Kawża C‑238/24 [Tartisai] ( i )

NR

vs

Ministero della Difesa et

(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Consiglio di Stato)

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L‑Ewwel Awla) tal‑10 ta’ April 2025

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK) – Deċiżjoni 2010/279/PESK – Il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan – Artikolu 7(3) – Spejjeż relatati mal-persunal ikkollokat – Allowances imħallsa kemm mill-Unjoni Ewropea kif ukoll mill-Istat Membru li taħtu jaqa’ l-membru tal-persunal – Kumulu – L-aħħar sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(1) TUE – L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tinterpreta dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni dwar il-PESK”

  1. Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni – Atti adottati minn missjoni tal-pulizija tal-Unjoni Ewropea dwar l-ispejjeż relatati mal-persunal ikkollokat lilha mill-Istati Membri u mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni – Inklużjoni

    (Artikolu 24(1) TUE; l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/279/PESK, Artikolu 7(3))

    (ara l-punti 19 sa 27)

  2. Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Missjonijiet ċivili tal-Unjoni Ewropea – Missjoni tal-pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan – Persunal – Obbligu tal-Istati Membri li jbatu l-ispejjeż tal-persunal ikkollokat minnhom – Portata – Limiti – Kumulu ta’ allowances imħallsa mill-Unjoni mal-allowances tal-istess natura mħallsa minn Stat Membru – Esklużjoni

    (Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/279/PESK, Artikolu 7(3))

    (ara l-punti 30 sa 36)

Ara t-test tad-deċiżjoni.


( i ) L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.