Kawża C‑15/24 PPU [Stachev] ( i )

Proċedura kriminali

vs

CH

(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mis-Sofiyski rayonen sad)

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal‑14 ta’ Mejju 2024

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Direttiva 2013/48/UE – Dritt ta’ aċċess għal avukat fi proċeduri kriminali – Artikolu 3(6)(b) – Deroga temporanja għad-dritt ta’ aċċess f’ċirkustanzi eċċezzjonali – Artikolu 9 – Rinunzja għall-preżenza jew għall-assistenza ta’ avukat – Kundizzjonijiet – Artikolu 12(2) – Rispett tad-drittijiet tad-difiża u tal-ekwità tal-proċedura – Ammissibbiltà tal-provi – Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Rinunzja bil-miktub ta’ persuna ssuspettata illitterata għad-dritt tiegħu ta’ aċċess għal avukat – Assenza ta’ spjegazzjoni dwar il-konsegwenzi eventwali tar-rinunzja għal dan id-dritt – Implikazzjonijiet fuq atti ta’ investigazzjoni ulterjuri – Deċiżjoni dwar miżura preventiva adegwata – Evalwazzjoni tal-provi miksuba bi ksur tad-dritt ta’ aċċess għal avukat”

  1. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat fi proċedimenti kriminali u dritt ta’ komunikazzjoni ta’ persuni mċaħħda mil-libertà – Direttiva 2013/48 – Dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat – Derogi temporanji – Artikolu 3(6)(b) – Assenza ta’ traspożizzjoni fl-ordinament ġuridiku intern – Invokabbiltà fir-rigward tal-persuni suspettati jew akkużati sabiex issir deroga mill-applikazzjoni tad-dritt ta’ aċċess għal avukat – Assenza

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2013/48, Artikoli 3(3), (5) u (6))

    (ara l-punti 49 sa 53, u d-dispożittiv 1)

  2. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat fi proċedimenti kriminali u d-dritt ta’ komunikazzjoni ta’ persuni mċaħħda mil-libertà – Direttiva 2013/48 – Dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat – Rinunzja ta’ persuna ssuspettata illitterata għal dan id-dritt – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet – Obbligu ta’ informazzjoni ċara u suffiċjenti, b’lingwaġġ sempliċi u li jinftiehem, dwar il-konsegwenzi eventwali ta’ din ir-rinunzja – Depożitu ta’ din ir-rinunzja b’mod li jippermetti li tiġi vverifikata l-osservanza tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 9(1)

    (Direttiva 2013/48 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, premessa 40, Artikoli 9(1) u (2), u 13)

    (ara l-punti 61, 63, 64, 66, 67, 70, u d-dispożittiv 2)

  3. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat fi proċedimenti kriminali u d-dritt ta’ komunikazzjoni ta’ persuni mċaħħda mil-libertà – Direttiva 2013/48 – Dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat – Rinunzja ta’ persuna vulnerabbli għal dan id-dritt – Obbligu ta’ informazzjoni dwar il-possibbiltà li tiġi rrevokata din ir-rinunzja – Portata – Tfakkira tal-informazzjoni qabel kull att ta’ investigazzjoni ulterjuri li jista’ jippreġudika l-interessi u d-drittijiet tal-imsemmija persuna minħabba l-assenza ta’ avukat

    (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 47, u Artikolu 48(2); Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2013/48, Artikoli 3(3)(b) u (c), 9(3) u 13)

    (ara l-punti 74 sa 78, 80, u d-dispożittiv 3)

  4. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat fi proċedimenti kriminali u d-dritt ta’ komunikazzjoni ta’ persuni mċaħħda mil-libertà – Direttiva 2013/48 – Rimedji ġudizzjarji – Osservanza tad-drittijiet tad-difiża u tal-ġustizzja tal-proċedura – Deċiżjoni dwar miżura ta’ sigurtà adegwata – Evalwazzjoni ta’ provi miksuba bi ksur tad-dritt ta’ aċċess għal avukat

    (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47(1) u (2); Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2013/48, premessi 50 u 53 u Artikolu 12(2))

    (ara l-punti 88, 89, 92, 95 sa 99, u d-dispożittiv 4)

Ara t-test tad-deċiżjoni.


( i ) L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.