SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Id‑Disa’ Awla)
30 ta’ April 2025 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 2011/83/UE – Kunċett ta’ ‘konsumatur’ – Il‑punt 1 tal-Artikolu 2 – Kunċett ta’ ‘kuntratt ta’ servizz’ – Il‑punt 6 tal-Artikolu 2 – Kuntratti ta’ tagħlim li jirrigwardaw l-edukazzjoni ta’ wlied li jkollhom età skolastika obbligatorja – Tagħlim privat – Artikolu 27 – Provvista mhux mitluba ta’ servizzi – Suġġetti obbligatorji konformement mar-regoli nazzjonali fil-qasam tal-edukazzjoni”
Fil-Kawża C‑429/24,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mis-Sofiyski rayonen sad (il-Qorti Distrettwali ta’ Sofija, il-Bulgarija), permezz ta’ deċiżjoni tat‑3 ta’ Ġunju 2024, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑18 ta’ Ġunju 2024, fil-proċedura
St. Kliment Ohridski Primary Private School EOOD
vs
QX,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Id‑Disa’ Awla),
komposta minn N. Jääskinen, President tal-Awla, M. Condinanzi u R. Frendo (Relatriċi), Imħallfin,
Avukat Ġenerali: A. Biondi,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li rat il-proċedura bil-miktub,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
|
– |
għal St. Kliment Ohridski Primary Private School EOOD, minn S.A. Logofetova, |
|
– |
għall-Gvern Ċek, minn S. Šindelková, M. Smolek u J. Vláčil, bħala aġenti, |
|
– |
għall-Gvern Ġermaniż, minn J. Möller u N. Scheffel, bħala aġenti, |
|
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn G. Koleva u I. Rubene, bħala aġenti, |
wara li rat id-deċiżjoni meħuda, wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li taqta’ l-kawża mingħajr konklużjonijiet,
tagħti l-preżenti
Sentenza
|
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpetazzjoni tal-punti 1 u 6 tal-Artikolu 2 u tal-Artikolu 27 tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2011, L 304, p. 64, rettifika fil-ĠU L, 2024/90093). |
|
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn St. Kliment Ohridski Primary Private School EOOD (iktar ’il quddiem “St. Kliment Ohridski”), stabbiliment tal-edukazzjoni privat, u QX, persuna fiżika, rigward il-ħlas minn din tal-aħħar ta’ penalità kuntrattwali li tirriżulta mix-xoljiment unilaterali tal-kuntratti ta’ tagħlim li hija kienet ikkonkludiet ma’ dan l-istabbiliment għall-edukazzjoni ta’ wliedha ta’ età skolastika obbligatorja. |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt tal-Unjoni
Id-Direttiva 93/13
|
3 |
L-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal‑5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288, rettifika fil-ĠU 2023, L 17, p. 100), jipprovdi: “Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva: […]
|
Id-Direttiva 2011/83
|
4 |
Il-premessa 60 tad-Direttiva 2011/83 tistabbilixxi: “Minħabba li l-bejgħ mhux mitlub, li jikkonsisti fi provvista lil konsumaturi ta’ oġġetti jew forniment ta’ servizzi mhux mitluba, huwa pprojbit bid-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern [u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE u d-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill] (‘Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali’) [(ĠU 2005, L 149, p. 22, rettifika fil-ĠU 2006, L 114, p. 86)] iżda m’hemm previst l-ebda rimedju kuntrattwali fiha, jeħtieġ li jiġi introdott f’din id-Direttiva r-rimedju kuntrattwali ta’ eżenzjoni tal-konsumatur mill-obbligu li jipprovdu kwalunkwe konsiderazzjoni għal provvista jew forniment mhux mitlub/a.” |
|
5 |
L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/83, intitolat “Definizzjonijiet”, jipprovdi: “Għall-għan ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
[…]
[…]” |
|
6 |
L-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva, intitolat “Kamp ta’ applikazzjoni” jipprevedi fil-paragrafi 1 u 5 tiegħu: “1. Din id-Direttiva għandha tapplika, skont il-kundizzjonijiet u sal-punt stipulati fid-dispożizzjonijiet tagħha, għal kwalunkwe kuntratt konkluż bejn kummerċjant u konsumatur. […] […] 5. Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-liġi kuntrattwali ġenerali nazzjonali, bħar-regoli dwar il-validità, il-formazzjoni jew l-effett ta’ kuntratt, sakemm l-aspetti relatati mal-liġi kuntrattwali ġenerali mhumiex regolati minn din id-Direttiva.” |
|
7 |
L-Artikolu 27 tal-imsemmija direttiva, intitolat “Bejgħ mhux mitlub”, huwa fformulat kif ġej: “Il-konsumatur għandu jkun eżentat mill-obbligu li jipprovdu kwalunkwe kunsiderazzjoni f’każijiet ta’ forniment mhux solleċitat ta’ oġġetti, ilma, gass, elettriku, tisħin distrettwali jew kontenut diġitali jew għoti mhux mitlub ta’ servizz kif ipprojbit mill-Artikolu 5(5) u l-punt 29 tal-Anness I tad-Direttiva 2005/29/KE. F’każijiet bħal dawn, in-nuqqas ta’ reazzjoni mill-konsumatur wara tali forniment jew provvista mhux mitlub/a ma għandux jikkostitwixxi kunsens.” |
Id-dritt Bulgaru
Il-Liġi dwar it-Tagħlim Preprimarju u Skolastiku
|
8 |
L-Artikolu 8 taż-Zakon za preduchilishtnonto i uchilishtnoto obrazovanie (il-Liġi dwar it-Tagħlim Preprimarju u Skolastiku) (DV Nru 79, tat-13 ta’ Ottubru 2015), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem iż-“ZPUO”), jipprevedi, fil-paragrafu 2 tiegħu: “L-iskola hija obbligatorja sal-età ta’ 16-il sena u tibda mis-sena skolastika li tibda s-sena li matulha l-wild jilħaq l-età ta’ 7 snin.” |
|
9 |
L-Artikolu 29(3) taż-ZPUO jipprovdi: “Il-kindergartens privati u l-iskejjel privati jiksbu l-kwalità ta’ persuna ġuridika fil-kundizzjonijiet u skont il-modalitajiet previsti fit-Targovski zakon (il-Liġi dwar il-Kummerċ) [(DV Nru 48, tat‑18 ta’ Ġunju 1991)], iż-Zakon za yuridicheskite litsa s nestopanska tsel (il-Liġi dwar il-Persuni Ġuridiċi Mingħajr Skop ta’ Lukru) [(DV Nru 81, tas-6 ta’ Ottubru 2000)] iż-Zakon za kooperatsiite (il-Liġi dwar il-kooperattivi) [(DV Nru 113, tat-28 ta’ Diċembru 1991)] jew il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor.” |
|
10 |
Skont l-Artikolu 301(1) u (2) taż-ZPUO: “(1) L-attivitajiet li ma humiex dawk iffinanzjati mill-Istat imsemmija fl-Artikolu 10(3), eżerċitati, inkambju għal ħlas, minn kindergartens privati u minn skejjel privati, huma ddefiniti fir-regoli interni tal-kindergartens jew tal-iskola privata kkonċernati. (2) Il-kundizzjonijiet u l-modalitajiet ta’ ħlas tal-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 u l-ammont tal-ħlas huma ddefiniti f’kuntratt konkluż bejn il-kindergarten privata jew l-iskola privata u l-ġenitur tal-wild jew tal-istudent.” |
Il-Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Konsumaturi
|
11 |
Il-paragrafu 13 tad-dispożizzjonijiet komplementari taż-Zakon za zashtita na potrebitelite (il-Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Konsumaturi) (DV Nru 99, tad‑9 ta’ Diċembru 2005), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali, jittrasponi fid-dritt Bulgaru, f’termini kważi identiċi, l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/83. |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
|
12 |
QX ikkonkludiet ma’ St. Kliment Ohridski żewġ kuntratti ta’ tagħlim full-time għall-edukazzjoni ta’ wliedha matul is-sena skolastika 2022/2023, permezz tal-ħlas tal-ispejjeż skolastiċi annwali. |
|
13 |
Dawn l-ulied kellhom età skolastika obbligatorja, skont il-leġiżlazzjoni Bulgara. |
|
14 |
Iż-żewġ kuntratti kienu jinkludu klawżola li kienet tistipula li QX setgħet ixxolji unilateralment, bla ħsara għal komunikazzjoni bil-miktub minn qabel f’terminu ta’ xahar u għall-ħlas ta’ penalità kuntrattwali. Din il-klawżola kienet tippreċiża li, jekk QX ma kinitx ħallset l-aħħar skadenza tal-kuntratt ikkonċernat fil-mument tal-komunikazzjoni tax-xoljiment tiegħu, il-penalità kuntrattwali dovuta għandha tikkorrispondi għall-ammont ta’ din l-aħħar skadenza mhux imħallsa fid-data tal-kommunikazzjoni ta’ dan ix-xoljiment. |
|
15 |
Fl‑4 ta’ April 2023, dawn iż-żewġ kuntratti ġew xolti u l-ulied ta’ QX ingħaqdu ma’ stabbiliment tal-edukazzjoni ġdid. |
|
16 |
St. Kliment Ohridski adixxiet lis-Sofiyski rayonen sad (il-Qorti Distrettwali ta’ Sofija, il-Bulgarija), li hija l-qorti tar-rinviju, b’rikors kontra QX, intiż sabiex din tal-aħħar tiġi kkundannata għall-ħlas tal-penalità kuntrattwali stipulata, minħabba li hija kienet xoljiet unilateralment l-imsemmija kuntratti billi neħħiet lil uliedha minn dan l-istabbiliment. |
|
17 |
Il-qorti tar-rinviju tindika li huwa paċifiku bejn il-partijiet fil-kawża prinċipali li l-aħħar skadenza tal-kuntratti inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tħallsitx. L-ammont ta’ din l-aħħar skadenza u dak ta’ din il-penalità kuntrattwali huma wkoll punti li jaqblu bejniethom. |
|
18 |
Madankollu, QX tikkontesta l-validità tal-imsemmija penalità kuntrattwali, billi ssostni li din tal-aħħar tmur kontra l-moralità, sa fejn twassal għal arrikkiment indebitu. Hija ssostni li l-istess penalità kuntrattwali teċċedi l-iskop preventiv, kumpensatorju u punittiv tagħha. |
|
19 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, fl-ewwel lok, jekk QX tistax jiġi kklassifikata bħala konsumatur, sa fejn hija marbuta bil-liġi li teduka lil uliedha fi skola sabiex hemmhekk isegwu tagħlim. |
|
20 |
F’dan ir-rigward, din il-qorti tosserva li, fil-Bulgarija, l-edukazzjoni hija obbligatorja għall-istudenti sal-età ta’ 16-il sena. Skont il-metodu ta’ finanzjament tagħhom, l-istabbilimenti tal-edukazzjoni Bulgari jistgħu jkunu pubbliċi jew privati. Filwaqt li l-istabbilimenti tal-edukazzjoni pubbliċi joffru tagħlim mingħajr ħlas, l-istabbilimenti tal-edukazzjoni privati jeżiġu l-ħlas ta’ spejjeż skolastiċi, li jitħallsu mill-ġenituri tal-istudenti. Barra minn hekk, fl-istabbilimenti tal-edukazzjoni privati, it-tagħlim jingħata abbażi ta’ kuntratt ta’ tagħlim konkluż bejn l-istabbiliment ikkonċernat u l-ġenituri tal-istudent li jattendi l-iskola. |
|
21 |
L-imsemmija qorti tippreċiża li ma teżisti ebda differenza bejn l-istabbilimenti tal-edukazzjoni pubbliċi u l-istabbilimenti tal-edukazzjoni privati f’dak li jirrigwarda s-suġġetti li t-tagħlim tagħhom huwa obbligatorju, il-volum ta’ ħin tat-tagħlim ta’ dawn is-suġġetti u l-kontenut ta’ dan it-tagħlim. Fiż-żewġ każijiet, it-tagħlim jingħata konformement mar-regoli ta’ tagħlim nazzjonali ddefiniti mir-regolamenti maħruġa mill-Ministru għall-Edukazzjoni u għax-Xjenzi. |
|
22 |
F’dan il-kuntest, l-istess qorti tirrileva li St. Kliment Ohridski huwa stabbiliment tal-edukazzjoni privat li huwa rreġistrat bħala kumpannija kummerċjali. Dan l-istabbiliment ma jibbenefika minn ebda finanzjament mill-Istat jew mill-komun ikkonċernat u jiffinanzja l-funzjonament tiegħu biss permezz tal-ispejjeż skolastiċi, tad-donazzjonijiet u ta’ sorsi oħra ta’ dħul. Barra minn hekk, l-imsemmi stabbiliment ma jwettaqx attività mingħajr skop ta’ lukru u lanqas ma jaġixxi bħala kooperattiva, iżda jeżerċita attività kummerċjali. |
|
23 |
Għalhekk, skont il-qorti tar-rinviju, minn naħa, il-kuntratti inkwistjoni fil-kawża prinċipali ġew konklużi fil-kuntest tal-attività kummerċjali ta’ St. Kliment Ohridski u, min-naħa l-oħra, QX aġixxiet għal finijiet li ma jaqgħux fil-kuntest tal-attività kummerċjali, industrijali, artiġjanali jew professjonali tagħha. |
|
24 |
Barra minn hekk, sa fejn huwa l-ġenitur ikkonċernat li kien ikkonkluda l-kuntratti ta’ tagħlim sabiex uliedu jibbenefikaw minn servizz ta’ tagħlim, din il-qorti tistaqsi jekk dawn tal-aħħar jistgħux jiġu kklassifikati bħala konsumaturi fil-kuntest ta’ dawn il-kuntratti. |
|
25 |
Fit-tieni lok, l-imsemmija qorti tistaqsi dwar jekk kuntratt li jirrigwarda l-provvista ta’ tagħlim minn stabbiliment privat, filwaqt li l-edukazzjoni hija obbligatorja, jikkostitwixxix “kuntratt ta’ servizz”, fis-sens tal-punt 6 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/83. |
|
26 |
F’dan ir-rigward, l-istess qorti tirrileva li l-fatt li dan is-servizz jista’ jiġi żgurat kemm minn stabbilimenti tal-edukazzjoni pubbliċi kif ukoll minn stabbilimenti tal-edukazzjoni privati jqajjem inċertezzi fir-rigward ta’ din il-klassifikazzjoni. F’dawn iċ-ċirkustanzi, hija għandha dubji dwar il-kwistjoni jekk il-kuntratt inkwistjoni kollu għandux jiġi kklassifikat bħala “kuntratt ta’ servizz”, peress li l-edukazzjoni hija obbligatorja u t-tagħlim jingħata skont ir-regoli nazzjonali fil-qasam tal-edukazzjoni, jew jekk l-imsemmija klassifikazzjoni għandhiex tapplika biss għas-servizzi stipulati f’dan il-kuntratt, iżda li ma jaqgħux taħt il-qasam tal-edukazzjoni obbligatorja, bħall-provvista ta’ ikliet, it-trasport jew l-attivitajiet ekstrakurrikulari. |
|
27 |
Fit-tielet lok, fl-ipoteżi fejn kuntratt ta’ tagħlim konkluż ma’ stabbiliment privat kellu jitqies bħala kuntratt konkluż ma’ konsumatur, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk hemmx lok li jiġi applikat l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2011/83, li jipprevedi l-eżenzjoni mill-obbligu ta’ ħlas ta’ provvista ta’ servizzi mhux mitluba. |
|
28 |
Fil-fatt, din il-qorti tistaqsi dwar il-possibbiltà għall-ġenituri jew għall-istudenti li jsostnu li huma ma talbux it-tagħlim ta’ ċerti suġġetti fil-volum ta’ ħin tat-tagħlim previst għas-suġġetti obbligatorji jew fakultattivi. B’mod iktar preċiż, hija tistaqsi jekk huwiex possibbli li tiġi limitata r-responsabbiltà ta’ konsumatur fir-rigward tal-ħlas tal-ispejjeż skolastiċi, minħabba li l-wild ikkonċernat ma talabx it-tagħlim ta’ suġġett partikolari fil-volum ta’ ħin tat-tagħlim impost. |
|
29 |
B’mod definittiv, il-qorti tar-rinviju tenfasizza l-importanza li jiġu ċċarati l-punti mqajma minn dawn it-tliet mistoqsijiet, peress li, fit-tilwimiet li jaqgħu taħt id-dritt tal-konsumatur, il-qorti nazzjonali tista’ tapplika ex officio dispożizzjoni legali imperattiva intiża li tipproteġi lill-konsumatur ikkonċernat. |
|
30 |
Huwa f’dawn il-kundizzjonijiet li s-Sofiyski rayonen sad (il-Qorti Distrettwali ta’ Sofija) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Fuq id-domandi preliminari
Fuq l-ewwel u t-tieni domanda
|
31 |
Permezz tal-ewwel u tat-tieni domanda tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-punt 1 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/83 għandux jiġi interpretat fis-sens li ġenitur li jkun ikkonkluda waħdu kuntratt ta’ tagħlim ma’ stabbiliment tal-edukazzjoni privat irreġistrat bħala kumpannija kummerċjali għall-edukazzjoni ta’ wliedu f’età skolastika obbligatorja, jew student, li jattendi l-iskola f’dan l-istabbiliment fil-kuntest ta’ tali kuntratt, jaqax taħt il-kunċett ta’ “konsumatur”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. |
|
32 |
L-ewwel nett, għandu jitfakkar li, konformement mal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2011/83, din tal-aħħar tapplika, skont il-kundizzjonijiet u sa fejn dawn huma previsti mid-dispożizzjonijiet tagħha, għal kull kuntratt konkluż bejn kummerċjant u konsumatur, bl-eċċezzjoni tal-kuntratti msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-artikolu. Peress li l-kuntratti ta’ tagħlim konklużi ma’ stabbilimenti tal-edukazzjoni privati ma humiex koperti minn dan il-paragrafu 3, għandu jitqies li dawn jaqgħu, minħabba l-għan tagħhom, taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2011/83. |
|
33 |
Skont il-punt 1 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/83, il-kunċett ta’ “konsumatur” huwa ddefinit bħala kwalunkwe persuna fiżika li, fil-kuntratti li jaqgħu taħt din id-direttiva, taġixxi għal finijiet li ma jaqgħux taħt il-qafas tal-attività kummerċjali, industrijali, artiġjanali jew professjonali tagħha. |
|
34 |
Sabiex tiġi żgurata l-osservanza tal-għanijiet imfittxija mil-leġiżlatur tal-Unjoni fil-qasam tal-kuntratti konklużi mill-konsumaturi, kif ukoll il-koerenza tad-dritt tal-Unjoni, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-kunċett ta’ “konsumatur” li jinsab f’regoli oħra ta’ dan id-dritt (sentenza tat‑8 ta’ Ġunju 2023, YYY. (Kunċett ta’ “konsumatur”), C‑570/21, EU:C:2023:456, punt 40 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
35 |
B’mod partikolari, sabiex jiġi interpretat il-punt 1 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/83, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni l-interpretazzjoni diġà pprovduta mill-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tal-kunċett ta’ “konsumatur” fil-kuntest tad-Direttiva 93/13. |
|
36 |
Fil-fatt, minbarra l-fatt li d-Direttiva 2011/83, li emendat id-Direttiva 93/13, fl-Artikolu 2 tagħha tiddefinixxi l-kunċett ta’ “konsumatur” b’mod kważi ekwivalenti għal dak tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 93/13, hija ssegwi l-istess għan bħal din tal-aħħar. Id-Direttiva 2011/83 tirrigwarda d-drittijiet tal-konsumaturi li jirrigwardaw kuntratti konklużi ma’ kummerċjanti u tfittex li tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi billi tiggarantixxi li jiġu informati kif ukoll is-sigurtà tagħhom fit-tranżazzjonijiet mal-kummerċjanti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑8 ta’ Ġunju 2023, YYY. (Kunċett ta’ “konsumatur”), C‑570/21, EU:C:2023:456, punt 42 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
37 |
Fil-kuntest tad-Direttiva 93/13, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-kwalità ta’ “konsumatur” tal-persuna kkonċernata għandha tiġi stabbilita fid-dawl ta’ kriterju funzjonali, li jikkonsisti li jiġi evalwat jekk ir-relazzjoni kuntrattwali kkonċernata tkunx tnisslet fil-kuntest ta’ attivitajiet li ma jkunux relatati mal-eżerċizzju ta’ professjoni. Minbarra dan, il-Qorti tal-Ġustizzja kellha wkoll l-okkażjoni tippreċiża li l-kunċett ta’ “konsumatur”, fis-sens tal-Artikolu 2(b) ta’ din id-direttiva, għandu natura oġġettiva u huwa indipendenti mill-għarfien konkret li l-persuna kkonċernata jista’ jkollha jew mill-informazzjoni li din il-persuna effettivament ikollha (sentenza tal‑24 ta’ Ottubru 2024, Zabitoń, C‑347/23, EU:C:2024:919, punt 25 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
38 |
Bħalma ddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tal-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 93/13, għandu jiġi kkunsidrat li din l-interpretazzjoni tapplika wkoll għad-Direttiva 2011/83. Fil-fatt, in-natura imperattiva tad-dispożizzjonijiet li jinsabu fid-Direttiva 2011/83 u r-rekwiżiti speċifiċi ta’ protezzjoni tal-konsumatur marbuta magħhom jeħtieġu li interpretazzjoni wiesgħa tal-kunċett ta’ “konsumatur”, fis-sens tal-punt 1 tal-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, tiġi privileġġata, sabiex jiġi żgurat l-effett utli tal-imsemmija direttiva (sentenza tal‑24 ta’ Ottubru 2024, Zabitoń, C‑347/23, EU:C:2024:919, punt 28 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
39 |
F’dan il-każ, mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta, fl-ewwel lok, li QX ikkonkludiet żewġ kuntratti ta’ tagħlim full-time ma’ St. Kliment Ohridski, għall-edukazzjoni ta’ wliedha matul is-sena skolastika 2022/2023, inkambju għall-ħlas tal-ispejjeż skolastiċi annwali. Minn dan jirriżulta wkoll li dan l-istabbiliment, iffinanzjat minn fondi privati, huwa rreġistrat bħala kumpannija kummerċjali. |
|
40 |
Għalhekk jidher li l-konklużjoni tal-kuntratti ta’ tagħlim inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma kinitx issegwi, għal QX, skop professjonali, iżda kienet intiża biss sabiex tiżgura l-edukazzjoni ta’ wliedha fi stabbiliment tal-edukazzjoni privat. |
|
41 |
Din l-evalwazzjoni ma tistax tiġi invalidata mill-fatt li dawn il-kuntratti kienu ġew konklużi għal perijodu li matulu l-edukazzjoni hija obbligatorja skont il-leġiżlazzjoni Bulgara. Fil-fatt, minn naħa, id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “konsumatur” li tinsab fil-punt 1 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/83, li, hekk kif tfakkar fil-punt 37 ta’ din is-sentenza, huwa kunċett oġġettiv, ma tinkludi ebda rekwiżit jew kundizzjoni dwar is-suġġett tal-kuntratt, sa fejn jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva. B’mod partikolari, ir-raġunijiet li wasslu lill-persuna kkonċernata sabiex tikkonkludi dan il-kuntratt, inkluż meta dawn jirriżultaw min-neċessità li jiġi ssodisfatt obbligu legali, huma irrilevanti sabiex jiġi ddeterminat jekk dik il-persuna taqax taħt il-kunċett ta’ konsumatur. Min-naħa l-oħra, in-natura obbligatorja tal-edukazzjoni bl-ebda mod ma timponi l-konklużjoni ta’ kuntratt ma’ stabbiliment tal-edukazzjoni privat. Fi kliem ieħor, minkejja li l-ġenitur ikkonċernat huwa obbligat jirreġistra l-wild tiegħu fi stabbiliment tal-edukazzjoni, huwa jżomm libertà sħiħa li jagħżel li jafda l-edukazzjoni ta’ dan il-wild lil stabbiliment pubbliku jew lil stabbiliment privat. |
|
42 |
Fit-tieni lok, skont l-indikazzjonijiet tal-qorti tar-rinviju, il-kuntratti inkwistjoni fil-kawża prinċipali kienu ġew konklużi bejn QX waħedha u l-imsemmi stabbiliment, b’mod li l-impenji kuntrattwali jorbtu lil QX, u mhux lill-ulied ta’ din tal-aħħar. Peress li dawn ma humiex partijiet f’dawn il-kuntratti, huma ma jistgħux jitqiesu bħala li aġixxew, fis-sens tal-punt 1 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/83 u għalhekk ma jaqgħux taħt il-kunċett ta’ “konsumatur”, konformement ma’ din id-dispożizzjoni. |
|
43 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għall-ewwel u għat-tieni domanda għandha tkun li l-punt 1 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/83 għandu jiġi interpretat fis-sens li:
|
Fuq it-tielet domanda
|
44 |
Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-punt 6 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/83 għandux jiġi interpretat fis-sens li kuntratt ta’ tagħlim li jirrigwarda l-edukazzjoni ta’ tfal f’età skolastika obbligatorja, konkluż bejn ġenitur u stabbiliment tal-edukazzjoni privat irreġistrat bħala kumpannija kummerċjali, inkambju għall-ħlas ta’ spejjeż skolastiċi minn dan il-ġenitur, jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “kuntratt ta’ servizz”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. |
|
45 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-kunċett ta’ “kuntratt ta’ servizz”, imsemmi fil-punt 6 tal-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, huwa ddefinit b’mod wiesa’ bħala li jikkorrispondi għal “kwalunkwe kuntratt li mhuwiex kuntratt ta’ bejgħ li abbażi tiegħu l-kummerċjant iforni jew jimpenja ruħu li jforni servizz lill-konsumatur u l-konsumatur iħallas jew jimpenja ruħu li jħallas il-prezz ta’ dan”. Mill-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni jirriżulta li dan il-kunċett għandu jinftiehem bħala li jinkludi l-kuntratti kollha li ma jaqgħux taħt il-kunċett ta’ “kuntratt ta’ bejgħ” (sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2023, BMW Bank et, C‑38/21, C‑47/21 u C‑232/21, EU:C:2023:1014, punt 154 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
|
46 |
Kuntratti ta’ tagħlim bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tagħhom stabbiliment tal-edukazzjoni privat jimpenja ruħu li jipprovdi servizzi ta’ tagħlim lill-ulied ta’ ġenitur, konformement mar-regoli nazzjonali fil-qasam tal-edukazzjoni, kif ukoll servizzi addizzjonali, inkambju għall-ħlas ta’ spejjeż skolastiċi annwali minn dan tal-aħħar, ma jirrigwardawx it-trasferiment tal-proprjetà ta’ oġġetti, fis-sens tal-punt 5 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/83. Konsegwentement, dawn il-kuntratti, bla ħsara għall-verifiki li hija l-qorti tar-rinviju li għandha twettaq, jaqgħu taħt il-kunċett ta’ “kuntratt ta’ servizz”, fis-sens tal-punt 6 tal-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva. |
|
47 |
Fid-dawl tal-motivi preċedenti, ir-risposta għat-tielet domanda għandha tkun li l-punt 6 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/83 għandu jiġi interpretat fis-sens li kuntratt ta’ tagħlim li jirrigwarda l-edukazzjoni ta’ wlied f’età skolastika obbligatorja, konkluż bejn ġenitur u stabbiliment tal-edukazzjoni privat irreġistrat bħala kumpannija kummerċjali, inkambju għall-ħlas ta’ spejjeż skolastiċi minn dan il-ġenitur jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “kuntratt ta’ servizz”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. |
Fuq ir-raba’ domanda
|
48 |
Permezz tar-raba’ domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2011/83 għandux jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ tagħlim konkluż bejn ġenitur u stabbiliment tal-edukazzjoni privat, dan il-ġenitur jista’ jiġi eżentat mill-obbligu li jħallas l-ispejjeż skolastiċi stipulati f’dan il-kuntratt minħabba li huwa stess jew il-wild tiegħu ma talbux li dan tal-aħħar isegwi tagħlim f’suġġett speċifiku, meta dan it-tagħlim ikun obbligatorju, konformement mar-regoli nazzjonali fil-qasam tal-edukazzjoni, jew li l-imsemmi ġenitur jew il-wild tiegħu ma jkunx issodisfatt mill-kwalità tas-servizzi ta’ tagħlim ipprovduti fil-kuntest tal-imsemmi kuntratt. |
|
49 |
Għandu jiġi rrilevat li, konformement mal-Artikolu 27 tad-Direttiva 2011/83, konsumatur huwa eżentat mill-obbligu li jħallas kull kunsiderazzjoni fil-każ ta’ provvista mhux mitluba ta’ oġġett, ta’ ilma, ta’ gass, ta’ elettriku, ta’ tisħin distrettwali jew ta’ kontenut diġitali, jew ta’ provvista mhux mitluba ta’ servizzi, bi ksur tal-Artikolu 5(5) u tal-punt 29 tal-Anness I tad-Direttiva 2005/29, u li l-assenza ta’ tweġiba ta’ dan il-konsumatur f’tali każ ma tikkostitwixxix kunsens. |
|
50 |
Il-bejgħ forzat huwa ddefinit fil-premessa 60 tad-Direttiva 2011/83 bħala “provvista lil konsumaturi ta’ oġġetti jew forniment ta’ servizzi mhux mitluba”. F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li jikkostitwixxi “provvista mhux mitluba”, fis-sens tal-punt 29 tal-Anness I tad-Direttiva 2005/29, li jirreferi għalih l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2011/83, b’mod partikolari, aġir li bih kummerċjant jeżiġi mingħand il-konsumatur ikkonċernat il-ħlas ta’ prodott jew ta’ servizz li kien ġie pprovdut lil dan il-konsumatur mingħajr ma jkun talbu (sentenza tal‑5 ta’ Diċembru 2019, EVN Bulgaria Toplofikatsia u Toplofikatsia Sofia, C‑708/17 u C‑725/17, EU:C:2019:1049, punt 64 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
|
51 |
L-Artikolu 27 tad-Direttiva 2011/83 huwa għalhekk intiż sabiex jipprekludi lil kummerċjant milli jimponi fuq il-konsumatur ikkonċernat relazzjoni kuntrattwali li għaliha ma jkunx ta liberament il-kunsens tiegħu (sentenza tal‑5 ta’ Diċembru 2019, EVN Bulgaria Toplofikatsia u Toplofikatsia Sofia, C‑708/17 u C‑725/17, EU:C:2019:1049, punt 65). |
|
52 |
F’dan il-każ, mill-indikazzjonijiet tal-qorti tar-rinviju jirriżulta li l-kuntratti inkwistjoni fil-kawża prinċipali jirrigwardaw tagħlim full-time mogħti lil ulied QX, inkambju għall-ħlas ta’ spejjeż skolastiċi annwali minnha. Dan it-tagħlim huwa żgurat konformement mar-regoli nazzjonali fil-qasam ta’ edukazzjoni ddefiniti minn regoli tal-Ministru għall-Edukazzjoni u għax-Xjenzi. |
|
53 |
Għalhekk jidher, bla ħsara għall-verifiki li l-qorti tar-rinviju għandha twettaq, li, skont dawn ir-regoli nazzjonali, fil-kuntest tal-kuntratti ta’ tagħlim konklużi bejn ġenitur u stabbiliment tal-edukazzjoni privat, dan il-ġenitur jissottoskrivi liberament għal provvista globali unika, mingħajr il-possibbiltà li jagħżel is-suġġetti mgħallma u lanqas li jaġġusta l-volum ta’ ħin tat-tagħlim tagħhom. Mill-proċess li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja ma jirriżultax li kien ġie mitlub ħlas addizzjonali għal servizzi mhux mitluba. Għaldaqstant, ma tistax tkun kwistjoni ta’ servizz ipprovdut mingħajr ma l-imsemmi ġenitur ikun talbu. |
|
54 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-għoti ta’ tagħlim obbligatorju, konformement mar-regoli nazzjonali fil-qasam tal-edukazzjoni, ma jistax jitqies bħala li jikkostitwixxi “provvista mhux mitluba” ta’ servizzi, fis-sens tal-Artikolu 27 tad-Direttiva 2011/83. |
|
55 |
Fir-rigward ta’ sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ sodisfazzjon tal-ġenitur jew tal-wild tiegħu fir-rigward tal-kwalità tas-servizzi ta’ tagħlim ipprovduti fil-kuntest ta’ dawn il-kuntratti, għandu jitfakkar li, hekk kif jirriżulta mill-Artiklu 3(5) tad-Direttiva 2011/83, din ma għandhiex effett fuq id-dispożizzjonijiet ġenerali tad-dritt tal-kuntratti previsti fil-livell nazzjonali, b’mod partikolari r-regoli dwar il-validità, il-formazzjoni u l-effetti tal-kuntratti, sa fejn l-aspetti ġenerali tad-dritt tal-kuntratti ma humiex irregolati minn din id-direttiva. Għaldaqstant, din is-sitwazzjoni għandha tiġi evalwata konformement mad-dritt nazzjonali tal-kuntratti. |
|
56 |
Fid-dawl tal-motivi preċedenti, ir-risposta għar-raba’ domanda għandha tkun li l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2011/83 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ tagħlim konkluż bejn ġenitur u stabbiliment tal-edukazzjoni privat:
|
Fuq l-ispejjeż
|
57 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
|
Għal dawn il-motivi, Il‑Qorti tal-Ġustizzja (Id‑Disa’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru.