Kawża C‑283/24 [Barouk] ( i )

B. F.

vs

Kypriaki Dimokratia

(talba għal deċiżjoni preliminari,
imressqa mid‑Dioikitiko Dikastirio Diethnous Prostasias)

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat‑3 ta’ April 2025

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika tal-ażil – Protezzjoni internazzjonali – Direttiva 2013/32/UE – Artikolu 46(3) – Rekwiżit ta’ eżami sħiħ u ex nunc – Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Dritt għal rimedju effettiv – Portata tas-setgħat tal-qorti tal-ewwel istanza – Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprevedix is-setgħa li jiġi ordnat eżami mediku tal-applikant għal protezzjoni internazzjonali”

  1. Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni – Politika tal-ażil – Proċeduri għall-għoti u għall-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali – Direttiva 2013/32 – Rimedju kontra deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali – Dritt għal rimedju effettiv – Eżami sħiħ u ex nunc kemm tal-fatti kif ukoll tal-punti ta’ natura legali – Setgħat tal-qorti tal-ewwel istanza – Portata – Setgħa li jiġi ordnat eżami mediku tal-applikant għall-protezzjoni internazzjonali – Kundizzjoni – Neċessità jew rilevanza għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-applikazzjoni

    (Artikolu 4(3) TUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 1, 7 u 47; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2013/32, Artikolu 46(3)

    (ara l-punti 24 sa 28, 31 sa 34, 38, 39, 42, 43 u d-dispożittiv)

  2. Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni – Politika tal-ażil – Proċeduri għall-għoti u għall-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali – Direttiva 2013/32 – Rimedju kontra deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali – Dritt għal rimedju effettiv – Modalitajiet proċedurali – Applikazzjoni tad-dritt nazzjonali – Limiti – Osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2013/32, Artikolu 46(3))

    (ara l-punt 37)

Ara t-test tad-deċiżjoni.


( i ) L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.