SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Id-Disa’ Awla)
30 ta’ April 2025 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 273 – Miżuri intiżi sabiex jiġi żgurat il-ġbir korrett tal-VAT – Dejn tal-VAT ta’ persuna taxxabbli – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi r-responsabbiltà in solidum tal-ex President tal-Bord tad-Diretturi tal-persuna taxxabbli – Eżenzjoni mir-responsabbiltà in solidum – Assenza ta’ żball – Talba għal dikjarazzjoni ta’ falliment – Eżistenza ta’ kreditur wieħed – Proporzjonalità – Ugwaljanza fit-trattament – Dritt għall-proprjetà – Ċertezza legali”
Fil-Kawża C‑278/24 [Genzyński] ( i ),
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu (il-Qorti Amministrattiva Provinċjali ta’ Wrocław, il-Polonja), permezz ta’ deċiżjoni tal‑31 ta’ Jannar 2024, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑22 ta’ April 2024, fil-proċedura
P. K.
vs
Dyrektor Izby Administracji Skarbowej we Wrocławiu,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Id-Disa’ Awla),
komposta minn N. Jääskinen, President tal-Awla, A. Arabadjiev u R. Frendo (Relatriċi), imħallfin,
Avukat Ġenerali: M. Campos Sánchez-Bordona,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li rat il-proċedura bil-miktub,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
|
– |
għad-Dyrektor Izby Administracji Skarbowej we Wrocławiu, minn E. Chojnacki u B. Rogowska-Rajda, |
|
– |
għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent, |
|
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Herold u B. Sasinowska, bħala aġenti, |
wara li rat id-deċiżjoni meħuda, wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li taqta’ l-kawża mingħajr konklużjonijiet,
tagħti l-preżenti
Sentenza
|
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 193, 205 u 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat‑28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60), kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2018/1695 tas‑6 ta’ Novembru 2018 (ĠU 2018, L 282, p. 5, u rettifika fil-ĠU 2018, L 329, p. 53, iktar ’il quddiem id-“Direttiva dwar il-VAT”), moqrija flimkien mal-Artikolu 2 TUE, mal-Artikolu 325 TFUE, l-Artikoli 17, 20, 21, 41 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”), kif ukoll mal-prinċipji ta’ proporzjonalità, ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi. |
|
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn P. K. u d-Dyrektor Izby Administracji Skarbowej we Wrocławiu (id-Direttur tal-Kamra ta’ Amministrazzjoni Fiskali ta’ Wrocław, il-Polonja) dwar l-istabbiliment tar-responsabbiltà in solidum ta’ P. K. għad-dejn tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) ta’ kumpannija li huwa kien jippresjedi l-Bord tad-Diretturi tagħha. |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt tal-Unjoni
|
3 |
L-Artikolu 193 tad-Direttiva dwar il-VAT jipprevedi: “Il-VAT għandha titħallas minn kwalunkwe persuna taxxabbli li tkun qed twettaq forniment taxxabbli ta’ merkanzija jew servizzi, minbarra fejn din titħallas minn persuna oħra fil-każijiet imsemmija fl-Artikoli 194 sa 199b u fl-Artikolu 202.” |
|
4 |
L-Artikolu 205 ta’ din id-direttiva jipprovdi: “Fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 193 sa 200 u l-Artikoli 202, 203 u 204, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu illi persuna li mhix il-persuna responsabbli għall-ħlas tal-VAT għandha tkun responsabbli in solidum għall-ħlas tal-VAT.” |
|
5 |
L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 273 tal-imsemmija direttiva huwa fformulat kif ġej: “L-Istati Membri jistgħu jimponu obbligi oħrajn li jidhrulhom meħtieġa biex jiżguraw il-ġbir korrett ta’ VAT u biex ma ssirx frodi, soġġett għall-ħtieġa ta’ trattament indaqs bejn transazzjonijiet domestiċi u transazzjonijiet li jsiru bejn Stati Membri minn persuni taxxabbli u sakemm dawn l-obbligi, fin-negozju bejn Stati Membri, ma jagħtux lok għal formalitajiet konnessi mal-qsim ta’ fruntieri.” |
Id‑dritt Pollakk
Il-Kodiċi Fiskali
|
6 |
L-ustawa – Ordynacja podatkowa (il-Liġi dwar il-Leġiżlazzjoni Fiskali), tad‑29 ta’ Awwissu 1997, fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-fatti tal-kawża prinċipali (Dz. U. tal‑2023, intestatura 2383) (iktar ’il quddiem il-“Kodiċi Fiskali”), jipprovdi, fl-Artikolu 107 tagħha: “1. Fil-każijiet u sa fejn previst minn dan il-kapitolu, terzi għandhom ikunu wkoll responsabbli in solidum mal-persuna taxxabbli, bl-assi kollha tagħhom, għall-arretrati tat-taxxa ta’ din tal-aħħar. […] 2. Sakemm ma jkunx previst mod ieħor, terzi għandhom ikunu responsabbli wkoll għal: […] 2) interessi moratorji fuq l-arretrati tat-taxxa; […]” |
|
7 |
L-Artikolu 108 tal-Kodiċi Fiskali jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu: “L-awtorità tat-taxxa għandha tiddeċiedi permezz ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà fiskali ta’ terz.” |
|
8 |
Skont l-Artikolu 116 ta’ dan il-kodiċi: “1. Il-membri tal-Bord tad-Diretturi ta’ kumpannija b’responsabbiltà limitata, ta’ kumpannija b’responsabbiltà limitata li tkun qiegħda tiġi ffurmata, ta’ kumpannija b’responsabbiltà limitata ssemplifikata, ta’ kumpannija b’responsabbiltà limitata ssemplifikata li tkun qiegħda tiġi ffurmata, ta’ kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata jew ta’ kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata li tkun qiegħda tiġi ffurmata huma responsabbli in solidum bl-assi kollha tagħhom għall-arretrati tat-taxxa tal-imsemmija kumpanniji, jekk l-eżekuzzjoni forzata fuq l-assi tal-kumpannija, totalment jew parzjalment, ma tirnexxix u jekk il-membru tal-Bord tad-Diretturi:
[…] 2. Ir-responsabbiltà tal-membri tal-Bord tad-Diretturi testendi għall-arretrati tat-taxxa għad-djun dovuti matul l-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom u għall-arretrati li jkunu tnisslu matul l-eżerċizzju tal-imsemmija funzjonijiet. […] 4. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 sa 3 għandhom japplikaw ukoll għall-ex membru tal-Bord tad-Diretturi u għall-ex rappreżentant jew soċju tal-kumpannija li tkun qiegħda tiġi ffurmata. […]” |
Il-Liġi dwar il-Falliment
|
9 |
L-ustawa – Prawo upadłościowe (il-Liġi dwar id-Dritt għall-Falliment), tat‑28 ta’ Frar 2003, fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-fatti tal-kawża prinċipali (Dz. U. tal‑2024, intestatura 794) (iktar ’il quddiem il-“Liġi dwar il-Falliment”), tipprevedi, fl-Artikolu 1 tagħha: “1. Il-liġi tirregola:
[…]” |
|
10 |
L-Artikolu 11 ta’ din il-liġi jipprovdi: “1. Id-debitur jitqies li huwa insolventi meta jkun tilef il-kapaċità li jissodisfa l-impenji finanzjarji tiegħu. 1 bis. Id-debitur huwa preżunt li tilef il-kapaċità li jissodisfa l-impenji finanzjarji tiegħu meta d-dewmien fl-eżekuzzjoni tal-impenji finanzjarji jaqbeż it-tliet xhur. […]” |
|
11 |
L-Artikolu 20 tal-imsemmija liġi jipprovdi: “1. Talba għal dikjarazzjoni ta’ falliment tista’ titressaq mid-debitur jew minn wieħed mill-kredituri tiegħu. […]” |
|
12 |
Skont l-Artikolu 21 tal-istess liġi: “1. Id-debitur huwa obbligat, mhux iktar tard minn tletin jum mid-data li fiha jkunu seħħew il-motivi tad-dikjarazzjoni ta’ falliment, li jressaq talba għal dikjarazzjoni ta’ falliment quddiem il-qorti. […]” |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
|
13 |
P. K. kien il-President tal-Bord tad-Diretturi tal-kumpannija E. sp. z o.o. minn Jannar 2014 sa Settembru 2017. |
|
14 |
Peress li din il-kumpannija ma ħallsitx l-ammonti dovuti bħala VAT għall-perijodu minn Mejju sa Awwissu 2017, dawn l-ammonti saru arretrati tat-taxxa. |
|
15 |
In-Naczelnik Dolnośląskiego Urzędu Skarbowego we Wrocławiu (il-Kap tal-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni Fiskali ta’ Dolny Śląsk f’Wrocław, il-Polonja) (iktar ’il quddiem in-“NDUS”) ħareġ titoli eżekuttivi fil-konfront tal-kumpannija E. u implimenta ċerti miżuri ta’ eżekuzzjoni. Peress li kkonstata li l-assi ta’ din il-kumpannija ma kinux jippermettu li jitħallsu l-arretrati kollha tat-taxxa, in-NDUS abbanduna din il-proċedura ta’ eżekuzzjoni. |
|
16 |
Abbażi tal-Artikolu 107(1) u tal-punt 2 tal-Artikolu 107 (2), kif ukoll tal-Artikolu 108(1) tal-Kodiċi Fiskali, moqrija flimkien mal-Artikolu 116 tiegħu, in-NDUS fetaħ proċedura intiża sabiex tiġi stabbilita r-responsabbiltà in solidum ta’ P. K. għall-arretrati tat-taxxa tal-kumpannija E. |
|
17 |
Permezz ta’ deċiżjoni tal‑15 ta’ Ġunju 2022, in-NDUS irrikonoxxa lil P. K. bħala responsabbli in solidum għal dawn l-arretrati. |
|
18 |
Filwaqt li P. K. ikkontesta d-deċiżjoni msemmija fil-punt preċedenti quddiem id-Direttur tal-Kamra tal-Amministrazzjoni Fiskali ta’ Wrocław dan tal-aħħar ikkonferma l-fondatezza tagħha, permezz ta’ deċiżjoni tat‑18 ta’ Ottubru 2022. |
|
19 |
P. K. talab l-annullament ta’ din id-deċiżjoni lill-Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu (il-Qorti Amministrattiva Provinċjali ta’ Wrocław, il-Polonja), li hija l-qorti tar-rinviju. |
|
20 |
Għal dan l-għan, P. K. invoka l-ksur tal-Artikolu 11, tal-Artikolu 20(1) u tal-Artikolu 21(1) tal-Liġi dwar il-Falliment kif ukoll tal-punt 1 tal-Artikolu 116(1) tal-Kodiċi Fiskali. |
|
21 |
P. K. sostna b’mod partikolari, minn naħa, li, matul il-perijodu li matulu huwa kien jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu ta’ President tal-Bord tad-Diretturi tal-kumpannija E., ma kien hemm ebda raġuni legali jew fattwali sabiex titressaq talba għal dikjarazzjoni ta’ falliment għal din il-kumpannija, meħtieġa sabiex il-punt 1 tal-Artikolu 116(1) tal-Kodiċi Fiskali jkun jista’ japplika. It-tressiq ta’ tali talba kienet għalhekk prematura u mhux iġġustifikata. L-amministrazzjoni fiskali Pollakka allegatament stabbilixxiet ir-responsabbiltà tiegħu għad-djun fiskali tal-kumpannija E. billi bbażat ruħha biss fuq preżunzjoni ġenerali fis-sens li, peress li l-obbligu fiskali ta’ din il-kumpannija kien tnissel matul il-perijodu msemmi iktar ’il fuq, huwa kien, bħala prinċipju, responsabbli għal dan id-dejn. Issa, il-fatt li dejn jitnissel f’mument partikolari ma jimplikax, fih innifsu, li l-insolvenza tad-debitur tkun seħħet fl-istess mument. |
|
22 |
Min-naħa l-oħra, P. K. sostna li, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Liġi dwar il-Falliment, kif interpretati mill-ġurisprudenza u mid-duttrina nazzjonali, proċedura ta’ insolvenza tista’ tinbeda biss jekk id-debitur ikkonċernat ma jkunx eżegwixxa l-obbligi tiegħu lejn mill-inqas żewġ kredituri. Talba għall-ftuħ ta’ din il-proċedura meta jkun hemm kreditur wieħed, minkejja li tkun formalment possibbli, ma tipproduċix effett legali. |
|
23 |
Il-qorti tar-rinviju tesponi li, fl-ordinament ġuridiku Pollakk, il-kwistjoni tar-responsabbiltà in solidum ta’ terz, bħalma huwa membru jew ex membru tal-bord tad-diretturi ta’ kumpannija, hija rregolata mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 116 tal-Kodiċi Fiskali. |
|
24 |
Din il-qorti tosserva li membru jew ex membru tal-bord tad-diretturi ta’ kumpannija huwa responsabbli in solidum għad-djun fiskali tagħha meta, minn naħa, l-amministrazzjoni fiskali turi li ċerti kundizzjonijiet pożittivi huma ssodisfatti u, min-naħa l-oħra, dan il-membru jew ex membru ma jurix li jista’ jiġi eżentat minn din ir-responsabbiltà. |
|
25 |
B’mod partikolari, skont l-imsemmija qorti, il-kundizzjonijiet pożittivi għall-istabbiliment tar-responsabbiltà in solidum ta’ membru jew ta’ ex membru tal-bord tad-diretturi ta’ kumpannija (iktar ’il quddiem il-“kundizzjonijiet pożittivi”) huma dawn li ġejjin:
|
|
26 |
Skont il-qorti tar-rinviju, l-eżenzjoni mir-responsabbiltà in solidum ta’ membru jew ta’ ex membru tal-bord tad-diretturi ta’ kumpannija tinkiseb esklużivament meta jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
27 |
F’dan ir-rigward, din il-qorti tippreċiża li l-espressjoni “fi żmien xieraq”, li tinsab fil-punt 1(a) tal-Artikolu 116(1) tal-Kodiċi Fiskali, tindika l-mument li fih, bl-eżerċizzju ta’ diliġenza raġonevoli, l-amministratur tal-kumpannija seta’ jkun jaf li din il-kumpannija kienet saret insolventi, kienet waqfet għal żmien twil tħallas id-djun tagħha u li l-assi tagħha ma kinux suffiċjenti sabiex dawn jitħallsu. |
|
28 |
L-imsemmija qorti żżid, essenzjalment, li, f’dak li jirrigwarda l-assenza ta’ tressiq ta’ talba għal dikjarazzjoni ta’ falliment, in-nuqqas jista’ jkun intenzjonali jew mhux intenzjonali. Hija tippreċiża li ma jkunx hemm nuqqas jekk il-membru jew l-ex membru tal-bord tad-diretturi tal-kumpannija, fl-eżerċizzju tad-diliġenza kollha meħtieġa fit-tmexxija tan-negozju tiegħu, ma jkunx ippreżenta t-talba għal raġunijiet indipendenti mir-rieda tiegħu. |
|
29 |
Il-qorti tar-rinviju tqis li, fid-dawl tal-karatteristiċi tagħha, is-sistema Pollakka ta’ responsabbiltà in solidum ta’ membru jew ta’ ex membru tal-bord tad-diretturi ta’ kumpannija li jkollha dejn fiskali tista’ tkun inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni. |
|
30 |
Preliminarjament, din il-qorti tosserva li, skont it-tagħlim li jirriżulta b’mod partikolari mis-sentenza tat‑13 ta’ Ottubru 2022, Direktor na Direktsia Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika, (C‑1/21, EU:C:2022:788), mekkaniżmu ta’ responsabbiltà in solidum ta’ terz għall-obbligi fiskali ta’ kumpannija jikkontribwixxi, ċertament, sabiex jiġi żgurat il-ġbir korrett tal-VAT, fis-sens tal-Artikolu 273 tad-Direttiva dwar il-VAT, moqri fid-dawl tal-Artikolu 325(1) TFUE. Madankollu, il-marġni ta’ evalwazzjoni li dan l-Artikolu 273 jagħti lill-Istati Membri fir-rigward tal-mezzi sabiex jintlaħqu l-għanijiet imfittxija mill-imsemmi artikolu għandu jiġi eżerċitat b’osservanza tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari tal-prinċipji ġenerali tiegħu, fosthom il-prinċipju ta’ proporzjonalità. |
|
31 |
F’dan ir-rigward, skont l-imsemmija qorti, minn din is-sentenza jirriżulta li l-Artikolu 273 tad-Direttiva dwar il-VAT u l-prinċipju ta’ proporzjonalità għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li, meta ċerti ċirkustanzi jkunu ssodisfatti, tipprevedi mekkaniżmu ta’ responsabbiltà in solidum għad-djun tal-VAT ta’ persuna ġuridika. Madankollu, mill-imsemmija sentenza jirriżulta li miżuri nazzjonali li bis-saħħa tagħhom persuna li ma hijiex il-persuna taxxabbli ssir responsabbli għall-ħlas tal-VAT, mingħajr il-possibbiltà li tipprova l-assenza ta’ rabta tagħha mal-aġir tal-persuna taxxabbli, ma jistgħux jiġu aċċettati. |
|
32 |
F’dan il-każ, il-qorti tar-rinviju tqis, fl-ewwel lok, li l-mekkaniżmu previst fl-Artikolu 116 tal-Kodiċi Fiskali ma jeżiġix li ssir evalwazzjoni tal-aġir tal-membru jew tal-ex membru tal-bord tad-diretturi ta’ kumpannija li r-responsabbiltà in solidum tiegħu hija mfittxija, sabiex jiġi ddeterminat jekk dan l-aġir ikunx ikkaratterizzat minn mala fide jew minn nuqqas ta’ diliġenza fil-kuntest tal-ġestjoni minnu tan-negozju ta’ din il-kumpannija. L-eżistenza ta’ nuqqas tidher biss f’waħda mill-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni minn tali responsabbiltà, jiġifieri fil-każ fejn ebda talba għal dikjarazzjoni ta’ falliment ma tkun tressqet fi żmien xieraq. |
|
33 |
Għaldaqstant, skont din il-qorti, anki jekk dan il-membru jew ex membru juri li aġixxa bid-diliġenza meħtieġa, huwa ma jkunx eżentat mir-responsabbiltà tiegħu, fin-nuqqas ta’ prova li huwa jissodisfa l-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni. |
|
34 |
F’dan il-kuntest, l-imsemmija qorti għandha dubji dwar l-osservanza, mill-Artikolu 116 tal-Kodiċi Fiskali, tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tad-dritt għall-proprjetà, stabbilit fl-Artikolu 17 tal-Karta kif ukoll fl-Artikolu 1 tal-Protokoll Addizzjonali Nru 1 għall-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmat f’Pariġi fl‑20 ta’ Marzu 1952. |
|
35 |
L-istess qorti żżid li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, sabiex ikun kompatibbli ma’ dan l-Artikolu 1, l-indħil fid-dritt għall-proprjetà għandu joħloq “bilanċ ġust” bejn ir-rekwiżiti tal-interess pubbliku u r-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali tal-individwu (Qorti EDB, 5 ta’ Jannar 2000, Beyeler vs L‑Italja, CE:ECHR:2000:0105JUD003320296, punt 107, kif ukoll il-Qorti EDB, 6 ta’ Lulju 2014, Ališić et vs Il‑Bosnja-Ħerzegovina, il‑Kroazja, is‑Serbja, is‑Slovenja u dik li kienet ir‑Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, CE:ECHR:2014:0716JUD006064208, punt 108). |
|
36 |
Fit-tieni lok, il-qorti tar-rinviju ssemmi l-prattika u l-ġurisprudenza Pollakki li fuq il-bażi tagħhom membru jew ex membru tal-bord tad-diretturi ta’ kumpannija huwa obbligat iressaq talba għal dikjarazzjoni ta’ falliment tagħha sabiex ikun jista’ jiġi eżentat mir-responsabbiltà in solidum tiegħu. Skont l-Artikoli 10 u 11 tal-Liġi dwar il-Falliment, tali talba għandha titressaq meta l-kundizzjonijiet tal-insolvenza tad-debitur li jipprevedu dawn id-dispożizzjonijiet ikunu ssodisfatti, jiġifieri meta d-debitur ikun tilef il-kapaċità tiegħu li jissodisfa l-impenji finanzjarji tiegħu, li huwa preżunt li huwa l-każ meta d-dewmien fl-eżekuzzjoni ta’ dawn l-impenji jaqbeż it-tliet xhur. Issa, skont il-ġurisprudenza nazzjonali, id-debitur huwa obbligat biss li jevalwa jekk ikunx f’pożizzjoni li jħallas id-djun tiegħu, filwaqt li l-evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet tad-dikjarazzjoni ta’ falliment tista’ ssir biss minn qorti li jkollha ġurisdizzjoni fil-qasam tal-insolvenza. |
|
37 |
Din il-qorti tenfasizza għalhekk li, skont il-prattika u l-ġurisprudenza Pollakka, il-fatt li ma jitħallasx dejn fil-konfront ta’ kreditur wieħed ma jeżentax lill-membru jew lill-ex membru tal-bord tad-diretturi ta’ kumpannija milli jressaq talba għal dikjarazzjoni ta’ falliment. Madankollu, skont l-imsemmija qorti, fil-każ tal-eżistenza ta’ kreditur wieħed, din it-talba tiġi neċessarjament miċħuda mill-qorti li jkollha ġurisdizzjoni fil-qasam tal-insolvenza u b’hekk tiġi mċaħħda minn kull effettività. |
|
38 |
Abbażi ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-qorti tar-rinviju tqis li l-kundizzjoni ta’ eżenzjoni marbuta mat-tressiq ta’ talba għal dikjarazzjoni ta’ falliment ma tistax tibbenefika lill-membru jew lill-ex membru tal-bord tad-diretturi ta’ kumpannija li jkollha bħala l-uniku kreditur it-Teżor Pubbliku. Minn dan isegwi ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali, li għandu bħala korollarju l-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ rispett tal-Istat tad-dritt. Dan il-membru jew ex membru huwa wkoll imċaħħad mid-dritt għal rimedju effettiv, peress li l-argumenti kollha tiegħu dwar l-impossibbiltà li titressaq talba b’mod effettiv huma injorati mill-qrati Pollakki. |
|
39 |
Fit-tielet lok, il-qorti tar-rinviju tqis li l-kundizzjoni ta’ eżenzjoni marbuta mal-obbligu li titressaq talba għal dikjarazzjoni ta’ falliment tqajjem mistoqsijiet dwar l-osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza quddiem il-liġi, stabbilit fl-Artikoli 20 u 21 tal-Karta. F’dan ir-rigward, din il-qorti tenfasizza, b’mod partikolari, li l-membru jew l-ex membru tal-bord tad-diretturi ta’ kumpannija li jkollha bħala l-uniku kreditur it-Teżor Pubbliku ma għandux il-possibbiltà li jressaq b’mod effettiv talba għal dikjarazzjoni ta’ falliment, peress li din tiġi neċessarjament miċħuda mill-qorti kompetenti fil-qasam tal-insolvenza minħabba s-sempliċi fatt tal-assenza ta’ multipliċità ta’ kredituri. Għall-kuntrarju, il-membru jew ex membru tal-bord tad-diretturi ta’ kumpannija li jkollha diversi kredituri jkollhom it-talbiet tagħhom għal dikjarazzjoni ta’ falliment eżaminati fil-mertu minn din l-aħħar qorti. |
|
40 |
Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi, li l-Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu (il-Qorti Amministrattiva Provinċjali ta’ Wrocław) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:
|
Fuq id-domandi preliminari
Osservazzjonijiet preliminari
|
41 |
Skont ġurisprudenza stabbilita, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kooperazzjoni bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja, stabbilita fl-Artikolu 267 TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tagħti lill-qorti nazzjonali risposta utli li tippermettilha taqta’ l-kawża li jkollha quddiemha. Għal dan il-għan, jekk ikun meħtieġ, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tifformula mill-ġdid id-domandi magħmula lilha (sentenza tas‑26 ta’ Ottubru 2021, PL Holdings,C‑109/20, EU:C:2021:875, punt 34 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
42 |
Hekk kif jirriżulta mill-punt 40 ta’ din is-sentenza, id-domandi preliminari jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-Artikoli 193, 205 u 273 tad-Direttiva dwar il-VAT, moqrija flimkien mal-Artikolu 2 TUE, l-Artikoli 325 TFUE, l-Artikoli 17, 20, 21, 41 u 47 tal-Karta, kif ukoll mal-prinċipji ta’ proporzjonalità, ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi. |
|
43 |
Fl-ewwel lok, f’dak li jirrigwarda d-Direttiva dwar il-VAT, għandu jitfakkar, minn naħa, li l-Artikoli 193 sa 200 u 202 sa 204 tagħha jiddeterminaw il-persuni responsabbli għall-ħlas tal-VAT, konformement mas-suġġett tat-Taqsima 1, intitolata “Persuni responsabbli għall-ħlas tal-VAT lill-awtoritajiet tat-taxxa”, tal-Kapitolu 1 tat-Titolu XI ta’ din id-direttiva, li minnu jagħmlu parti dawn id-dispożizzjonijiet. Għalkemm l-Artikolu 193 tal-imsemmija direttiva jipprevedi, bħala regola bażika, li l-VAT hija dovuta mill-persuna taxxabbli li twettaq kunsinna ta’ oġġetti jew provvista ta’ servizzi taxxabbli, il-formulazzjoni ta’ dan l-artikolu tippreċiża li persuni oħra jistgħu jew għandhom ikunu responsabbli għall-ħlas ta’ din it-taxxa fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 194 sa 199b u 202 tal-istess direttiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑13 ta’ Ottubru 2022, Direktor na Direktsia Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika,C‑1/21, EU:C:2022:788, punt 48 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
44 |
Min-naħa l-oħra, skont l-Artikolu 205 tad-Direttiva dwar il-VAT, fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 193 sa 200 u 202 sa 204 ta’ din id-direttiva, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li persuna li ma tkunx il-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa tkun responsabbli in solidum għall-ħlas tal-VAT. |
|
45 |
Għaldaqstant, mill-kuntest magħmul mill-Artikoli 193 sa 205 tad-Direttiva dwar il-VAT jirriżulta li l-Artikolu 205 ta’ din id-direttiva jagħmel parti minn grupp ta’ dispożizzjonijiet intiżi li jidentifikaw lill-persuna responsabbli għall-ħlas tal-VAT f’diversi sitwazzjonijiet (sentenza tat‑13 ta’ Ottubru 2022, Direktor na Direktsia Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika,C‑1/21, EU:C:2022:788, punt 49 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
46 |
Għaldaqstant, l-Artikolu 205 tad-Direttiva dwar il-VAT jippermetti lill-Istati Membri jadottaw, bħala prinċipju u bil-għan li l-VAT tinġabar b’mod effettiv, miżuri li permezz tagħhom persuna differenti minn dik li normalment tkun responsabbli għall-ħlas ta’ din it-taxxa skont l-Artikoli 193 sa 200 u 202 sa 204 ta’ din id-direttiva tkun obbligata in solidum tħallas l-imsemmija taxxa (sentenza tat‑13 ta’ Ottubru 2022, Direktor na Direktsia Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika,C‑1/21, EU:C:2022:788, punt 50 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
47 |
F’dan il-każ, mit-talba għal deċiżjoni preliminari ma jirriżulta la li P. K huwa persuna suġġetta għall-VAT jew persuna oħra responsabbli għall-ħlas tal-VAT fis-sens tal-Artikolu 193 tal-imsemmija direttiva, u lanqas li l-mekkaniżmu ta’ responsabbiltà in solidum previst fl-Artikolu 116 tal-Kodiċi Fiskali għandu l-għan li jindika persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa fuq tranżazzjoni taxxabbli waħda jew iktar speċifiċi, fis-sens tal-Artikoli 193 u 205 tad-Direttiva dwar il-VAT, moqrija flimkien. Fil-fatt, b’applikazzjoni ta’ dan il-mekkaniżmu, il-membri jew l-ex membri tal-Bord tad-Diretturi ta’ kumpannija jistgħu, taħt ċerti kundizzjonijiet, jitqiesu li huma responsabbli in solidum għad-djun kollha tal-VAT ta’ din il-kumpannija jew għal parti minnhom, mingħajr ma dan id-dejn ikun marbut ma’ tranżazzjoni taxxabbli waħda jew ma’ iktar speċifiċi. |
|
48 |
Konsegwentement, l-Artikoli 193 u 205 tad-Direttiva dwar il-VAT ma humiex rilevanti fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali. |
|
49 |
Fit-tieni lok, fir-rigward tal-prinċipji u tad-drittijiet fundamentali msemmija mill-qorti tar-rinviju, għandu jiġi rrilevat li, qabel kollox, l-Artikolu 41 tal-Karta, dwar id-dritt għal amministrazzjoni tajba, ma huwiex applikabbli fil-kuntest tat-tilwima fil-kawża prinċipali, peress li ma huwiex indirizzat lill-Istati Membri, iżda biss lill-istituzzjonijiet, lill-korpi u lill-organi tal-Unjoni Ewropea (sentenza tas‑17 ta’ Lulju 2014, YS et, C‑141/12 u C‑372/12, EU:C:2014:2081, punt 67). Huwa minnu li, id-dritt għal amministrazzjoni tajba, stabbilit f’din id-dispożizzjoni, jirrifletti prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni (sentenza tas‑17 ta’ Lulju 2014, YS et, C‑141/12 u C‑372/12, EU:C:2014:2081, punt 68). Madankollu, it-talba għal deċiżjoni preliminari ma tinkludix element li jista’ jwassal lill-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi dwar id-dritt għal amministrazzjoni tajba bħala prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni. |
|
50 |
Sussegwentement, f’dak li jirrigwarda l-Artikolu 47 tal-Karta, dwar id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali, kif jirriżulta mill-punt 38 ta’ din is-sentenza, il-qorti tar-rinviju tqis li l-membru jew l-ex membru tal-bord tad-diretturi ta’ kumpannija li jkollha bħala l-uniku kreditur it-Teżor Pubbliku huwa mċaħħad minn dan id-dritt, peress li l-argumenti kollha li jirrigwardaw l-impossibbiltà għal dan il-membru jew ex membru li jressaq b’mod effettiv talba għal dikjarazzjoni ta’ falliment ma jittiħdux inkunsiderazzjoni. |
|
51 |
Madankollu, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li din il-kunsiderazzjoni tikkonċerna, fir-realtà, il-kwistjoni dwar jekk l-Artikolu 273 tad-Direttiva dwar il-VAT, moqri flimkien mal-Artikolu 325 TFUE, id-dritt għall-proprjetà, stabbilit fl-Artikolu 17 tal-Karta, il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, li jirriżulta mill-Artikoli 20 u 21 tagħha, kif ukoll mal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ċertezza legali, jipprekludix il-mekkaniżmu previst fl-Artikolu 116 tal-Kodiċi Fiskali, sa fejn ma jeżentax lil tali membru jew ex membru mit-tressiq ta’ talba għal dikjarazzjoni ta’ falliment. Fil-fatt, li kieku kellu jiġi konkluż li dan il-mekkaniżmu, filwaqt li ma jipprevedix din l-eżenzjoni, josserva dawn id-dispożizzjonijiet u dawn il-prinċipji, il-fatt li l-argumenti msemmija fil-punt preċedenti ta’ din is-sentenza ma jittiħdux inkunsiderazzjoni ma jmurx kontra l-Artikolu 47 tal-Karta. Għall-kuntrarju, li kieku kellu jitqies li l-imsemmija dispożizzjonijiet u l-imsemmija prinċipji jipprekludu l-imsemmi mekkaniżmu, dan ma jkunx, fi kwalunkwe każ, kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, mingħajr ma jkun neċessarju li dan l-Artikolu 47 jiġi invokat. |
|
52 |
Fl-aħħar nett, għalkemm il-qorti tar-rinviju tagħmel riferiment ukoll għall-Artikolu 2 TUE, li jistabbilixxi l-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni, xejn fit-talba għal deċiżjoni preliminari ma jippermetti li jitqies li din il-qorti qiegħda titlob l-interpretazzjoni ta’ dan l-artikolu b’mod awtonomu fir-rigward tad-drittijiet fundamentali u tal-prinċipji li hija ssemmi fid-domanda magħmula. Bl-istess mod, kif jirriżulta mill-punt 38 ta’ din is-sentenza, il-qorti tar-rinviju invokat il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi biss bħala korollarju tal-prinċipju ta’ ċertezza legali. |
|
53 |
Fit-tielet u fl-aħħar lok, jidher li teżisti rabta stretta bejn it-tliet domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju. |
|
54 |
Konsegwentement, għandu jitqies li, permezz tad-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, din il-qorti tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 273 tad-Direttiva dwar il-VAT, moqri flimkien mal-Artikolu 325 TFUE, mad-dritt għall-proprjetà, kif ukoll mal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ proporzjonalità u ta’ ċertezza legali, għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi mekkaniżmu nazzjonali li jippermetti li tiġi stabbilita r-responsabbiltà in solidum ta’ membru jew ta’ ex membru tal-bord tad-diretturi ta’ kumpannija għad-dejn tal-VAT tagħha, meta dan il-mekkaniżmu, minn naħa, ma jeżiġix li tiġi kkonstatata l-eżistenza ta’ nuqqas imwettaq minn dan il-membru jew ex membru u, min-naħa l-oħra, jipprevedi, bħala kundizzjoni għal eżenzjoni, it-tressiq fi żmien xieraq, mill-imsemmi membru jew ex membru, ta’ talba għal dikjarazzjoni ta’ falliment ta’ din il-kumpannija, inkluż meta l-imsemmija kumpannija jkollha bħala l-uniku kreditur it-Teżor Pubbliku u meta, minħabba f’dan il-fatt, tali talba jkollha, skont il-prattika u l-ġurisprudenza nazzjonali, tiġi miċħuda. |
Fuq il-mertu
|
55 |
Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 273 tad-Direttiva dwar il-VAT, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu obbligi oħra barra dawk previsti minn din id-direttiva jekk huma jqisu li dawn l-obbligi jkunu neċessarji sabiex jiġi żgurat il-ġbir korrett tal-VAT u sabiex tiġi evitata l-frodi (sentenzi tad‑19 ta’ Ottubru 2017, Paper Consult,C‑101/16, EU:C:2017:775, punt 49, u tal‑11 ta’ Jannar 2024, Global Ink Trade,C‑537/22, EU:C:2024:6, punt 41). |
|
56 |
Barra minn hekk, l-Artikolu 325(1) TFUE jobbliga lill-Istati Membri jiġġieldu kontra l-frodi u kull attività illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz ta’ miżuri dissważivi u effettivi. |
|
57 |
Mid-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq jirriżulta, b’mod partikolari, li l-Istati Membri għandhom l-obbligu li jadottaw il-miżuri leġiżlattivi u amministrattivi kollha xierqa sabiex jiggarantixxu l-ġbir tal-VAT kollha dovuta fit-territorji rispettivi tagħhom u sabiex jiġġieldu kontra l-frodi (sentenza tat‑13 ta’ Ottubru 2022, Direktor na Direktsia Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika,C‑1/21, EU:C:2022:788, punt 60 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
58 |
Mekkaniżmu ta’ responsabbiltà in solidum bħal dak stabbilit mill-Artikolu 116 tal-Kodiċi Fiskali jikkontribwixxi għall-irkupru tal-ammonti tal-VAT li ma jkunux tħallsu minn persuna ġuridika taxxabbli fit-termini mandatorji stabbiliti mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar il-VAT. Tali mekkaniżmu jikkontribwixxi għalhekk sabiex jiġi żgurat il-ġbir korrett tal-VAT, fis-sens tal-Artikolu 273 ta’ din id-direttiva, konformement mal-obbligu stabbilit fl-Artikolu 325(1) TFUE (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tat‑13 ta’ Ottubru 2022, Direktor na Direktsia Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika,C‑1/21, EU:C:2022:788, punt 61). |
|
59 |
Mill-ġurisprudenza jirriżulta li, lil hinn mil-limiti li huma jistabbilixxu, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 273 tad-Direttiva dwar il-VAT la jispeċifikaw il-kundizzjonijiet u lanqas l-obbligi li l-Istati Membri jistgħu jipprevedu. Għalhekk, dawn jagħtu lil dawn tal-aħħar marġni ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-mezzi intiżi sabiex jintlaħqu l-għanijiet relatati mal-irkupru tal-VAT kollha u mal-ġlieda kontra l-frodi. Madankollu, l-Istati Membri huma obbligati jeżerċitaw is-setgħa tagħhom b’osservanza tad-dritt tal-Unjoni u tal-prinċipji ġenerali tiegħu, u, konsegwentement, b’osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑13 ta’ Ottubru 2022, Direktor na Direktsia Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika,C‑1/21, EU:C:2022:788, punti 69 u 72). |
|
60 |
Għaldaqstant, għalkemm huwa leġittimu li l-miżuri adottati mill-Istati Membri jfittxu li jħarsu d-drittijiet tat-Teżor Pubbliku b’mod kemm jista’ jkun effettiv, huma madankollu ma għandhomx imorru lil hinn minn dak li huwa neċessarju għal dan il-għan (sentenza tal‑14 ta’ Novembru 2024, Herdijk,C‑613/23, EU:C:2024:961, punt 24 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
61 |
F’dan ir-rigward, skont il-ġurisprudenza, miżuri nazzjonali li joħolqu sistema ta’ responsabbiltà in solidum mingħajr ma jkun hemm nuqqas imorru lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jitħarsu d-drittijiet tat-Teżor Pubbliku. L-istabbiliment tar-responsabbiltà għall-ħlas tal-VAT fir-rigward ta’ persuna li ma tkunx dik responsabbli għall-ħlas ta’ din tal-aħħar, mingħajr ma jkun possibbli li dik il-persuna tinħeles minn din ir-responsabbiltà billi tipproduċi l-prova li hija totalment estranja għall-aġir ta’ din il-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa, għandu, għaldaqstant, jitqies bħala inkompatibbli mal-prinċipju ta’ proporzjonalità. Fil-fatt, ikun manifestament sproporzjonat li l-imsemmija persuna tinżamm responsabbli, inkundizzjonalment, għan-nuqqas ta’ ġbir ta’ taxxa kkawżat minn aġir ta’ terz taxxabbli li fuqu hija ma teżerċita l-ebda influwenza (sentenza tal‑14 ta’ Novembru 2024, Herdijk,C‑613/23, EU:C:2024:961, punt 25 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
62 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-eżerċizzju tal-possibbiltà rrikonoxxuta lill-Istati Membri li jindikaw debitur in solidum li ma jkunx il-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa bil-għan li jiġi żgurat ġbir effettiv ta’ din tal-aħħar għandu jkun iġġustifikat mir-relazzjoni fattwali u/jew ġuridika li tkun teżisti bejn iż-żewġ persuni kkonċernati fid-dawl tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ proporzjonalità (sentenza tal‑14 ta’ Novembru 2024, Herdijk,C‑613/23, EU:C:2024:961, punt 26 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
63 |
Il-fatt li persuna li ma tkunx il-persuna responsabbli għall-ħlas tkun aġixxiet in bona fide billi tkun eżerċitat id-diliġenza kollha ta’ operatur avżat, il-fatt li din il-persuna tkun ħadet kull miżura raġonevoli li hija setgħet tieħu u l-fatt li hija eskluża l-parteċipazzjoni tagħha fi kwalunkwe abbuż jew frodi huma fatturi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġi ddeterminat jekk din il-persuna tistax tinżamm responsabbli in solidum għall-ħlas tal-VAT dovuta (sentenza tal‑14 ta’ Novembru 2024, Herdijk,C‑613/23, EU:C:2024:961, punt 27 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
64 |
F’dan il-każ, kif jirriżulta mill-punti 24 sa 26 ta’ din is-sentenza, il-qorti tar-rinviju ssostni li, fid-dritt Pollakk l-Artikolu 116 tal-Kodiċi Fiskali jipprevedi mekkaniżmu li permezz tiegħu membru jew ex membru tal-bord tad-diretturi ta’ kumpannija jista’ jinżamm responsabbli għad-dejn fiskali tagħha. Għal dan l-għan, minn naħa, l-amministrazzjoni fiskali għandha turi li jkunu ssodisfatti l-kundizzjonijiet pożittivi li ġejjin:
|
|
65 |
Min-naħa l-oħra, il-membru jew l-ex membru tal-bord tad-diretturi tal-kumpannija kkonċernata jista’, min-naħa tiegħu, juri li huwa jissodisfa l-kundizzjonijiet sabiex jiġi eżentat minn din ir-responsabbiltà, jiġifieri:
|
|
66 |
Għandu jitfakkar li hija biss il-qorti tar-rinviju li għandha kompetenza sabiex tikkonstata u tevalwa l-fatti tal-kawża prinċipali kif ukoll sabiex tinterpreta u tapplika d-dritt nazzjonali. Madankollu, mitluba tagħti lil din il-qorti risposta utli fil-kuntest tal-proċedura ta’ kooperazzjoni stabbilita mill-Artikolu 267 TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni sabiex tagħti lill-imsemmija qorti indikazzjonijiet ibbażati fuq il-proċess tal-kawża prinċipali kif ukoll fuq l-osservazzjonijiet bil-miktub li jkunu ġew sottomessi lilha, li jkunu ta’ natura li jippermettu lill-istess qorti tiddeċiedi (sentenza tat‑12 ta’ Diċembru 2024, Dranken Van Eetvelde,C‑331/23, EU:C:2024:1027, punti 27 u 28 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
|
67 |
F’dan ir-rigward, kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, waħda mill-kundizzjonijiet pożittivi għall-istabbiliment tar-responsabbiltà in solidum ta’ membru jew ta’ ex membru tal-bord tad-diretturi ta’ kumpannija fir-rigward tad-dejn fiskali tagħha hija marbuta mal-fatt li tali dejn ikun tnissel matul il-perijodu li matulu dan il-membru jew ex membru kien jeżerċita funzjoni ta’ ġestjoni fi ħdan din il-kumpannija. |
|
68 |
Minn dan isegwi li, kif jirriżulta mill-proċess quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, id-dritt Pollakk jipprevedi, essenzjalment, preżunzjoni fis-sens li membru tal-bord tad-diretturi ta’ kumpannija għandu, jew għandu jkollu, kemm għarfien dirett tal-attivitajiet ta’ din il-kumpannija kif ukoll influwenza fuqhom. |
|
69 |
Issa, tali preżunzjoni ma tidhirx, fiha nnifisha, li tmur kontra l-prinċipju ta’ proporzjonalità. Fil-fatt, din ma tidhirx li tistabbilixxi responsabbiltà mingħajr nuqqas. |
|
70 |
Fuq dan il-punt, għandu jiġi rrilevat li n-nuqqas jista’ jieħu diversi forom, fosthom nuqqas ta’ viġilanza jew negliġenza fil-qasam tal-kontroll. Barra minn hekk, mill-assenza ta’ ħlas ta’ dejn fiskali minn kumpannija jidher li jista’ jiġi dedott li membru jew ex membru tal-bord tad-diretturi ta’ din il-kumpannija naqas mill-obbligu tiegħu ta’ viġilanza fil-ġestjoni tan-negozju tal-imsemmija kumpannija u li din l-assenza ta’ ħlas hija l-konsegwenza ta’ dan. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-responsabbiltà in solidum ta’ dan il-membru jew ex membru tidher li ma tirriżultax minn avveniment fortuwitu li fuqu huwa ma għandu ebda kontroll, iżda tirriżulta mill-azzjonijiet jew mill-ommissjonijiet tiegħu. |
|
71 |
Madankollu, huwa indispensabbli li preżunzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tkun konfutabbli, fis-sens li ma jkunx prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli għall-imsemmi membru jew ex membru li jikkonfuta din il-preżunzjoni permezz tal-prova kuntrarja (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑14 ta’ Novembru 2024, Herdijk,C‑613/23, EU:C:2024:961, punti 33 u 41; ara wkoll, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tat‑12 ta’ Diċembru 2024, Dranken Van Eetvelde,C‑331/23, EU:C:2024:1027, punt 31). |
|
72 |
F’dan il-każ, għandu jitfakkar li l-preżunzjoni msemmija fil-punt 68 ta’ din is-sentenza tista’ tiġi kkonfutata mill-membru jew mill-ex membru tal-bord tad-diretturi tal-kumpannija kkonċernata. Għal dan l-għan, huwa jista’ b’mod partikolari juri li huwa jissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li jippermettu li jiġi eżentat mir-responsabbiltà in solidum, li jinsabu fil-punt 1 tal-Artikolu 116(1) tal-Kodiċi Fiskali, jiġifieri:
|
|
73 |
Mill-punt 27 ta’ din is-sentenza jirriżulta li, skont il-qorti tar-rinviju, l-espressjoni “fi żmien xieraq”, li tinsab fil-punt 1(a) tal-Artikolu 116(1) tal-Kodiċi Fiskali, tindika l-mument li fih, bl-eżerċizzju ta’ diliġenza raġonevoli, il-membru jew l-ex membru tal-bord tad-diretturi tal-kumpannija kkonċernata seta’ jkun jaf bil-fatt li din il-kumpannija kienet saret insolventi u kienet waqfet għal żmien twil milli tħallas id-djun tagħha u li l-assi tagħha ma kinux suffiċjenti sabiex dawn jitħallsu. |
|
74 |
Issa, għandu jiġi kkunsidrat li t-tnissil ta’ dejn tal-VAT f’mument partikolari ma jiġġustifikax, fih innifsu, it-tressiq ta’ talba għal dikjarazzjoni ta’ falliment, anki jekk is-sitwazzjoni finanzjarja globali tal-kumpannija debitriċi tista’ tiġi ddegradata. Għalhekk, il-ħtieġa li titressaq talba għal dikjarazzjoni ta’ falliment tista’ tirriżulta sussegwentement, meta din is-sitwazzjoni finanzjarja tiddeterjora iktar. Barra minn hekk, ma jistax jiġi eskluż li, fil-frattemp, persuna li kienet membru tal-bord tad-diretturi ta’ din il-kumpannija tkun waqfet mill-funzjonijiet tagħha. Madankollu, tali ċirkustanzi ma jagħmlux mod li l-preżunzjoni msemmija fil-punt 68 ta’ din is-sentenza ssir inkonfutabbli. Fil-fatt, jibqa’ possibbli għal din il-persuna li turi li l-assenza tat-tressiq ta’ talba għal dikjarazzjoni ta’ falliment fi żmien xieraq ma tkunx dovuta għal nuqqas min-naħa tagħha, preċiżament minħabba li, sakemm hija kienet teżerċita l-funzjonijiet tagħha, is-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpannija kkonċernata ma kinitx teħtieġ li titressaq tali talba. |
|
75 |
F’dan ir-rigward, il-membru jew l-ex membru tal-bord tad-diretturi ta’ kumpannija li għandha dejn tal-VAT għandu jkollu l-possibbiltà li jinvoka kull ċirkustanza li tista’ tistabbilixxi li l-assenza ta’ tressiq fi żmien xieraq ta’ talba għal dikjarazzjoni ta’ falliment ma hijiex dovuta għal nuqqas tiegħu. Il-possibbiltà ta’ tali prova ma għandhiex tkun purament teoretika minħabba interpretazzjoni indebitament wiesgħa tal-kunċett ta’ “imputabbiltà” mill-amministrazzjoni jew mill-qrati nazzjonali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑14 ta’ Novembru 2024, Herdijk,C‑613/23, EU:C:2024:961, punt 36). |
|
76 |
F’din il-kawża, kif jirriżulta mill-punt 28 ta’ din is-sentenza, il-qorti tar-rinviju tindika li n-nuqqas ta’ tressiq jista’ jkun intenzjonali jew mhux intenzjonali. |
|
77 |
Madankollu, hija tippreċiża li ma hemmx nuqqas jekk il-membru jew l-ex membru tal-bord tad-diretturi tal-kumpannija kkonċernata juri li, filwaqt li eżerċita d-diliġenza meħtieġa fit-tmexxija tan-negozju tiegħu, huwa ma kienx ressaq talba għal dikjarazzjoni ta’ falliment għal raġunijiet indipendenti mir-rieda tiegħu. |
|
78 |
Għaldaqstant, ma jidhirx li l-eżenzjoni prevista fil-punt 1 tal-Artikolu 116(1) tal-Kodiċi Fiskali hija purament teoretika. |
|
79 |
Minn dan isegwi li l-prinċipju ta’ proporzjonalità ma jipprekludix mekkaniżmu bħal dak previst f’din id-dispożizzjoni. |
|
80 |
Fir-rigward tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, li għamlet riferiment għalih il-qorti tar-rinviju, għandu jitfakkar li dan il-prinċipju, stabbilit fl-Artikolu 20 u fl-Artikolu 21 tal-Karta, jeżiġi li sitwazzjonijiet paragunabbli ma għandhomx jiġu ttrattati b’mod differenti u li sitwazzjonijiet differenti ma għandhomx jiġu ttrattati b’mod ugwali, ħlief jekk tali trattament ikun oġġettivament iġġustifikat. Għalhekk, differenza fit-trattament hija ġġustifikata meta tkun ibbażata fuq kriterju oġġettiv u raġonevoli, jiġifieri meta tkun marbuta ma’ għan legalment ammissibbli mfittex mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni, u meta din id-differenza tkun proporzjonata għall-għan imfittex permezz tat-trattament ikkonċernat (sentenza tal‑24 ta’ Frar 2022, Glavna direktsia Pozharna bezopasnost i zashtita na naselenieto,C‑262/20, EU:C:2022:117, punt 58 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
81 |
Għaldaqstant, għandu jiġi ddeterminat jekk il-fatt li kumpannija jkollha dejn dovut lil kreditur wieħed biss jistax iwassal għal applikazzjoni mhux ugwali tal-kundizzjoni ta’ eżenzjoni ta’ membru jew ta’ ex membru tal-bord tad-diretturi ta’ kumpannija li tinsab fil-punt 1 tal-Artikolu 116(1) tal-Kodiċi Fiskali. |
|
82 |
F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tippreċiża li membru jew ex membru tal-bord tad-diretturi ta’ kumpannija li għandha iktar minn kreditur wieħed għandu l-possibbiltà li jiġi eżentat mir-responsabbiltà in solidum tiegħu għad-djun ta’ din il-kumpannija permezz tat-tressiq ta’ talba għal dikjarazzjoni ta’ falliment. Għall-kuntrarju, membru jew ex membru tal-bord tad-diretturi ta’ kumpannija li għandha kreditur wieħed ma għandux il-possibbiltà li jressaq tali talba “b’mod effettiv”. Għalhekk, skont din il-qorti, f’dan it-tieni każ, tali membru jew ex membru jista’ jinsab f’sitwazzjoni inqas favorevoli, mingħajr ma din l-inugwaljanza fit-trattament tkun iġġustifikata. |
|
83 |
F’dan il-kuntest, l-imsemmija qorti tenfasizza għalhekk li, skont il-prattika u l-ġurisprudenza Pollakki, il-fatt li kumpannija ma tħallasx id-dejn tagħha lill-uniku kreditur li jkollha ma jeżentax lill-membru jew lill-ex membru tal-bord tad-diretturi ta’ din il-kumpannija milli jressaq talba għal dikjarazzjoni ta’ falliment. |
|
84 |
Issa, għandu jitfakkar li, għall-finijiet tal-eżenzjoni ta’ membru jew ta’ ex membru tal-bord tad-diretturi ta’ kumpannija mir-responsabbiltà in solidum tiegħu, il-punt 1 tal-Artikolu 116(1) tal-Kodiċi Fiskali jipprevedi, fost oħrajn, li titressaq, fi żmien xieraq, talba għal dikjarazzjoni ta’ falliment ta’ din il-kumpannija, mingħajr ma ssir distinzjoni skont in-numru ta’ kredituri tal-kumpannija kkonċernata. |
|
85 |
Ċertament, il-qorti tar-rinviju tirrileva li membru jew ex membru tal-bord tad-diretturi ta’ kumpannija li jkollha kreditur wieħed ma għandux il-possibbiltà li jiġi eżentat mir-responsabbiltà in solidum tiegħu wara t-tressiq, “b’mod effettiv”, ta’ tali talba, b’mod partikolari minħabba li din tiġi miċħuda mill-qorti kompetenti fil-qasam tal-insolvenza. Madankollu, mill-punt 1 tal-Artikolu 116(1) tal-Kodiċi Fiskali jidher li s-sempliċi tressiq tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ falliment, u mhux l-eżitu tal-proċedura mibdija bit-tressiq ta’ din it-talba, huwa biżżejjed sabiex jitqies li l-membru jew l-ex membru tal-bord tad-diretturi tal-kumpannija kkonċernata ssodisfa l-obbligi tiegħu skont din id-dispożizzjoni, indipendentement min-numru ta’ kredituri ta’ din il-kumpannija. |
|
86 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma jidhirx li l-applikazzjoni tal-punt 1 tal-Artikolu 116(1) tal-Kodiċi Fiskali twassal għal inugwaljanza fit-trattament bejn:
|
|
87 |
Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tidher li tqis, essenzjalment, li, meta kumpannija jkollha lit-Teżor Pubbliku bħala uniku kreditur, l-osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament timponi li jitqies li l-assenza ta’ tressiq ta’ talba għal dikjarazzjoni ta’ falliment ma hijiex dovuta għal nuqqas min-naħa tal-membri jew tal-ex membri tal-bord tad-diretturi ta’ din il-kumpannija, minħabba li tali talba fi kwalunkwe każ kienet ġiet miċħuda. |
|
88 |
Issa, għandu jiġi rrilevat li, jekk tali kunsiderazzjoni kellha tiġi aċċettata, ikun hemm inugwaljanza fit-trattament bejn:
|
|
89 |
Dan l-iżvantaġġ jirriżulta mill-fatt li, fl-ewwel każ, dawn il-membri jew ex membri għandhom juru li tressqet, fi żmien xieraq, talba għal dikjarazzjoni ta’ falliment jew li l-assenza ta’ tali tressiq ma hijiex dovuta għal nuqqas min-naħa tagħhom. Għall-kuntrarju, fit-tieni każ, il-fatt li t-Teżor Pubbliku jkun l-uniku kreditur huwa biżżejjed sabiex l-imsemmija membri jew ex membri jkunu eżentati mir-responsabbiltà in solidum tagħhom. |
|
90 |
Il-ħolqien ġudizzjarju ta’ tali kundizzjoni ta’ eżenzjoni jista’ jħeġġeġ lill-membri tal-bord tad-diretturi ta’ kumpannija sabiex jiżguraw li, meta s-sitwazzjoni finanzjarja ta’ din il-kumpannija tiddeterjora sal-punt li din tal-aħħar tirriskja li ssir insolventi, l-imsemmija kumpannija jkollha djun fil-konfront ta’ kreditur wieħed biss, jiġifieri t-Teżor Pubbliku. Dan jista’ jwassal għal misapproprjazzjonijiet, għad-detriment ta’ dan tal-aħħar, sa fejn kumpannija ma żżommx fondi suffiċjenti sabiex tħallas id-dejn tal-VAT tagħha, iżda tuża l-fondi tagħha għal finijiet oħra. Issa, tali riżultat imur b’mod ċar kontra l-għan li jiġi żgurat il-ġbir korrett tal-VAT. |
|
91 |
Għaldaqstant, tali inugwaljanza fit-trattament ma tistax tiġi ġġustifikata. |
|
92 |
Minn dan isegwi li l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament ma jkunx osservat jekk membru jew ex membru tal-bord tad-diretturi ta’ kumpannija li jkollha t-Teżor Pubbliku bħala l-uniku kreditur jiġi eżentat mir-responsabbiltà in solidum tiegħu għad-dejn tal-VAT ta’ din il-kumpannija minħabba din ir-raġuni biss. |
|
93 |
F’dak li jirrigwarda l-prinċipju ta’ ċertezza legali, għandu jitfakkar li skont ġurisprudenza stabbilita, dan jeżiġi, minn naħa, li d-dispożizzjonijiet legali jkunu ċari u preċiżi u, min-naħa l-oħra, li l-applikazzjoni tagħhom tkun prevedibbli għall-partijiet fil-kawża, b’mod partikolari meta jista’ jkollhom konsegwenzi sfavorevoli fuq l-individwi u l-impriżi. B’mod partikolari, dan il-prinċipju jeżiġi li leġiżlazzjoni tippermetti lill-partijiet ikkonċernati jkunu jafu b’eżattezza l-portata tal-obbligi li hija timponi fuqhom u li dawn tal-aħħar ikollhom il-possibbiltà li jkollhom għarfien tad-drittijiet u tal-obbligi tagħhom mingħajr ambigwità u li jkunu jistgħu jaġixxu konsegwentement (sentenza tal‑15 ta’ April 2021, Federazione nazionale delle imprese elettrotecniche ed elettroniche (Anie) et, C‑798/18 u C‑799/18, EU:C:2021:280, punt 41 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
|
94 |
Issa, il-mekkaniżmu previst fl-Artikolu 116 tal-Kodiċi Fiskali huwa bbażat fuq kundizzjonijiet pożittivi, elenkati fil-punt 64 ta’ din is-sentenza, u jinkludi eżenzjoni possibbli, fil-kundizzjonijiet indikati fil-punt 65 tagħha. |
|
95 |
Il-qorti tar-rinviju ma ssostnix li dawn il-kundizzjonijiet pożittivi u din l-eżenzjoni huma fformulati b’tali mod li membru jew ex membru tal-bord tad-diretturi ta’ kumpannija li jkollha dejn fiskali ma jistax jipprevedi f’liema ċirkustanzi tista’ tiġi stabbilita r-responsabbiltà in solidum tiegħu. |
|
96 |
Konsegwentement, jidher li l-mekkaniżmu previst fl-Artikolu 116 tal-Kodiċi Fiskali huwa konformi mal-prinċipju ta’ ċertezza legali. |
|
97 |
Fir-rigward tad-dritt għall-proprjetà, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 17(1) tal-Karta, kull persuna għandha d-dritt li tgawdi mill-proprjetà tal-beni tagħha li tkun akkwistat legalment, li tużahom, li tiddisponi minnhom u li tħallihom bħala wirt. L-ebda persuna ma tista’ tiġi mċaħħda mill-proprjetà tagħha, ħlief fl-interess pubbliku u fil-każijiet u skont il-kundizzjonijiet previsti mil-liġi, bi ħlas ta’ kumpens xieraq fi żmien utli għal dak li tkun tilfet. L-użu tal-proprjetà jista’ jiġi rregolat bil-liġi sa fejn ikun meħtieġ għall-interess pubbliku. |
|
98 |
Skont il-ġurisprudenza, dan id-dritt ma huwiex prerogattiva assoluta u l-eżerċizzju tiegħu jista’ jkun suġġett għal restrizzjonijiet iġġustifikati minn għanijiet ta’ interess ġenerali mfittxija mill-Unjoni (sentenza tal‑10 ta’ Settembru 2024, Neves 77 Solutions,C‑351/22, EU:C:2024:723, punt 85 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
99 |
Madankollu, konformement mal-Artikolu 52(1) tal-Karta, kull limitazzjoni fl-eżerċizzju tad-drittijiet u tal-libertajiet irrikonoxxuti minnha għandha tkun prevista mil-liġi, tosserva l-kontenut essenzjali tagħhom u, b’osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, tkun neċessarja u tissodisfa effettivament għanijiet ta’ interess ġenerali rrikonoxxuti mill-Unjoni jew il-ħtieġa ta’ protezzjoni tad-drittijiet u tal-libertajiet ta’ oħrajn. |
|
100 |
Qabelxejn, mill-punt 96 ta’ din is-sentenza jirriżulta li l-mekkaniżmu previst fl-Artikolu 116 tal-Kodiċi Fiskali huwa konformi mal-prinċipju ta’ ċertezza legali. |
|
101 |
Sussegwentement, kif ġie indikat fil-punt 79 ta’ din is-sentenza, il-prinċipju ta’ proporzjonalità ma jipprekludix dan il-mekkaniżmu. Barra minn hekk, għandu jingħad ukoll li l-imsemmi mekkaniżmu jippermetti li jintlaħaq il-“bilanċ ġust” bejn ir-rekwiżiti tal-interess ġenerali tal-komunità u r-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali tal-individwu, li jirriżultaw mill-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, li għaliha rreferiet il-qorti tar-rinviju, kif tfakkar fil-punt 35 ta’ din is-sentenza. |
|
102 |
Fl-aħħar nett, ma jidhirx li l-mekkaniżmu previst fl-Artikolu 116 tal-Kodiċi Fiskali jippreġudika l-kontenut essenzjali tad-dritt għall-proprjetà tal-membri jew tal-ex membri tal-bord tad-diretturi ta’ kumpannija li jkollha dejn tal-VAT. Fil-fatt, skont it-tielet kundizzjoni pożittiva li tikkaratterizza dan il-mekkaniżmu, il-patrimonju personali ta’ dawn il-membri jew ex membri jista’ jiġi affettwat biss sal-limitu tal-ammont ta’ dan id-dejn li għalih l-eżekuzzjoni forzata mwettqa preċedentement fir-rigward tal-kumpannija kkonċernata ma rnexxietx. |
|
103 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li l-Artikolu 273 tad-Direttiva dwar il-VAT, moqri flimkien mal-Artikolu 325 TFUE, mad-dritt għall-proprjetà, kif ukoll mal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ proporzjonalità u ta’ ċertezza legali, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix mekkaniżmu nazzjonali li permezz tiegħu:
sakemm dan il-membru jew ex membru, bl-għan li juri l-assenza ta’ tali nuqqas, ikun jista’ jinvoka b’mod effettiv l-eżerċizzju tad-diliġenza kollha meħtieġa fit-twettiq tan-negozju tal-kumpannija kkonċernata, filwaqt li għandu jiġi ppreċiżat li, għal dan l-għan, l-imsemmi membru jew ex membru ma jistax sempliċement isostni li din il-kumpannija, waqt l-istabbiliment tal-insolvenza fit-tul tagħha, kellha t-Teżor Pubbliku bħala l-uniku kreditur. |
Fuq l-ispejjeż
|
104 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
|
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
L-Artikolu 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat‑28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2018/1695 tas‑6 ta’ Novembru 2018, moqrija flimkien mal-Artikolu 325 TFUE, mad-dritt għall-proprjetà, kif ukoll mal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ proporzjonalità u ta’ ċertezza legali, |
|
għandu jiġu interpretat fis-sens li: |
|
ma jipprekludix mekkaniżmu nazzjonali li permezz tiegħu: |
|
|
sakemm dan il-membru jew ex membru, bl-għan li juri l-assenza ta’ tali nuqqas, ikun jista’ jinvoka b’mod effettiv l-eżerċizzju tad-diliġenza kollha meħtieġa fit-twettiq tan-negozju tal-kumpannija kkonċernata, filwaqt li għandu jiġi ppreċiżat li, għal dan l-għan, l-imsemmi membru jew ex membru ma jistax sempliċement isostni li din il-kumpannija, waqt l-istabbiliment tal-insolvenza fit-tul tagħha, kellha t-Teżor Pubbliku bħala l-uniku kreditur. |
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Pollakk.
( i ) L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.