentenza, l-Artikoli 36 u 37 tad-Direttiva 2013/32 jistabbilixxu sistema partikolari ta’ eżami li għaliha l-Istati Membri jistgħu jissottomettu l-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali minn ċittadini ta’ pajjiżi deżinjati bħala pajjiżi ta’ oriġini sigur. |
|
56 |
F’dan ir-rigward, l-Artikolu 37(1) ta’ din id-direttiva jippreċiża li “[l]-Istati Membri jistgħu jżommu fis-seħħ jew jintroduċu leġislazzjoni li tippermetti, konformement mal-Anness I [tal-imsemmija direttiva], l-indikazzjoni nazzjonali ta’ pajjiżi ta’ oriġini bla periklu għall-finijiet tal-eżami ta’ applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali”. Kif irrileva l-Avukat Ġenerali, essenzjalment, fil-punt 36 tal-konklużjonijiet tiegħu, minn paragun tad-diversi verżjonijiet lingwistiċi ta’ din id-dispożizzjoni jirriżulta li l-kunċett ta’ “dispożizzjonijiet leġiżlattivi” għandu jinftiehem f’sens wiesa’ bħala li jista’ jinkludi atti ta’ natura leġiżlattiva, regolamentari jew amministrattivi. |
|
57 |
F’dan is-sens, il-Qorti tal-Ġustizzja barra minn hekk iddeċidiet li, sabiex ikunu jistgħu jirrikorru għas-sistema partikolari ta’ eżami u għall-preżunzjoni konfutabbli stabbilita mir-regoli tad-Direttiva 2013/32 dwar il-proċeduri bbażati fuq il-kunċett ta’ pajjiż ta’ oriġini sigur, l-Istati Membri għandhom ikunu implimentaw b’mod komplet l-imsemmija regoli fir-rigward tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari jew amministrattivi li huma għandhom jadottaw (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑25 ta’ Lulju 2018, A, C‑404/17, EU:C:2018:588, punt 31). |
|
58 |
Skont ġurisprudenza stabbilita, id-dispożizzjonijiet ta’ direttiva għandhom jiġu implimentati b’mod li jkollhom saħħa vinkolanti inkontestabbli, bl-ispeċifiċità, bil-preċiżjoni u biċ-ċarezza meħtieġa, sabiex jiġi ssodisfatt ir-rekwiżit taċ-ċertezza legali (sentenza tat‑3 ta’ Settembru 2020, Subdelegación del Gobierno en Barcelona (Residenti għal perijodu twil), C‑503/19 u C‑592/19, EU:C:2020:629, punt 35 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
59 |
F’dan il-kuntest, kull Stat Membru għandu jideżinja pajjiżi ta’ oriġini sigur skont il-modalitajiet previsti fl-Artikoli 36 u 37 kif ukoll fl-Anness I tad-Direttiva 2013/32, jiġifieri, b’mod partikolari, l-adozzjoni ta’ lista ta’ pajjiżi terzi skont il-kriterji stabbiliti f’dan l-Anness I, l-istabbiliment ta’ regoli u ta’ modalitajiet supplimentari ta’ implimentazzjoni, in-notifika lill-Kummissjoni tal-lista ta’ pajjiżi ta’ oriġini sigur jew r-reviżjoni perjodika tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑25 ta’ Lulju 2018, A, C‑404/17, EU:C:2018:588, punt 28). |
|
60 |
Madankollu, la dawn id-dispożizzjonijiet, u lanqas ebda dispożizzjoni oħra tad-Direttiva 2013/32 ma jiddeterminaw l-awtorità jew l-awtoritajiet tal-Istati Membri li għandhom ikunu inkarigati jideżinjaw il-pajjiżi ta’ oriġini sigur fil-livell nazzjonali u lanqas l-istrument legali rilevanti għal dan l-għan. |
|
61 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li mit-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE jirriżulta li l-Istati Membri, waqt it-traspożizzjoni ta’ direttiva, għandhom marġni ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-għażla tal-metodi u tal-mezzi intiżi sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni tagħha. Għalhekk, fir-rigward tal-għażla tal-awtoritajiet kompetenti u tal-istrumenti legali rilevanti għall-finijiet tad-deżinjazzjoni, fil-livell nazzjonali, tal-pajjiżi terzi bħala pajjiżi ta’ oriġini sigur, xejn ma jipprekludi li jiġi deċiż, fi ħdan Stat Membru, li l-leġiżlatur nazzjonali jingħata r-responsabbiltà li jideżinja l-pajjiżi ta’ oriġini sigur permezz ta’ att leġiżlattiv. |
|
62 |
Madankollu, dan il-marġni ta’ evalwazzjoni tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 36 u 37 tad-Direttiva 2013/32 ma jaffetwax l-obbligu, għal kull wieħed minn dawn l-Istati, li jadottaw il-miżuri kollha neċessarji sabiex jiżguraw l-effett sħiħ ta’ din id-direttiva, konformement mal-għan imfittex minnha (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑10 ta’ April 1984, von Colson u Kamann, 14/83, EU:C:1984:153, punt 15, kif ukoll tal‑31 ta’ Marzu 2022, Lombard Lízing,C‑472/20, EU:C:2022:242, punt 35). |
|
63 |
B’mod partikolari, l-imsemmi marġni ta’ evalwazzjoni ma jaffetwax l-obbligu ta’ kull qorti nazzjonali li tiżgura l-effett sħiħ tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2013/32, billi, jekk ikun hemm bżonn tħalli mhux applikata, ex officio, kwalunkwe dispożizzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, anki jekk sussegwenti, li tmur kontra dispożizzjonijiet ta’ dan id-direttiva li għandhom effett dirett, mingħajr ma titlob jew tistenna t-tħassir minn qabel tad-dispożizzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni b’mezzi leġiżlattivi jew bi kwalunkwe proċess kostituzzjonali ieħor (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad‑9 ta’ Marzu 1978, Simmenthal, 106/77, EU:C:1978:49, punti 21 u 24, kif ukoll tat‑28 ta’ Jannar 2025, ASG 2, C‑253/23, EU:C:2025:40, punt 90 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
64 |
Għalkemm, fl-assenza ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni f’dan il-qasam, huwa l-ordinament ġuridiku intern li, skont il-prinċipju ta’ awtonomija proċedurali tal-Istati Membri u bla ħsara għall-osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, għandu jirregola l-modalitajiet proċedurali tar-rimedji intiżi sabiex jiżguraw is-salvagwardja tad-drittijiet individwali dderivati mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom madankollu r-responsabbiltà li jiżguraw, f’kull każ, ir-rispett tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tal-imsemmija drittijiet kif iggarantit fl-Artikolu 47 tal-Karta, liema portata ta’ dan id-dritt huwa ppreċiżat, f’dan il-każ, mill-Artikolu 46 tad-Direttiva 2013/32 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑3 ta’ Lulju 2025,Al Nasiria, C‑610/23, EU:C:2025:514, punt 51 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
65 |
Minn dan isegwi li l-għażla, minn Stat Membru, tal-awtorità kompetenti u tal-istrument legali li permezz tagħhom d-deżinjazzjoni, fuq livell nazzjonali, ta’ pajjiżi ta’ oriġini sigur tista’ titwettaq, konformement mal-Artikoli 36 u 37 tad-Direttiva 2013/32, ma jistax ikollha effett fuq l-obbligi imposti fuq l-imsemmi Stat Membru skont din id-direttiva. Għalhekk, b’mod partikolari, huwa kull Stat Membru li għandu jiżgura r-rispett tad-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv li l-Artikolu 46(1) tal-imsemmija direttiva jirrikonoxxi lill-applikanti għal protezzjoni internazzjonali kontra d-deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-applikazzjonijiet tagħhom u li tagħhom l-Artikolu 46(3) tal-istess direttiva jiddefinixxi l-portata. |
|
66 |
F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li, skont l-Artikolu 46(3) tad-Direttiva 2013/32, moqri fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta, meta qorti nazzjonali tiġi adita b’azzjoni kontra deċiżjoni li tikkonċerna applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali eżaminata fil-kuntest tas-sistema partikolari applikabbli għall-applikazzjonijiet ippreżentati mill-applikanti li joriġinaw minn pajjiżi terzi deżinjati, konformement mal-Artikolu 37 ta’ din id-direttiva, bħala pajjiżi ta’ oriġini sigur, dik il-qorti għandha, abbażi tal-eżami sħiħ u ex nunc impost minn dan l-Artikolu 46(3), tqajjem, abbażi tal-elementi tal-proċess kif ukoll ta’ dawk miġjuba għall-għarfien tagħha matul il-proċedura quddiemha, ksur tal-kundizzjonijiet materjali ta’ tali deżinjazzjoni, ipprovduti fl-Anness I tal-imsemmija direttiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑4 ta’ Ottubru 2024, Ministerstvo vnitra České republiky, Odbor azylové a migrační politiky, C‑406/22, EU:C:2024:841, punt 98). |
|
67 |
Għaldaqstant, u fid-dawl tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 62 u 63 ta’ din is-sentenza, il-fatt li Stat Membru għażel li jipproċedi bid-deżinjazzjoni tal-pajjiżi ta’ oriġini sigur permezz ta’ att leġiżlattiv ma jistax ikun ta’ natura li jipprekludi lill-qorti nazzjonali adita fil-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt preċedenti ta’ din is-sentenza milli tistħarreġ, anki jekk b’mod inċidentali, jekk id-deżinjazzjoni tal-pajjiż terz inkwistjoni bħala pajjiż ta’ oriġini sigur tosservax il-kundizzjonijiet materjali ta’ tali deżinjazzjoni, stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 2013/32. |
|
68 |
Fid-dawl tal-motivi preċedenti, ir-risposta għall-ewwel domandi għandha tkun li l-Artikoli 36 u 37 kif ukoll l-Artikolu 46(3) tad-Direttiva 2013/32, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li Stat Membru jideżinja pajjiżi terzi bħala pajjiżi ta’ oriġini sigur permezz ta’ att leġiżlattiv, bil-kundizzjoni li din id-deżinjazzjoni tkun tista’ tkun is-suġġett ta’ stħarriġ ġudizzjarju dwar l-osservanza tal-kundizzjonijiet materjali ta’ tali deżinjazzjoni, stabbiliti fl-Anness I ta’ din id-direttiva, minn kull qorti nazzjonali adita b’rikors kontra deċiżjoni dwar applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali eżaminata fil-kuntest tas-sistema partikolari applikabbli għall-applikazzjonijiet ippreżentati mill-applikanti li ġejjin minn pajjiżi terzi deżinjati bħala pajjiżi ta’ oriġini sigur. |
Fuq it-tieni u t-tielet domanda
|
69 |
Permezz tat-tieni u tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikoli 36 u 37 kif ukoll l-Artikolu 46(3) tad-Direttiva 2013/32, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta, għandhomx jiġu interpretati fis-sens li, minn naħa, l-Istat Membru li jideżinja pajjiż terz bħala pajjiż ta’ oriġini sigur għandu jirrendi aċċessibbli s-sorsi ta’ informazzjoni, fis-sens tal-Artikolu 37(3) ta’ din id-direttiva, li fuqhom hija bbażata din d-deżinjazzjoni u, min-naħa l-oħra, il-qorti nazzjonali adita b’rikors kontra deċiżjoni dwar applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali eżaminata fil-kuntest tas-sistema partikolari ta’ eżami applikabbli għall-applikazzjonijiet ippreżentati mill-applikanti li ġejjin minn pajjiżi terzi deżinjati bħala pajjiżi ta’ oriġini sigur tista’, meta tivverifika jekk din id-deżinjazzjoni tosservax il-kundizzjonijiet materjali ta’ tali deżinjazzjoni stabbiliti fl-Anness I tal-imsemmija direttiva, tieħu inkunsiderazzjoni l-informazzjoni li hija stess ġabret. |
|
70 |
L-Artikolu 37(3) tad-Direttiva 2013/32 jipprevedi li, meta Stati Membri jiddeterminaw jekk pajjiż terz huwiex pajjiż ta’ oriġini sigur, huma jibbażaw ruħhom fuq firxa ta’ sorsi ta’ informazzjoni, inkluż b’mod partikolari informazzjoni mill-Istati Membri l-oħra, mill-EUAA, li ssostitwixxiet lill-EASO, mill-UNHCR, mill-Kunsill tal-Ewropa u minn organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti oħra. |
|
71 |
Huwa minnu li la din id-dispożizzjoni u lanqas ebda dispożizzjoni oħra tad-Direttiva 2013/32 ma jippreċiżaw espressament li l-awtorità nazzjonali li tideżinja fuq livell nazzjonali, pajjiżi ta’ oriġini sigur għandha tagħmel aċċessibbli s-sorsi ta’ informazzjoni li abbażi tagħhom hija għamlet tali deżinjazzjoni. |
|
72 |
Xorta jibqa’ l-fatt, fl-ewwel lok, li d-deżinjazzjoni, minn Stat Membru, ta’ pajjiż terz bħala pajjiż ta’ oriġini sigur tirrendi applikabbli għall-applikanti li joriġinaw minn dan il-pajjiż is-sistema partikolari ta’ eżami tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali. B’mod partikolari, din is-sistema, esposta fil-punti 48 sa 51 ta’ din is-sentenza, tippermetti lill-Istati Membri jħaffu l-proċedura ta’ eżami ta’ dawn l-applikazzjonijiet u hija bbażata fuq forma ta’ preżunzjoni konfutabbli ta’ protezzjoni suffiċjenti fil-pajjiż ta’ oriġini, li tista’, konformement mal-Artikolu 36(1) tad-Direttiva 2013/32, tiġi kkonfutata mill-applikant jekk isemmi raġunijiet serji marbuta mas-sitwazzjoni personali tiegħu. |
|
73 |
Issa, kif enfasizza l-Avukat Ġenerali fil-punt 55 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-possibbiltà għall-applikant li jikkonfuta din il-preżunzjoni teħtieġ, sabiex tkun effettiva, li l-applikant jitqiegħed f’pożizzjoni li jkun jaf ir-raġunijiet li għalihom il-pajjiż ta’ oriġini tiegħu huwa preżunt sigur. Għaldaqstant, l-imsemmi applikant għandu, f’dan ir-rigward, ikollu aċċess għas-sorsi ta’ informazzjoni li abbażi tagħhom il-pajjiż ta’ oriġini tiegħu jkun ġie deżinjat bħala pajjiż ta’ oriġini sigur. |
|
74 |
Fit-tieni lok, għandu jiġi rrilevat li, skont l-Artikolu 12(1)(d) tad-Direttiva 2013/32, moqri flimkien mal-Artikolu 10(3)(b) tagħha, l-applikanti għal protezzjoni internazzjonali għandhom, matul il-proċedura ta’ eżami, aċċess għall-informazzjoni preċiża u aġġornata miġbura, mill-Istati Membri, minn sorsi differenti, bħall-EUAA u l-UNHCR kif ukoll l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, dwar is-sitwazzjoni ġenerali eżistenti fil-pajjiżi ta’ oriġini tagħhom. Bl-istess mod, mill-Artikolu 10(4) tal-imsemmija direttiva jirriżulta li l-qrati nazzjonali għandhom ukoll aċċess għall-informazzjoni ġenerali neċessarja għat-twettiq tal-missjoni tagħhom. |
|
75 |
Issa, dawn huma sorsi ta’ informazzjoni analogi għal dawk li fuqhom l-Istati Membri jistgħu jibbażaw ruħhom, skont l-Artikolu 37(3) tad-Direttiva 2013/32, sabiex jideżinjaw pajjiż terz bħala pajjiż ta’ oriġini sigur. |
|
76 |
Fit-tielet lok, għandu jitfakkar li l-Artikolu 46(1) tad-Direttiva 2013/32 jirrikonoxxi lill-applikanti għal protezzjoni internazzjonali dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti kontra d-deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-applikazzjoni tagħhom. L-Artikolu 46(3) ta’ din id-direttiva jiddefinixxi l-portata tad-dritt għal rimedju effettiv, billi jippreċiża li l-Istati Membri marbuta b’dan l-artikolu għandhom jiżguraw li l-qorti li quddiemha tiġi kkontestata d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali tagħmel “eżami sħiħ u ex nunc ta’ kemm il-fatti kif ukoll il-punti tal-liġi, inkluż fejn applikabbli eżami tal-ħtiġijiet ta’ protezzjoni internazzjonali taħt id-Direttiva [2011/95]” (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑4 ta’ Ottubru 2024, Ministerstvo vnitra České republiky, Odbor azylové a migrační politiky, C‑406/22, EU:C:2024:841, punt 85 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
77 |
Barra minn hekk, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-karatteristiċi tar-rimedju previst fl-Artikolu 46 tad-Direttiva 2013/32 għandhom jiġu ddeterminati b’mod konformi mal-Artikolu 47 tal-Karta, li jikkostitwixxi affermazzjoni mill-ġdid tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva. Issa, l-Artikolu 47 tal-Karta huwa suffiċjenti fih innifsu u ma għandux jiġi ppreċiżat minn dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni jew tad-dritt nazzjonali sabiex jagħti lill-individwi dritt invokabbli bħala tali. Għaldaqstant, il-pożizzjoni ma tistax tkun differenti fir-rigward tal-Artikolu 46(3) ta’ din id-direttiva, moqri fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta (sentenza tal‑4 ta’ Ottubru 2024, Ministerstvo vnitra České republiky, Odbor azylové a migrační politiky, C‑406/22, EU:C:2024:841, punt 86 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
78 |
Minn din il-perspettiva, l-ewwel nett, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, l-effettività tal-istħarriġ ġudizzjarju ggarantit mill-Artikolu 47 tal-Karta, li fid-dawl tiegħu għandu jiġi interpretat l-Artikolu 46 tad-Direttiva 2013/32, teżiġi, minn naħa, li l-persuna kkonċernata tkun tista’ ssir taf ir-raġunijiet li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni meħuda fil-konfront tagħha, jew permezz tal-qari tad-deċiżjoni stess, jew permezz ta’ komunikazzjoni ta’ dawn il-motivi magħmula fuq talba tagħha, sabiex tkun tista’ tiddefendi d-drittijiet tagħha fl-aħjar kundizzjonijiet possibbli u tiddeċiedi b’għarfien sħiħ tal-fatti jekk huwiex utli li tadixxi lill-qorti kompetenti. Min-naħa l-oħra, din tal-aħħar għandu jkollu s-setgħa li teżiġi li l-awtorità inkwistjoni tikkomunika dawn il-motivi, sabiex tkun tista’ teżerċita b’mod sħiħ l-istħarriġ tal-legalità tad-deċiżjoni nazzjonali inkwistjoni (sentenzi tal‑4 ta’ Ġunju 2013, ZZ, C‑300/11, EU:C:2013:363, punt 53, u tad‑29 ta’ Lulju 2024, protectus, C‑185/23, EU:C:2024:657, punt 79 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
|
79 |
Issa, meta, bħal fil-kawżi prinċipali, applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali tiġi miċħuda bħala manifestament infondata minħabba li l-applikant ikun ġej minn pajjiż ta’ oriġini sigur, fis-sens tal-Artikoli 36 u 37 tad-Direttiva 2013/32, moqrija flimkien mal-Anness I tagħha, din ir-raġuni ta’ ċaħda tingħaqad, essenzjalment, mar-raġunijiet li fuqhom hija bbażata l-preżunzjoni ta’ protezzjoni suffiċjenti li twassal għad-deżinjazzjoni tal-pajjiż ikkonċernat bħala pajjiż ta’ oriġini sigur. |
|
80 |
Fid-dawl tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 78 ta’ din is-sentenza, hemm lok għalhekk li jitqies li l-effettività tal-protezzjoni ġudizzjarja teħtieġ li kemm l-applikant ikkonċernat kif ukoll il-qorti adita jkunu jistgħu mhux biss ikollhom għarfien tal-motivi ta’ tali ċaħda, iżda wkoll aċċess għas-sorsi ta’ informazzjoni li abbażi tagħhom il-pajjiż terz inkwistjoni jkun ġie deżinjat bħala pajjiż ta’ oriġini sigur. |
|
81 |
Fit-tieni lok, fir-rigward tal-portata tad-dritt għal rimedju effettiv, kif iddefinita f’dan l-Artikolu 46(3) tad-Direttiva 2013/32, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-kliem “għandhom jiżguraw li rimedju effettiv jipprovdi għal eżami sħiħ u ex nunc ta’ kemm il-fatti kif ukoll il-punti tal-liġi” għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-Istati Membri huma obbligati, skont din id-dispożizzjoni, jadattaw id-dritt nazzjonali tagħhom b’mod li t-trattament tar-rimedji previsti jinkludi eżami, mill-qorti, tal-punti ta’ fatt u ta’ liġi kollha li jippermettulha twettaq evalwazzjoni aġġornata tal-każ inkwistjoni (sentenzi tal‑25 ta’ Lulju 2018, Alheto, C‑585/16, EU:C:2018:584, punt 110 u tal‑4 ta’ Ottubru 2024, Ministerstvo vnitra České republiky, Odbor azylové a migrační politiky, C‑406/22, EU:C:2024:841, punt 87). |
|
82 |
F’dan ir-rigward, qabel kollox, l-espressjoni “ex nunc” tenfasizza l-obbligu tal-qorti li twettaq evalwazzjoni li tieħu inkunsiderazzjoni, jekk ikun il-każ, elementi ġodda li jirriżultaw wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni li hija s-suġġett tar-rikors (sentenzi tal‑25 ta’ Lulju 2018, Alheto, C‑585/16, EU:C:2018:584, punt 111; tad‑29 ta’ Lulju 2019, Torubarov, C‑556/17, EU:C:2019:626, punt 52, u tal‑4 ta’ Ottubru 2024, Ministerstvo vnitra České republiky, Odbor azylové a migrační politiky, C‑406/22, EU:C:2024:841, punt 88). |
|
83 |
Sussegwentement, l-aġġettiv “sħiħ” li jinsab fl-Artikolu 46(3) tad-Direttiva 2013/32 jikkonferma li l-qorti hija obbligata teżamina kemm il-punti li l-awtorità determinanti tkun ħadet jew kellha tieħu inkunsiderazzjoni, kif ukoll dawk li jkunu seħħew wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni minn din l-awtorità (sentenzi tal‑25 ta’ Lulju 2018, Alheto, C‑585/16, EU:C:2018:584, punt 113; tad‑29 ta’ Lulju 2019, Torubarov, C‑556/17, EU:C:2019:626, punt 52, u tal‑4 ta’ Ottubru 2024, Ministerstvo vnitra České republiky, Odbor azylové a migrační politiky, C‑406/22, EU:C:2024:841, punt 89). |
|
84 |
Fl-aħħar nett, il-kliem “fejn applikabbli”, li jinsab fil-parti mis-sentenza “inkluż fejn applikabbli eżami tal-ħtiġijiet ta’ protezzjoni internazzjonali taħt id-Direttiva [2011/95]”, jenfasizza l-fatt li l-eżami sħiħ u ex nunc li għandha twettaq il-qorti ma għandux neċessarjament jirrigwarda l-eżami fil-mertu tal-ħtiġijiet ta’ protezzjoni internazzjonali u li għaldaqstant dan jista’ jirrigwarda l-aspetti proċedurali ta’ applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, li magħhom hija inkluża d-deżinjazzjoni ta’ pajjiż terz bħala pajjiż ta’ oriġini sigur (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑4 ta’ Ottubru 2024, Ministerstvo vnitra České republiky, Odbor azylové a migrační politiky, C‑406/22, EU:C:2024:841, punti 90 u 91 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
|
85 |
Kif jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ċċitata fil-punt 66 ta’ din is-sentenza, skont l-Artikolu 46(3) tad-Direttiva 2013/32, moqri fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta, meta qorti nazzjonali tiġi adita b’azzjoni kontra deċiżjoni li tirrigwarda applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali eżaminata fil-kuntest tas-sistema partikolari ta’ eżami msemmija fil-punt 48 ta’ din is-sentenza, dik il-qorti għandha, abbażi tal-eżami sħiħ u ex nunc impost minn dan l-Artikolu 46(3) tqajjem, abbażi tal-elementi tal-proċess kif ukoll ta’ dawk miġjuba għall-għarfien tagħha matul il-proċedura quddiemha, ksur possibbli tal-kundizzjonijiet materjali ta’ tali deżinjazzjoni, ipprovduti fl-Anness I tal-imsemmija direttiva. |
|
86 |
Issa, l-effettività tal-istħarriġ ġudizzjarju tal-osservanza tal-kundizzjonijiet materjali stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 2013/32 tippreżupponi li l-qorti adita jista’ jkollha aċċess għas-sorsi ta’ informazzjoni li abbażi tagħhom l-awtorità nazzjonali kompetenti tkun ideżinjat il-pajjiż terz inkwistjoni bħala pajjiż ta’ oriġini sigur. Dan ir-rekwiżit ta’ effettività jimplika wkoll li dik il-qorti tkun tista’ tivverifika jekk din id-deżinjazzjoni tosservax il-kundizzjonijiet materjali stabbiliti fl-Anness I tal-imsemmija direttiva, billi tieħu inkunsiderazzjoni informazzjoni oħra li hija tkun, jekk ikun il-każ, ġabret hija stess, li toriġina minn sorsi pubbliċi jew minn sorsi li hija talbet il-produzzjoni tagħhom lil waħda mill-partijiet fil-kawża quddiemha, bil-kundizzjoni li, minn naħa, hija tkun żgurat ruħha mill-affidabbiltà ta’ din l-informazzjoni u li, min-naħa l-oħra, konformement mal-prinċipju ta’ kontradittorju, dawn il-partijiet ikollhom l-opportunità jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar din l-informazzjoni. |
|
87 |
Minn dan isegwi li l-Istati Membri huma obbligati, skont l-Artikolu 46(3) tad-Direttiva 2013/32, li jorganizzaw id-dritt nazzjonali tagħhom b’mod li jiġi ggarantit aċċess suffiċjenti u adegwat għas-sorsi ta’ informazzjoni li fuqhom huma bbażaw ruħhom sabiex jideżinjaw pajjiżi ta’ oriġini sigur. Dan l-aċċess għandu jippermetti lil applikant għal protezzjoni internazzjonali li joriġina minn tali pajjiż u lill-qorti nazzjonali adita b’rikors kontra deċiżjoni li tikkonċerna l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, li jsiru jafu b’mod utli b’dawn is-sorsi ta’ informazzjoni konformement mal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 78 ta’ din is-sentenza. |
|
88 |
Fid-dawl tar-raġunijiet preċedenti, ir-risposta għat-tieni u għat-tielet domanda għandha tkun li l-Artikoli 36 u 37 kif ukoll l-Artikolu 46(3) tad-Direttiva 2013/32, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta, għandhom jiġu interpretati fis-sens li:
|
Fuq ir-raba’ domanda
|
89 |
Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li r-raba’ domanda ma tikkonċernax l-istħarriġ li l-qorti tar-rinviju għandha twettaq fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 36(1) tad-Direttiva 2013/32, li jipprevedi l-konfutazzjoni tal-preżunzjoni ta’ protezzjoni suffiċjenti fil-pajjiż ta’ oriġini meta l-applikant isemmi raġunijiet serji marbuta mas-sitwazzjoni personali tiegħu. L-imsemmija domanda tirrigwarda biss l-istħarriġ li dik il-qorti għandha twettaq fir-rigward tad-deżinjazzjoni, bħala tali, tal-pajjiż terz ta’ oriġini tal-applikant bħala pajjiż ta’ oriġini sigur, konformement mal-Artikolu 37 ta’ din id-direttiva. |
|
90 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jitqies li, permezz tar-raba’ domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 37 tad-Direttiva 2013/32, moqri flimkien mal-Anness I ta’ din id-direttiva, għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li Stat Membru jideżinja bħala pajjiż ta’ oriġini sigur pajjiż terz li ma jissodisfax, għal ċerti kategoriji ta’ persuni, il-kundizzjonijiet materjali għal tali deżinjazzjoni, stabbiliti fl-Anness I tal-imsemmija direttiva. |
|
91 |
Skont ġurisprudenza stabbilita, għall-finijiet tal-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kliem tagħha, il-kuntest tagħha u l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li tagħmel parti minnha (sentenzi tas‑17 ta’ Novembru 1983, Merck,292/82, EU:C:1983:335, punt 12, u tas‑6 ta’ Lulju 2023, Commissaire général aux réfugiés et aux apatrides (Refuġjat li wettaq delitt serju), C‑8/22, EU:C:2023:542, punt 29). |
|
92 |
Fir-rigward, fl-ewwel lok, tal-formulazzjoni tal-Artikolu 37 tad-Direttiva 2013/32, li, konformement mat-titolu tiegħu, jirrigwarda d-deżinjazzjoni, minn Stat Membru, ta’ pajjiżi terzi bħala pajjiżi ta’ oriġini sigur, hemm riferiment, diversi drabi, għall-kliem “pajjiżi” u “pajjiżi terz”. Ma hemm xejn fil-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni li jindika li, għall-finijiet ta’ tali deżinjazzjoni, dan il-kliem jista’ jinftiehem bħala li jkopri biss parti, jekk ikun il-każ b’maġġoranza, tal-popolazzjoni tal-pajjiż terz ikkonċernat, bl-esklużjoni ta’ parti oħra minn din il-popolazzjoni jew ta’ ċerti kategoriji ta’ persuni. |
|
93 |
Fir-rigward, fit-tieni lok, tal-kuntest tal-Artikolu 37 tad-Direttiva 2013/32, jirriżulta minn dan l-artikolu, l-ewwel nett, li l-Istati Membri jistgħu jideżinjaw pajjiżi ta’ oriġini sigur, konformement mal-Anness I ta’ din id-direttiva. Issa, bħall-formulazzjoni tal-imsemmi artikolu, il-kriterji stabbiliti f’dan l-anness ma jipprovdu ebda indikazzjoni li l-Istati Membri jistgħu jideżinjaw pajjiż terz bħala pajjiż ta’ oriġini sigur filwaqt li, għal ċerti kategoriji ta’ persuni fi ħdan il-popolazzjoni ta’ dan il-pajjiż, il-kriterji materjali previsti f’dan l-Anness I ma humiex issodisfatti. |
|
94 |
Għall-kuntrarju, skont l-imsemmi anness, id-deżinjazzjoni ta’ pajjiż terz bħala pajjiż ta’ oriġini sigur tiddependi mill-possibbiltà li jintwera li, “ġeneralment” u “konsistentement”, ma jsir qatt użu mill-persekuzzjoni, u lanqas mit-tortura, minn pieni jew trattamenti inumani jew degradanti u li ma jkunx hemm theddid minħabba vjolenza indiskriminata f’sitwazzjonijiet ta’ kunflitt armat internazzjonali jew intern. |
|
95 |
F’dan ir-rigward, huwa minnu li l-verżjonijiet lingwistiċi tal-Anness I tad-Direttiva 2013/32 ivarjaw. B’hekk, hija biss il-verżjoni Franċiża ta’ dan l-anness li tevoka l-avverbju “konsistentement”. Il-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra tal-imsemmi anness, bħalma huma l-verżjonijiet bil-lingwa Bulgara (“за всеки отделен случай”), Spanjola (“sistemática”), Ċeka (“soustavně”), Daniża (“til stadighed”), Ġermaniża (“durchgängig”), Estonjana (“järjekindlat”), Griega (“μόνιμα”), Ingliża (“consistently”), Kroata (“trajno”), Taljana (“costantemente”), Latvjana (“konsekventi”), Litwanjana (“sistemingai”), Ungeriża (“következetesen”), Maltija (“konsistentement”), Olandiża (“duurzame”), Pollakka (“konsekwentnie”), Portugiża (“sistemático”), Rumena (“consecvent”), Slovakka (“sústavne”), Slovena (“redno”), Finlandiża (“jatkuvasti”) u Svediża (“genomgående”), jikkorrispondu għal espressjonijiet bħal “b’mod kostanti”, “sistematiku”, “sostenibbli”, “kontinwu” jew “koerenti”. |
|
96 |
Madankollu, lil hinn minn dawn id-diverġenzi semantiċi, dawn il-kliem kollha jirreferu għal kunċett ta’ “invarjabbiltà”. Konsegwentement u fl-assenza ta’ kull riferiment għal parti mill-popolazzjoni tal-pajjiż terz ikkonċernat fl-Artikolu 37 jew fl-Anness I tad-Direttiva 2013/32, huma jindikaw li l-kundizzjonijiet imsemmija f’dan l-anness għandhom jiġu osservati fir-rigward tal-popolazzjoni kollha tal-pajjiż terz ikkonċernat, sabiex dan il-pajjiż ikun jista’ jiġi ideżinjat bħala pajjiż ta’ oriġini sigur. Huma jesprimu għalhekk l-għażla tal-leġiżlatur tal-Unjoni li jissuġġetta d-deżinjazzjoni ta’ pajjiż ta’ oriġini sigur għall-kundizzjoni li l-pajjiż terz ikun, ġeneralment, sigur għall-popolazzjoni kollha tiegħu u mhux għal parti biss minnha. |
|
97 |
Barra minn hekk, anki f’pajjiż ġeneralment sigur għall-popolazzjoni kollha tiegħu, ma teżisti ebda garanzija assoluta ta’ sigurtà għal kull individwu. Huwa għal din ir-raġuni li l-leġiżlatur tal-Unjoni ppreveda, fl-Artikolu 36(1) tad-Direttiva 2013/32, moqri fid-dawl tal-premessi 40 u 42 ta’ din id-direttiva, il-possibbiltà għal kull applikant għal protezzjoni internazzjonali li joriġina minn pajjiż ddeżinjat bħala pajjiż ta’ oriġini sigur li jikkonfuta l-preżunzjoni konfutabbli ta’ protezzjoni suffiċjenti billi jsemmi raġunijiet serji marbuta mas-sitwazzjoni personali tiegħu. |
|
98 |
It-tieni nett, fir-rigward tal-argument ibbażat fuq l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2013/32, għandu jiġi rrilevat li dan l-artikolu li, konformement mat-titolu tiegħu, jikkonċerna lill-“[a]pplikanti li jkunu jeħtieġu garanziji proċedurali speċjali” ma għandux rabta mad-deżinjazzjoni ta’ pajjiż terz bħala “pajjiż ta’ oriġini sigur”, fis-sens tal-Artikolu 37 u tal-Anness I ta’ din id-direttiva. |
|
99 |
It-tieni nett, kif ġie espost fil-punti 48 sa 51 ta’ din is-sentenza, id-deżinjazzjoni, minn Stat Membru, ta’ pajjiżi terzi bħala pajjiżi ta’ oriġini sigur tippermetti li l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali ta’ applikanti li ġejjin minn dawn il-pajjiżi terzi jiġu suġġetti għal sistema partikolari ta’ eżami li hija ta’ natura derogatorja. |
|
100 |
F’dan ir-rigward, jekk l-Artikolu 37 tad-Direttiva 2013/32 jiġi interpretat fis-sens li jippermetti li pajjiżi terzi jiġu deżinjati bħala pajjiżi ta’ oriġini sigur, anki jekk, għal ċerti kategoriji ta’ persuni, dan il-pajjiż ma jissodisfax il-kundizzjonijiet materjali previsti fl-Anness 1 ta’ din id-direttiva, dan ikollu l-effett li jestendi l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din is-sistema partikolari ta’ eżami. Peress li tali interpretazzjoni ma ssib ebda sostenn fil-formulazzjoni ta’ dan l-Artikolu 37 lanqas, b’mod iktar wiesa’, fl-imsemmija direttiva, ir-rikonoxximent ta’ tali possibbiltà tikser l-interpretazzjoni stretta li d-dispożizzjonijiet ta’ natura derogatorja għandhom ikunu suġġetti għaliha (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑5 ta’ Marzu 2015, Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu, C‑502/13, EU:C:2015:143, punt 61, u tat‑8 ta’ Frar 2024, Bundesrepublik Deutschland (Ammissibbiltà ta’ applikazzjoni sussegwenti), C‑216/22, EU:C:2024:122, punt 35 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
|
101 |
Fit-tielet lok, fir-rigward tal-għanijiet tad-Direttiva 2013/32, għandu jitfakkar li, minbarra l-fatt li din id-direttiva tfittex l-għan ġenerali li tistabbilixxi standards ta’ proċeduri komuni, din id-direttiva hija intiża, b’mod partikolari, bħalma jirriżulta b’mod partikolari mill-premessa 18 tagħha, li l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali jsir “malajr kemm jista’ jkun […] mingħajr preġudizzju għat-twettiq ta’ eżami xieraq u komplut” (sentenzi tal‑25 ta’ Lulju 2018, Alheto, C‑585/16, EU:C:2018:584, punt 109, u tal‑4 ta’ Ottubru 2024, Ministerstvo vnitra České republiky, Odbor azylové a migrační politiky, C‑406/22, EU:C:2024:841, punt 78). |
|
102 |
Minn din il-perspettiva, il-premessa 20 tal-imsemmija direttiva tipprovdi li, f’ċirkustanzi ddefiniti b’mod ċar, fejn, fost oħrajn, applikazzjoni tista’ tkun infondata, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jgħaġġlu l-proċedura ta’ eżami, b’mod partikolari billi jiġu introdotti termini iqsar, iżda raġonevoli, għal ċerti passi proċedurali, mingħajr preġudizzju għat-twettiq ta’ eżami adegwat u eżawrjenti u għal aċċess effettiv tal-applikant għall-garanziji u għall-prinċipji fundamentali previsti mill-istess direttiva (sentenza tal‑4 ta’ Ottubru 2024, Ministerstvo vnitra České republiky, Odbor azylové a migrační politiky, C‑406/22, EU:C:2024:841, punt 79). |
|
103 |
Huwa għalhekk li, kif ġie espost fil-punti 48 sa 51 ta’ din is-sentenza, Stat Membru jista’ jissuġġetta l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali ppreżentati mill-applikanti li ġejjin minn pajjiż terz li dan l-Istat Membru deżinja bħala pajjiż ta’ oriġini sigur għal sistema partikolari ta’ eżami, li taħtha huwa possibbli, b’mod partikolari, li titħaffef il-proċedura ta’ eżami ta’ dawn l-applikazzjonijiet (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑4 ta’ Ottubru 2024, Ministerstvo vnitra České republiky, Odbor azylové a migrační politiky, C‑406/22, EU:C:2024:841, punt 80). |
|
104 |
Sa fejn, kif ġie rrilevat fil-punt 101 ta’ din is-sentenza, permezz tad-Direttiva 2013/32, il-leġiżlatur tal-Unjoni jfittex li jiggarantixxi eżami tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali li huwa kemm rapidu kif ukoll eżawrjenti, huwa għandu, fil-kuntest tal-eżerċizzju tas-setgħa ta’ evalwazzjoni li huwa għandu għall-finijiet tal-istabbiliment tal-proċeduri komuni għall-għoti u għall-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali, jibbilanċja dawn iż-żewġ għanijiet fid-determinazzjoni tal-kundizzjonijiet li fihom l-Istati Membri jistgħu jideżinjaw pajjiż terz bħala pajjiż ta’ oriġini sigur (sentenza tal‑4 ta’ Ottubru 2024, Ministerstvo vnitra České republiky, Odbor azylové a migrační politiky, C‑406/22, EU:C:2024:841, punt 81). |
|
105 |
Għalhekk, il-fatt li dan il-leġiżlatur ma pprevediex, fil-kuntest ta’ din id-direttiva, il-possibbiltà għall-Istati Membri li jeskludu kategoriji ta’ nies għall-finijiet ta’ tali deżinjazzjoni jirrifletti dan l-ibbilanċjar u l-għażla tiegħu li jipprivileġġa eżami eżawrjenti tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali li ġew ippreżentati minn applikanti li l-pajjiż ta’ oriġini tagħhom ma jissodisfax, għall-popolazzjoni kollha tiegħu, il-kundizzjonijiet materjali stabbiliti fl-Anness I tal-imsemmija direttiva. |
|
106 |
Għalkemm l-Artikolu 61(2) tar-Regolament 2024/1348, li l-Artikolu 78 tiegħu jħassar id-Direttiva 2013/32 b’effett mid-data tat‑12 ta’ Ġunju 2026, jintroduċi tali possibbiltà, billi jipprovdi li d-deżinjazzjoni ta’ pajjiż terz bħala pajjiż ta’ oriġini sigur, kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll fil-livell nazzjonali, tista’ tipprevedi eċċezzjonijiet għal kategoriji ta’ persuni identifikabli b’mod ċar, din hija l-prerogattiva tal-leġiżlatur tal-Unjoni li jirrivedi din l-għażla, billi jwettaq ibbilanċjar ġdid tal-interessi inkwistjoni. |
|
107 |
F’dan il-kuntest, għandu jiġi rrilevat ukoll li huwa dan il-leġiżlatur li għandu jagħżel id-data li minnha dispożizzjoni ġdida, bħall-Artikolu 61(2) tar-Regolament 2024/1348, issir applikabbli, għażla li huwa għamel fil-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 79 ta’ dan ir-regolament. Barra minn hekk, huwa jista’ jbiddel din l-għażla, billi jemenda din l-aħħar dispożizzjoni, li barra minn hekk ġiet proposta mill-Kummissjoni. Għalhekk, il-proposta ta’ din tal-aħħar, tas‑16 ta’ April 2025, għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament 2024/1348 (COM(2025) 186 final), tipprevedi fl-Artikolu 1(2) tagħha li temmenda l-Artikolu 79(2) u (3) tar-Regolament 2024/1348 sabiex tantiċipa l-applikazzjoni, b’mod partikolari tal-Artikolu 61(2) tiegħu. |
|
108 |
Għaldaqstant, fid-dawl tar-rekwiżiti mfakkra fil-punti 66 u 85 ta’ din is-sentenza u sa fejn huwa l-Artikolu 37 tad-Direttiva 2013/32 u mhux l-Artikolu 61(2) tar-Regolament 2024/1348 li japplika għall-kawżi prinċipali, hija l-qorti tar-rinviju, konformement mal-Artikolu 46(3) ta’ din id-direttiva, moqri fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta, li għandha tivverifika, abbażi tal-elementi tal-proċess kif ukoll ta’ dawk miġjuba għall-konjizzjoni tagħha matul il-proċedura quddiemha, jekk id-deżinjazzjoni tar-Repubblika Popolari tal-Bangladexx bħala pajjiż ta’ oriġini sigur, prevista fl-Artikolu 2a(1) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 25/2008 wara l-emenda tiegħu permezz tad-Digriet-Liġi Nru 158/2024, tissodisfax il-kundizzjonijiet materjali ta’ tali deżinjazzjoni, stabbiliti fl-Anness I tal-imsemmija direttiva, fid-dawl tal-popolazzjoni kollha ta’ dan il-pajjiż terz. |
|
109 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għar-raba’ domanda għandha tkun li l-Artikolu 37 tad-Direttiva 2013/32, moqri flimkien mal-Anness I ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li Stat Membru jideżinja bħala pajjiż ta’ oriġini sigur pajjiż terz li ma jissodisfax, għal ċerti kategoriji ta’ persuni, il-kundizzjonijiet materjali għal tali deżinjazzjoni, stabbiliti fl-Anness I tal-imsemmija direttiva. |
Fuq l-ispejjeż
|
110 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
|
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: it-Taljan.
( i ) L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.